Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq asfaltati mill-ġdid

Question

Billi Triq San Ġorġ, Triq il-Ġilju, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq is-Sajjied, Triq il-Ħalel u t-telgħa tal-Wardija, matul ix-xhur li għaddew batew il-konsegwenzi ta' ħsarat li saru fit-toroq, prinċipalment minn ħsarat fil-main tal-NSC, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn it-toroq jiġu asfaltati mill-ġdid u dan biex jiġu evitati ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnhom u wkoll jonqos it-tgergir tar-residenti f'dawn l-istess toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra — Triq Porżjunkula - Asfaltar, bankini u servizzi

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex isiru s-servizzi, bankini u asfaltar tat-Triq Porżjunkula fil-Qawra, liema triq illum fiha numru essenzjali ta' residenti, uħud minnhom ukoll bi bżonnijiet speċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’ toroq li se jkunu qed isiru mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport.

Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra, Xemxija, Buġibba — Xogħlijiet fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministru jistax ifassal programm ta' xogħlijiet fuq il-bankini li għadhom ma saru qatt jew jekk saru, illum għandhom bżonn ta' uċuħ ġodda, naturalment wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali konċernat biex dawn il-bankini, fix-Xemxija, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u Burmarrad ikunu jistgħu jsiru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni jkun jista’ jikkonsidra u jħejji, flimkien mal-Kunsill Lokali, programm ta’ xogħlijiet ta’ bankini fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Membru jekk u meta l-Kunsill Lokali jagħmel talba formali u din it-talba tkun ikkunsidrata flimkien mat-talbiet ta’ xogħlijiet f’lokalitajiet oħra.
Leg 11 PQ #2680 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - Industrial Area

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-permess ta' bini ta' industrial area fl-inħawi tat-Tomna l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-proċess tal-applikazzjoni u meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-5 ta’ Settembru, l-applikant ġiet mgħarraf li l-Enemalta u l-ADT sabu xi oġġezzjonijiet għal pjan kif propost. Fid-29 ta’ Settembru ġew sottomessi pjanti ġodda mill-applikant. Bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni fuq dawn il-pjanti, kif jiskadi t-terminu ta’ din il-konsultazzjoni, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #2695 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li nqatgħalhom relief jew għajnuna tal-mard

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li minn Marzu 2008 sal-lum inqatgħalhom: a) ir- relief? b) l-għajnuna tal-mard? Jista' jagħti breakdown ta' x'kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008, kien hemm 2428 persuna li waqfet tirċievi xi tip ta’ Għajnuna Soċjali u 594 persuna li waqfet tirċievi l-Għajnuna tal-Mard, imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2696 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Viċi Ministru u Minstru għall-Affarijiet Barannin jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi ma hemm l-ebda kumpanija u entita, għalhekk ma kien hemm l-ebda ħatriet ta' Chairpersons u Diretturi wara l-10 ta' Marzu 2008.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra
Leg 11 PQ #2699 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Tista' l-Minstru tgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji jew kummissjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Minsteru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Awtorità tad-Djar — Equity Sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Awtorità tad-Djar terġa' tibda tħaddem l-iskema tal-equity sharing?

Response (DALLI, JOHN)

L-Eqiuty Sharing Scheme kienet intiża biex taqdi l-ewwel 250 applikant li jkun eliġibbli. L-Awtorita' tad-djar issuġġerixxa u l-Kabinet approva skema oħra li se tidħol biex tgħati din it-tip ta' għajnuna. Din l-iskema għandha titħabbar qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Lantus Cartridges

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ordnati l-Lantus Cartridges wara li dawn ġew approvati diversi xhur ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Lantus Cartridges kienu approvati min-National Medicines Policy Audit Unit bħala mediċina fuq il-formularju tas-servizzi tas-saħħa f’Dicembru 2007. Fis-17 ta’ Dicembru 2007 inbdew proċeduri biex jinħareġ tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti iżda s’issa għad m’hemmx indikazzjoni tad-data tal-għeluq ta’ dan it- tender . Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa għall-offerti biex tinxtara provvista għal sena. L-offerti mitfugħa ġew aġġudikati. Għad iridu jsiru xi kjarifiki qabel toħroġ il- Letter of Acceptance.

Immigranti illegali f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm hemm persuni ficlosed centers u f'open centres separatament? Kemm minnhom inqabdu permezz tal-Frontex? Kemm minnhom applikaw għal status ta' refugjat? Kemm minnhom intbagħtu lura f'pajjiżhom? Kemm jieħdu benefiċċji minn ras għal ras fi flus u f'xort'oħra? Kemm ġew impjegati ħaddiema biex jieħdu ħsieb tagħhom kif ukoll tas-sigurtà taċ-ċentri ta' detenzjoni? Saru xi żviluppi mal-Gvern Libjan wara ż-żjara tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika aktar kmieni din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif ġej:- 1. Matul dawn l-aħħar 12-il xaħar, jiġifieri bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2007 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ immigranti li daħlu Malta illegalment kien ta’ 2559 persuna. 2. Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ l-2008 il-popolazzjoni fil-C losed Centres kienet ta’ 2001 persuna, filwaqt li n-numru ta’ persuni fl- Open Centres kien 2432. 3. L-operazzjoni Nautilus 111 tal- Frontex bdiet fis-19 ta’ Mejju 2008. Minn dak in-nhar sa l-aħħar ta’ Settembru ddaħħlu 409 immigrant bil-mezzi tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qegħdin jipparteċipaw f’din l-operazzjoni. Kien hemm imbagħad 316 immigrant li ddaħħlu Malta fuq skejjen tas-sajd u minn mezzi tal- Marina Militare kif ukoll mill- Guardia Costiera Taljana f’ċirkostanzi, sew meta kienu waqt l-operazzjoni tan- Nautilus 111 u anke waqt rondi separatament mill- Frontex. 4. In-numru ta’ immigranti irregolari li applikaw għal status ta’ refuġjat f’dawn l-aħħar tnax il-xahar kien ta’ 2572. 5. Bejn Settembru ta’ l-2007 u Awwissu ta’ l-2008 ġew ripatrijati 269 immigrant illegali. Din iċ-ċifra tinkludi wkoll persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li nstabu li kienu Malta illegalment. 6. Dawk l-immigranti irregolari li jkunu daħlu Malta bid-dgħajjes u jinżammu f’ Open Centres huma ntitolati għal ċerti benefiċċji finanzjarji, kif spjegat f’din it-tabella:- Status Rate € ASYLUM SEEKER 4.66 PER ADDITIONAL. CHILD 2.33 EMPLOYMENT TERMINATED 4.08 HUMANITARIAN 4.66 REFUGEE WITHOUT SOCIAL BENEFIT 4.08 REJECTED 3.49 SINGLE PARENT 4.66 Immigranti irregolari miżmuma fi Closed Centres ma jirċevux benefiċċji finanzjarji, pero’ jingħataw affarijiet oħra bħal ma huma ħwejjeġ, lożor u materjal ieħor għall-iġene personali tagħhom, phone card ta’ €4.66 kull xahar. 7. In-numru ta’ ħaddiema li kellhom ir-rwol li jieħdu ħsieb kemm l-immigranti irregolari kif ukoll is-sigurta’ taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni huwa kif ġej:- 81 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta 23 membru tal-Korp tal-Pulizija 111 Uffiċjal Każwali tas-Servizz ta’ Detenzjoni 8. Wara ż-żjara tal-President ta’ Malta ġewwa l-Libja aktar kmieni dis-sena, il-Gvern Libjan wera ruħu dispost li ssir laqgħa f’Malta bejn il-Ministri ta’ Afffarijiet Barranin ta’ Malta, tal-Libja u tal-Italja. Informat li saru kuntatti pożittivi biex tiġi stabbilita data għal dan l-iskop.
Leg 11 PQ #2778 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Delegazzjonijiet — Uffiċjali li siefru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2779 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat — Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta l-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat? Meta kellu jiltlesta skond l-arranġamenti li saru mal-Unjoni Ewropea? Meta beda jintuża bħala incubation centre? Kemm nies ibbenefikaw minnu s'issa? X'tip ta' ariġjanat għamlu/qed jagħmlu dawk li bbenefikaw/qed jibbenefikaw minnu? Kemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej separatament tħallsu s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm li għadhom iridu jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat tlesta lejn l-aħħar tas-sena 2007. Bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-applikazzjonijiet sottomessi għall-postijiet fl-incubation centre. Ninsab infurmata li matul is-sena akkademika 2007-2008, minn dan il-proġett ibbenifikaw 887 persuna li attendew korsijiet offruti minn dan iċ-ċentru. Lista tal-korsijiet offruti tinsab annessa. Fuq dan il-proġett tħallsu Ewro 870,695.81 li jinkludu 75% minn fondi Ewropej u 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud minn fondi Nazzjonali. Jiena nfrumata wkoll li m'hemmx pagamenti x'jitħallsu. Korsijiet offruti fiċ-Ċentru ta' l-Arti u artiġjanat - Għajnsielem Oil Water Painting Basic Art Airbrush/Spray painting Gilding Monasteru Pencil & Charcoal Thread Filigree Embroidery Computer Art Awareness Lace Beading Textile Design Candle Crafts Parchment Crafts Pyrography Glass Works Art Attack & Paper Mache Stone Wood Craft Fashion Design Autocad Photoshop Pottery & Ceramics Silver Filigree Mechanical Clock Restoration Ferrobattuto Clay Modelling & Moulding Mosaic Works Art and Crafts for persons with special needs
Leg 11 PQ #2780 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju minn servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2781 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee — Dħul tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għadda għand il-Welfare Committee sena sena? Kemm intnefqu flus, sena sena mill-1999 sal-lum, minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuq xiex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2782 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern trasferiti għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew transferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.