Tista' l-Minsitru tgħid jekk hux vera li eżaminaturi fl-MCAST iffalsifikaw marki ta' assignments f'kors ta' Laboratory Technicians li jwassal għaċ-ċertifikat tal-BTEC? Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar dan l-iffalsifikar ta' marki? Fil-każi li ttieħdu, meta ttieħdu? Jekk ma ttieħdux, għaliex ma ttieħdux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Management tal-MCAST irċieva rapport dwar allegazzjoni li tikkonċerna bdil ta’ marki fil-kors ta’ Laboratory Technicians. Ġie appuntat bord indipendenti, magħmul minn persuni li ma jagħmlux parti mill-Istitut konċernat kif ukoll minn nies li m’humiex parti mill-MCAST. L-investigazzjoni għadha għaddejja u għaldaqstant, ikun prudenti u għaqli li wieħed jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni. Madankollu, l-MCAST hija kommessa li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Bord.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ċ-ċifra ta' flus f’safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Settembru 2008 kien ta’ € 13,010.80 filwaqt li dak għall-Unjoni Ewropea kien ta’ € 317,640.48.
Uffiċju tal-Prim Ministru — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Ministeru ta' l-Affarijeit Barranin — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Minstru u Ministru għall-Affarijiet Barannin jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienewt fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-safar lejn jew barra l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:-
Safar lejn l-Unjoni Ewropea Euros 513,887.12
Safar barra l-Unjoni Ewropea Euros 204,764.01
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri ta-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa qed tiġi riferuta lilu u jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna il-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watch person fil-post jieħu ħsieb is-sigurtà fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn studju li sar irriżulta li mhux ekonomikament ġustifikat li dawn jissewwew u għalhekk qed jittieħdu l-passi flimkien mal- Ministeru tal-Finanzi, Ekonomijja u Investiment, li hu responsabbli mis-suq tal-belt, biex dawn jinbidlu.
Fir-rigward tal-
watch person
, jien infurmat li s-suġġeriment ġie mgħoddi lill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomijja u Investiment li miegħu hu mpjegat dan il-persuna.
Jista' l-Ministru jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-ħmieġ li hemm mal-kamra mortwarja monumentali tal-isptar ġenerali fil-Floriana?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l- kamra mortwarja tal-isptar ġenerali fil-Floriana taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sadanittant saret talba uffiċjali lill-Kunsill Lokali mis-Sezzjoni tas-Servizzi tad-Tindif fid-dipartiment tax-xogħlijiet biex isir it-Tindif neċessarju
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Ministru jgħid xi prijorità jagħti d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar lil strutturi perikolużi bħal fil-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar jagħti prijorita’ fejn ikun hemm periklu.
Dwar il-każ indikat mill-Onor. Interpellant ninsab infurmat li m’hemmx periklu iżda ħtieġa ta’ restawr tal-faċċata, liema xogħol mhux ta’ prijorita’.
Santa Venera — Knisja Parrokkjali - Manutenzjoni fuq iz-zuntier
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fi Triq il-Kbira Santa Venera? Meta se jsir ix-xogħol fuq it-turġien u fuq il-balavostri taz-zuntier?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ bini u pavimentar bil-granit li kellu jsir mill-ħaddiema tal-gvern tlesta. Ix-xogħol ta’ balavostri u taraġ tal-granit li għandu jsir minn kuntratturi privati ser jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2302 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?
Response (FENECH, TONIO)
Cust 45/08/26
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont in-nomenklatura statistika tat-Tariffa Komuni tad-Dwana ta’ l-Unjoni Ewropea l-
mufflers
għall-muturi jaqgħu taħt CN code 87141900 u huma aggregati ma’ diversi
spare parts
u aċċessorji oħra ta’ muturi, roti u karreġġi għal persuni b’diżabilita’.
L-importazzjoni matul din is-sena ta’ dan is-CN code 87141900 laħħqet valur ta’ EUR 31591, b’total ta’ 3257
spare parts
u aċċessorji differenti. Għalhekk mhux possibbli li d-Dwana tkun taf kemm minn dawn kienu
mufflers
għall-muturi.
Rigward l-aħħar mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministri konċernati.
Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner
Question
Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-llum mill-wardens,xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet u għal liema raġuni twaħħlu dawn iċ-ċittazzjoniet ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn Lulju sa Settembru 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward is-sena 2007 u x-xhur Jannar – Ġunju 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġibiet tiegħi għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 263 u 2711.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew meħlusa ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-lum, li kienu ġew mogħtija mill-wardens, xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet weħlu iċ-ċittazjoniet ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?