Jista‘ l-Ministru jgħid f’kien l-esitu wara l-kuntratt li kien sar fis-sena 1994 għal perijodu ta' għaxar snin bejn il-KIM u erba’ produtturi biex jinbnew tlett multipliers u Sire Unit liema perijodu għalaq fis-sena 2004?
Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni li lil dawn l-erba' produtturi, li kienu ppretendew li għandhom ikomplu bit-tmexxija tal-istess, ġew rifjutati tant li dawn intavolaw kawża f’dan is-sens kontra l-istess Gvern?
Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn huwa prefera jagħti għajnuna finanzjarja lil dawn il-produtturi minflok jilqa' t-talba tagħhom?
Jista' jinforma lil din il-Kamra dwar kemm il-gvern ħallas bħala
ex gratia
lil dawk il-
Multipliers Unit
li kellhom ftehim ta’ għaxar snin u li skadilhom il-perijodu u minn liema fond tħallsu?
Jista' jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom iddeċieda li jħallas dawn il-flus?
Produtturi tal-majjal — Special Temporary State Aid
Question
Jista‘ l-Ministru jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008,
i. X‘fondi kien hemm disponibli?
ii. Kemm minn il-fondi ma intużawx?
iii. X’qed jagħmel il-Gvern fuqhom ?
iv. X’qiegħed il-Gvern jirraporta f’dan ir-rigward lil EU?
Produtturi tal-Majjal — Għajnuna - Flus li ma ntnefqux
Question
Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008, x’se jiġri mill-flus li ma ntnefqux u jekk hux se jkunu carried forward għal snin li ġejjin ?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament li ilhu jilmenta mad-Dipartiment tat-Tiswija, li għandu saqaf qed jagħmel l-ilma?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-ilment tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie solvut.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti kkonċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill ewwel ta' Jannar 2006, ġew sottomessi lill-Awtorità tnejn u tletin (32) applikazzjoni għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi, tmienja (8) għall-bini ġdid u erba' u għoxrin (24) għal estensjonijiet.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tagħti t-tagħrif fuq il-proposta ta’ l-iżvilupp u l-applikant. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhijiex l-Awtorità kompententi sabiex tagħti stima tax-xogħolijiet jew investiment.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet li ġew validati fiż-żmien imsemmi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "hotels", "lukanda" jew "lukandi".
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 1904, skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill-ewwel ta' Jannar 2006, ġew sottomessi lill-Awtorità sitta u erbgħin (46) applikazzjoni għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki, tnax (12) għall-bini ġdid u erba' u tletin (34) għal estensjonijiet.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tagħti t-tagħrif fuq il-proposta ta’ l-iżvilupp u l-applikant.
L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhijiex l-Awtorità kompententi sabiex tagħti stima tax-xogħolijiet jew investiment.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet li ġew validati fiż-żmien imsemmi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "factory", "factories", "fabbrika" jew "fabbriki".
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ir-riżultati tal-livell avvanzat joħorġu ġimgħa biss qabel ma' l-istudenti jkunu jridu japplikaw għall-kors tagħhom fl-Universita' u erbat jiem qabel il-laqgħa li jkollhom l-istudenti fl-Universita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li r-riżultati tal-Bord tal-MATSEC, kemm dawk ta’ l-eżamijiet f’livell avvanzat, kif ukoll dawk f’livell SEC joħorġu fl-iqsar żmien possibli u appena jkunu mmarkati l-karti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern il-kura primarja? Kif tinqasam din l-ispiża f'termini ta' pagi u spejjeż oħra? Meta l-Gvern jgħid li jrid jsaħħaħ il-kura primarja x'jifhem biha u kemm se jżid il-budget għal dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża tal-kura primarja matul is-sena li għaddiet kienet hekk :-
Lm Ewro
Salarji 11,436,414.28 26,639,679.20
Spejjeż oħra 1,805,715.68 4,206,186.07
Total 13,242,129.96 30,845,865.27
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riforma fil-Kura Primarja għadha fi stadju ta' ppjanar u għalhekk huwa prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 1631 u jgħid kemm hawn speed cameras f'Malta u Għawdex? Fejn jinsabu mwaħħlin? Kemm hu l-ispeed li jitolbu lis-sewwieqa jsuqu bih?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ispeed camerashuma għodda t'infurzar tal-liġi u deterrent kontra l-veloċità eċċessiva fis-sewqan. L-Awtorità żżomm il-jedd li ċċaqlaq minn żmien għal zmien l-ispeed camerasminn post għall-ieħor skond il-bżonn biex jgħinu fl-infurzar tal-limitu tal-veloċità stabbilit fil-highway code jew kif ikun immarkat fuq it-triq. Għal raġunijiet li għandhom ikunu ovvji għall-Onor Interpellant m'hix policytiegħi nagħti informazzjoni li ddgħajjef l-infurzar tal-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Jista' l-Ministru jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?
European Directives — Packaging Waste/Landfill Directive
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern b'mod konkret biex jintlaħqu t-targets tad-Direttivi Ewropej dwar packaging waste f'Malta, kif ukoll dwar d-deadlines marbutin mal-Landfill Directive?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li sabiex jintlaħqu t-targets tad-Direttivi Ewropej dwar packaging waste f'Malta, l-Gvern qabel xejn, investa fl-immodernizzar ta’ l-Impjant ta’ Sant’Antnin u fil-fatt beda jopera l-impjant ta’ l-MRF (Material Recovery Facility), kif ukoll qed jintroduċi skemi, bil-għan li eventwalment ikunu mħaddma mill-privat, u li għandhom jikkomplimentaw il-ġbir ta’ l-iskart li qed isir f’ ‘Irriċikla t-Tlieta’ u l-bring-in-sites.
Dwar il-
Landfill Directive
, l-Gvern ilu konformi mad-Direttiva mill-ewwel ta’ Mejju 2004 permezz ta’ l-iżvilupp ta’ l-
Engineered Landfill
ta’ Żwejra u l-għeluq tal-miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin. Illum l-
Engineered Landfill
ta’ l-Għallis qed tissostitwixxi dik ta’ Żwejra li m’għadiex tintuża. Id-
deadline
li jmiss fil-
Landfill Directive
huwa fl-2010 u għandu jintlaħaq permezz ta’ l-impjant ta’ Sant’ Antnin u bis-sistemi ta’ riċiklaġġ li ddaħlu fil-pajjiż.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special waste collectorsjirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex jiġu intensifikati l-isforzi nazzjonali għal media education aktar effettiva dwar waste separation, użu ta' bring-in sites u door collection?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-kampanja ta’ informazzjona li saret s’issa diġà jidher li kellha suċċess tant li fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena, mill-
Bring-in Sites,
diġà nġabar skart separat daqs kemm inġabar matul is-sena 2007 kollha. Fatt ieħor inkoraġġanti huwa li mis-sistema tal-ġbir tal-iskart separat bil-borża l-griża fl-ewwel 4 xhur ta’ operazzjoni diġà nġabru madwar 2000 tunnellata ta’ skart.
Sadanittant tajjeb jingħad ukoll li din is-sena l-WasteServ qed tirristruttura s-sezzjoni li tieħu ħsieb tal-komunikazzjoni u l-kampanji edukattivi fi ħdanha. Dan qed isir biex jissaħħaħ il-messaġġ u jiġu kkonsolidati s-suċċessi li nkisbu fil-proġetti tal-
Bring-in sites
, il-Faċilitajiet għal Skart Goff
(Civic Amenity Sites)
kif ukoll l-Irriċikla t-Tlieta
(door-to-door).
WasteServ Malta Ltd ser izzid ukoll il-preżenza tagħha fl-iskejjel, u ser tagħmel kampanji edukattivi fil-media lokali kemm b’fondi pubbliċi u kif ukoll bi ftehim ma’ kumpaniji privati oħra li lesti jisponsorjaw u jgħinu sabiex ikompli jiżdied dan it-tagħlim. Hemm il-ħsieb li waħda minn dawn il-kampanji (li qed tiġi ffinalizzata) tkun kompetizzjoni regolari sabiex jinġabru, b’mod separat, aktar batteriji użati ħalli dawn ma jmorrux fl-
Engineered Landfills.
Ser jiżdiedu wkoll fuq t-televiżjoni u fuq ir-radju kemm ir-reklamar kif ukoll programmi b’iktar kontenut u ta’ iktar diskussjoni.
Barra minnhekk, WasteServ irnexxielha żżomm impjegati magħha 23 persuna part-time li kienu ħadmu fuq proġett iffinanzjat mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) fejn kienu żaru madwar 50,000 dar u spjegaw kif wieħed jissepara l-iskart. Dawn ser jibqgħu fuq l-istess linja ta’ xogħol ħalli jkun jista’ jinżamm kuntatt dejjem iktar qawwi kemm mal-pubbliku u kif ukoll mal-media.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali mis-sena 2000 sal-lum sena b'sena? Kemm minn dawn ġew ittestjati għal HIV u kemm minnhom instabu pożittivi? Kemm minnhom ġew ittestjati għat-TB u nstabu pożittivi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' immigranti illegali li daħlu Malta bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta’ Awissu 2008 huwa kif jidher kif ġej:-
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008*
24
57
1686
502
1388
1822
1780
1702
2223
* Jannar sa Awissu 2008
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx statistika ta’ l-immigranti irregolari li jiġu ttestjati għall- HIV. Skond ma jien informat, jirriżulta li bejn l-2004 (minn meta l-HIV saret marda li t-tobba huma obbligati li jinnotifikaw) u l-aħħar ta’ Awissu ta’ l-2008, ġew notifikati 38 il-każ ta’ HIV f’immigranti irregolari.
Għar-rigward tal-marda tat-TB, id-Dipartiment għandu programm ta’
screening
għat-Tuberkulożi li permezz tiegħu, immigranti irregolari jiġu ttestjati kif jaslu Malta. Għalhekk, bejn l-2000 u l-aħħar t'Awissu ta' l-2008 ġew ittestjati total ta’ 10,587 immigrant irregolari.
Barra minnhekk, immigranti irregolari jiġu ttestjati wkoll meta jiżviluppaw xi sintomi tal-marda tat-TB, kemm waqt li jkunu fiċ-ċentri ta' detenzjoni, kif ukoll wara li joħorġu. Id-Dipartiment pero', ma jżommx rekords ta' dawn it-testijiet.
Ninsab infurmat illi bejn l-2000 u l-aħħar ta' Awissu 2008 ġew rapportati total ta' 98 każ. Dawn ir-rapporti jinkludu każjiiet li ġew identifikati waqt l-iscreening li jsir, kif ukoll minn testijiet li jsiru meta immigranti jiżviluppaw sintomi tal-marda.