Jista' l-Ministru jgħid kif tħaddmet is-sistema tar-rebate fuq il-meter u l-eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn meta daħlet is-surcharge f'Jannar 2005 sal-lum? Kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw minnhom minn dak iż-żmien sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta ddaħħlet is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Jannar 2005, il-konsumaturi li kienu klassifikati bħala Social Assistance kienu ġew eżentati mill-ħlas tas-surcharge (dawn kienu diġa eżentati mill-ħlas tal-kiri tal-meter). In-numru ta' kontijiet li kienu eżentati kien ta' 13,000.
Minn Jannar 2007 is-sistema inbidlet u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bdew joħorġu bil-meter rents u bis-surcharge, iżda l-Ministeru għall-Politika Soċjali introduċa skema t'għajnuna. Dwar dan nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir rotta tal-karozza tal-linja li mill-Airport tmur direttament l-Belt Valletta peress li bħalissa qed tintuża r-rotta nru. 8 u b'hekk r-residenti tal-Gudja ġieli jispiċċaw ma jkollhomx fejn joqogħdu bil-qegħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant se jkun evalwat bħala parti mir-riforma radikali li qed titħejja fil-preżent fir-rotot tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jara li l-flat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jekk hux vojt, jekk hemmx nies rreġistrati fuqu jew jekk hemmx nies li qed jgħixu fih? Jista' jinfurmani dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-flat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant hu mikri legalment.
Għal raġunijiet ta’ sigurta’ ma nħossx li għandi nippubblika aktar informazzjoni dwar il-każ.
Tista' l-Ministru tara li joħroġ xi tip ta' stipendju liż-żagħżugħ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fejn l-omm hija ta' ċittadinanza Maltija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Maintenance Grants Board ma għandu ebda informazzjoni dwar l-istudent imsemmi.
Nitlob lil Onor Membru sabiex jagħti parir lil dan iż-żagħżugħ li javviċina l-Uffiċċju ta’ l-Istipendji bit-talba tiegħu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mappa ta' fejn ser jitħaffru l-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat illi t-tkabbir taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata bit-tħaffir ta' l-oqbra ġodda kif wieħed jista jara mill-permessi maħruġa mill-MEPA għandu jsir fuq in-naħa tal-punent taċ-Ċimiterju barra mid-daħla ta' wara li tagħti fuq in-naħa ta' Santa Luċija.
Kopja ta' site plan li tindika l-area konċernata ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-pjani ġew sospiżi sakemm isir studju ta' kif l-espansjoni ta' dan iċ-Ċimiterju li hu ġojjel arkittettoniku jsir mingħajr ma tiġi perikolata l-estetika ġenerali tiegħu.
Kunsill Lokali — Għajnuna għall-attivitajiet kulturali
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali ngħata l-għajnuna mill-ministeru biex jiġu organizzati attivitajiet kulturali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il- Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ta’ għajnuna ta’ €200 lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex jorganizzaw gimgħa ta’ attivitajiet kulturali f’Lulju, 2008.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi, f'liema kategorija, kemm kellhom sodod u n-numru ta' impjegati li kienu jħaddmu full-time u part-time, kull sena, mill-2001 sal-aħħar tal-2007 u fl-ewwel sitt xhur ta'din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu beda l-iskedar ta' proprjetà, l-Awtorità għall-Ambjent u l-Iżvilupp xi proprjetà skedat, meta skedata, fejn qiegħda din il-proprjetà u għal-liema raġuni tali proprjetà ġiet skedata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skedat total ta elfejn, tmien mija u ħamsa u disgħin (2,895) sit differenti madwar il-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex.
Il-proprjetajiet skedati għal raġunijiet ta' wirt kulturali huma maqsuma fi tlett gradi stabiliti mill-Pjan ta' Struttura approvat mill Parlament fl-1992, kif jidher fit-tabella numru 1 annessa.
Dan l-iskedar sar tul is-snin kollha bejn l-1994 u din is-sena. Wara kull skedar l-Awtorita` taqdi l-obbligi statutorji tagħha billi tinnotifika lis-sidien tal-proprjetà skedata u tagħtihom fakultà għal talba ta' Rikonsiderazzjoni fi żmien tletin ġurnata, u jekk is-sidien ma' jkunux sodisfatti jistgħu jagħmlu appell kontra l-merti ta' l-Iskedar.
Ir-raġunijiet għalfejn tiġi skedata proprjeta` ikunu elenkati f'rapporti ippreparati min esperti fis-suġġett ibbażati fuq studji u
surveys
tas-sit. Il-proposta titressaq għall-konsultazzjoni mad-Diretturi u mal-Kumitat Dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali/Naturali. Wara li dawn japprovaw, titressaq quddiem lil Board ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Il-lista sħiħa tal-proprjeta` skedata tista` tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-MEPA www.mepa.org.mt
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi Skedar sħiħ skond il-livelli ta’ protezzjoni differenti.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel primarji u sekondarji matul is-sajf li għadda sar xogħol ta' manutezjoni, tisbiħ eċċ? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol f'kull skola u kemm hu stmat li sewa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul dan is-sajf saru xogħolijiet ta’ upgrading u refurbishment f’ dawn l-iskejjel bħal bdil ta’ aperturi, xogħol ta’ tibjid, bdil ta’ faċilitajiet sanitarji u xogħol koness ma’ manutenzjonijiet.
Sir Luigi Preziosi Secondary School Pembroke
Żejtun Primary School
Attard Primary School
Ħamrun Primary School
Fgura Primary School
Gudja Primary School
Maria Regina Girls’ Junior Lyceum
Marsascala Primary School
Vittoriosa Primary School
Brighella Boys’ Junior Lyceum, Ħamrun
St. Theresa Girls Junior Lyceum Mrieħel
Sliema Annex
Naxxar Secondary School
Ġuze’ Ebejer Primary School, Dingli
Qormi Primary School
Birżebbuġa Primary School
Antonio Bosio Secondary School Gżira
San Miguel Pembroke
Life Long Learning Centre Msida
Dun Manuel Attard Special School Wardija
Dun Karm Xerri Primary School Naxxar
Patri Ġuze’ Delia Primary School Siġġiewi
Ġuzeppa Deguara Primary School M’Xlokk
Kan. Pawl Pullicino Girls’ Secondary School Rabat
Żebbuġ Primary School
Paola Primary School
FX Attard Marsa
St. Venera Boys’ Junior Lyceum
Dun Karm Psaila Boys’ Secondary School Żebbuġ
Erin Seracino Inglott Girls’ Secondary School Cospicua
Hu stmat li n-nefqa se tilħaq il fuq minn €640,618.
Tkompla ix-xogħol fuq l-iskejjel il-ġodda ta Għawdex, Bormla, Mosta, Pembroke u s-sala tal-Kulleġġ San Benedittu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel żewġ devoluzzjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ art pubblika saru fid-9 ta’ Marzu 1999. Dak in-nhar kienu ġew devoluti Ġnien Alexander Ball lill-Kunsill Lokali Safi u Ġnien is-Serenità (Ġnien taċ-Ċiniżi) lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.
Il-
policy
dwar devoluzzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ proprjetà pubblika kienet saret fl-1999 (abbażi ta’ ċirkulari Memo 25/1999). Hemm tlett fatturi li jistgħu iwasslu biex Kunsill jingħata d-devoluzzjoni ta’ proprjetà pubblika. Dawn huma li, l-proprjetà trid tkun:
a) mitluqa u/jew mhix żviluppata;
b) użata ħażin (
misused
) jew li tista’ tiġi żviluppata aħjar; jew
c) b’xi mod relatata ma’ xi funzjoni ta’ Kunsill Lokali skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu 33(1) ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-devoluzzjonijiet lokali kollha li saru s’issa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha kull sena mit-twaqqif tagħhom sal-lum? U minbarra dawn, kemm kull sena kull Kunsill Lokali kellu mislufa miegħu minn mal-Gvern, mit-Tarznari u minn postijiet oħra?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-parking spaces tal-visitors' parking area tal-MEPA (quddiem id-dogs' home) huma riservati għall-istaff tal-MEPA?
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hemm meħsuba biex l-ilmijiet kbar li jaqgħu mill-għoljiet tal-High Ridge u l-Madliena ma jibqgħux jikkaġunaw għargħar f'diversi nħawi ta' St Partick's u toroq oħra fosthom dawk imsemmija' Triq Gabriele Henin, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' u Triq Dun Amabile Sisner f'Pembroke?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-situdenti kollha li jattendu fil-bini tal-Junior Lyceum Margaret Mortimer ikollhom locker biex jerfgħu kotba tagħhom flok ikollhom iġorru basktijiet tqal b'detriment għal saħħithom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-Kulleġġ San Benedittu, Liċeo tal-Bniet Sta. Lucia, l-istudenti ngħataw locker għall-użu personali tagħhom.Hemm aktar lockers minn numru ta’ studenti fl-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu biex tiżgura li l-proċess tal-għażla tal-private training providers għal studenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST kien wieħed nadif, trasparenti u ġust u ġew użati l-kriterji stabbiliti f'kull stadju tal-proċess? Tista' tgħid jekk fil-kumitat tal-għażla kienx hemm maħtura persuni li għadhom on probation mal-MCAST? Ma taħsibx li dan mhux għaqli għax ikunu vulnerabbli għall-pressjoni minn dawk li mexxew il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Infurmata wkoll li l-kumitat tal-għażla huwa magħmul minn esperti tekniċi u b’esperjenza fil-qasam tagħhom.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Skola ġdida ta' Pembroke
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex tiżgura li flimkien ma' entitajiet pubbliċi oħra tindirizza b'mod sodisfaċenti l-impatti li l-iskola l-ġdida ta' Pembroke se tħalli fuq l-infrastruttura tat-toroq, l-ilma u d-drenaġġ tal-inħawi li diġa' huma taħt pressjoni kbira?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-ewwel tiżgura li ma jkollhiex problema ta’ l-impatt li hemm mill-ilma tax-xita li jinġabar mill-inħawi fejn qed jinbnew żewġ ġibjuni kbar. Sar ukoll studju flimkien mal-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u ser jiġi implimentat hekk kif jiġu ppublikati u awarded it-tender għax-xogħol imsemmi fejn ser isir storm water culverts fit-toroq viċin ta’ l-iskola. Saru ukoll diskussjonijiet ma’ l-Awtorita’ tat-Transport sabiex l-ilma tax-xita li jaqa’ mill-main road ta’ Baħar iċ-Ċagħaq jiġi iddevjat għall-parti oħra fi Triq Sir Adrian Dingli biex b’hekk tonqos il-flow li tgħaddi mill-kumpless tal-Forzi Armati.