Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2175 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1743 u 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2218 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar il-Kunsilli Lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma r-responsabiltajiet elenkati f'artiklu 33 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u f'liema sena dawn ir-responsabiltajiet ġew mgħoddija lill-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-responsabbiltajiet elenkati f’Artikolu 33 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali u s-sena li fiha għaddew għand il-Kunsilli Lokali huma dawn: Responsabbiltajiet li għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994 (Avviż Legali 91 ta’ l-1993) - jipprovdi għall-ġbir u ġarr ta’ żibel minn kull post pubbliku jew privat, għaż-żamma ta’ l-indafa u biex isiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni tal-latrini kollha, laned taż-żibel u reċipjenti oħra għad-depożitu temporanju u ġarr ta’ żibel, u …li dawna jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti. Art 33 (1)(b); - jipproponi lil u, meta applikabbli, jkun konsultat minn kull awtorita’ kompetenti qabel ma l-awtorita kompetenti tagħmel xi tibdil fi skemi tat-traffiku li jolqtu direttament il-lokalita’. Art 33 (1)(e); - jagħmel rakkomandazzjonijiet lil k ull awtorita’ kompetenti għal jew dwar xi skema ta’ ppjanar jew bini u li jieħu sehem sħiħ f’kull deċiżjonijiet dwar l-għoti jew l-għoti mill-ġdid ta’ ismijiet lit-toroq. Art 33 (1)(f); - fil-konfini ta’ kull pjan nazzjonali, joħroġ linji ta’ gwida li għand hom jitħarsu biex tinżamm fi stat tajjeb, tkun restawrata, iddisinjata jew mibdula l-faċċata ta’ kull bini jew bini ieħor jew kull parti minn bini li normalment tkun tidher mit-triq u l-materjal użat, reklami u faċċati ta’ ħwienet, u fil-każ ta’ bini miftuħ għall-pubbliku, jara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti. Art 33 (1)(g); - jagħti parir lil u, meta jkun applikabbli, li jkun ikkonsultat minn kull awtorita’ li jkollha s-setgħa li tieħu x i deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir-residenti li jkun responsabbli għalihom. Art 33 (1)(i); - li jipproponi lill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni, persuni biex jinħatru bħala presidenti ta’ kunsilli ta’ skejjel primarji. Art 33 (1)(l); - li jagħmel ftehim ma’ kull korp pubbliku jew dipartiment tal-gvern għad-delega lill-Kunsill ta’ xi wħud mill-funzjonijiet ta’ dak il-korp pubbliku jew dipartiment. Iżda kull delega bħal dik tibda sseħħ biss wara li l-Ministru ikun g ħamel ordni dwar dan fil-Gazzetta. Art 33 (1)(m) - li jaqdi kull funzjoni oħra li tkun delegata lilu mill-Gvern permezz tal-Ministru bil-pubblikazzjoni ta’ ordni fil-Gazzetta tal-Gvern. Art 33(1)(n). Responsabbiltajiet li għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali b’effett mill-1 ta’ April 1995 (Avviż Legali 113 ta’ l-1994) - li jipprovdi biex tinżamm fi stat tajjeb u għall-manutenzjoni ta’, jew titjib fi, kull triq jew mogħdija, li ma tkunx proprejta’ private. Iżda l-manutenzjoni għar rigward ta’ xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha. Art 33 (1)(a); - li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ playgrounds tat-tfal, ġonna pub bliċi u ċentri oħra, ta’ sport, kultura jew divertiment ieħor u bħala parti minn skema nazzjonali biex jamministra libreriji lokali u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti. Art 33(1)(ċ); - li jipprovdi u jżomm fi stat tajjeb sinjali tat-toroq u marki tat-toroq xierqa, skond livelli nazzjonali u internazzjonali, li jinstalla u jżomm funzjonali bus shelters skond standards u speċifikazzjonijiet stipulati mill-awtorita’ tat-trasport kompetenti , li jistabilixxi u jżomm fi stat tajjeb postijiet għal nies bil-mixi u għall-ipparkeġġjar u biex jipprovdi għall-ħarsien tat-tfal ta’l-iskola qrib l-iskejjel. Art 33(1)(d); Responsabbiltajiet li għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali b’effett mill-1 ta’ April 1996 (Avviż Legali 42 ta’ l-1996) - li jgħin liċ-ċittadini billi jipprovdi, meta applikabbli, flimkien ma’ xi awtorita kompetenti, tagħrif dwar il-jeddijiet taċ-ċittadin b’mod ġenerali, magħdud tagħrif dwar jeddijiet tal-konsumatur, trasport, komunika zzjonijiet, faċilitajiet ta’ turiżmu, taxxi, sigurta’soċjali, saħħa pubblika u ħwejjeġ oħra ta’ siwi u interess pubbliku. Art 33(1)(h); - jipprovdi, bħala parti minn skema nazzjonali, flimkien ma’ kull awtorita’ kompetenti, ghat-twaqqif, żamma fi sta t tajjeb u manutenzjoni ta’ creches, kindergartens u servizzi oħra jew bini ieħor edukattiv. Art 33(1)(j); - jipprovdi, bħala parti minn skema nazzjonali, flimkien ma’ kull awtorita kompetenti għat twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri ta’ saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern, uffiċċji distrettwali tas-saħħa u djar għall-anzjani. Art 33 (1)(k); jipprovdi għal dawk ix-xogħlijiet, oġġetti, ħwejjeġ u servizzi l-oħra kollha li m’humiex esklużi mill-kompetenza ta’ Kunsill b’xi liġi li tkun fiż-żmien isseħħ u li ma jkunux mogħtija lil xi awtorita’ oħra. Art 33 (1)(o).
Leg 11 PQ #2219 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Kuntratt ta' xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għamlu użu mid-delega li jagħmlu kuntratt ta' xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq għan-nom ta' l-Awtorita' tat-Trasport? Kemm kienet is-somma ta' flus li kull kunsill lokali ngħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ta’ min jgħid li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandha somma oħra ta’ € 433,179.77 li hija committed għal dan il-għan u li jitħallsu malli jiġu ċċertifikati x-xogħlijiet minn diversi Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #2220 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — By-laws

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-by-laws li kull Kunsill Lokali għamel sa mill-għoti ta' din id-delega 'l hawn? Liema kunsill lokali għamel kull delega? Meta dawn il-by-laws daħlu fis-seħħ? Hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali għall-approvazzjoni ta' by-laws oħra? Liema kunsilli lokali għamlu dawn it-talbiet? Meta għamluhom u dwar x'hiex inhuma tali by-laws?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi il-bye-laws kollha li ħarġu mill-Kunsilli Lokali mill-1994 sallum. Bħalissa hemm żewġ talbiet pendenti għal ħruġ ta’bye-laws . Dawn huma tal-Kunsill Lokali Marsa (dwar Żamma ta’ Bhejjem) u tal-Kunsill Lokali Sliema (dwar Stabbilimenti li jipprovdu l-ikel).
Leg 11 PQ #2221 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Libreriji u Arkivji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ngħataw id-delega li jagħmlu arrangamenti mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji biex jamministraw libreriji reġjonali u/jew libreriji friegħi? Meta ngħataw din id-delega? Kull kunsill lokali xi kwalita' ta' librerija qed jamministra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 1809. Mid-data tat-tweġiba ta’ l-imsemmija Mistoqsija Parlamentari żdiedet id-devoluzzjoni tal-Librerija Fergħa lill-Kunsill Lokali Kalkara, li saret fid-29 ta’ Awissu 2008. Din kienet l-ewwel devoluzzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ librerija pubblika li tinsab fi proprejtà privata u li wara konsultazzjoni bejn il-partijiet kollha (Dipartiment għall-Gvern Lokali, Dipartiment għall-Libreriji Pubbliċi u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali), ġie emendat il-ftehim li kien hemm sal-lum, sabiex jippermetti ftehim bħal dan mingħajr ma jċaħħad id-drittijiet rispettivi tad-Dipartiment tal-Libreriji bħala regolatur u tal-Kunsilli Lokali rispettiv bħala l-entità li jkollha t-titolu fuq il-propjretà.

Collected Waste

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm mill-collected waste qed jintuża għal reuse projects? X'qed jiġri minn dan il-waste u kemm hemm minn dan il-waste li qed jiġi esportat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-iskart separat li jinġabar jiġi recycled u mhux reused. Il-materjal għar-reuse ma jintremiex u allura ma jidħolx fil-faċilitajiet pubbliċi.

Gozo Sewage Treatment Plant

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gozo Sewage Treatment Plant ta' Ras il-Hobż li huwa EU funded huwiex fully operational? Jekk sal-lum ipprovdiex xi treated effluent lill-bdiewa għall-irrigazzjoni fir-rebbiegħa u fis-sajf kif kien ġie mwiegħed? Jekk fl-affermattiv, l-ilma kif qed jiġi distribwit? Hemm xi charge fuq l-użu ta' dan l-ilma? Jista' jikkonferma jekk dan l-ilma hux se jkun available s-sena kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex qed jopera b’mod normali u l-impjant mhux jipprovdi ilma ttrattat lill-bdiewa.

Faċilita' Korrettiva Kordin — Priġunier li għandu bżonn operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li tinsab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonn operazzjoni u għalhekk hemm bżonn li tingħata l-importanza li jixirqilha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna indikata skontat is-sentenza tagħha fit-3 ta' Settembru 2008.

Qajjenza — Liquid Petroleum Gas

Question

B'referenza għall-impjant tal-Liquid Petroleum Gas (LPG) fil-Qajjenza, billi kellu jsir relocation tiegħu qabel ma sseħibna fl-Unjoni Ewropea iżda għal diversi raġunijiet dan l-ispustament ġie pospost, jista' l-Ministru jgħid jekk instabx sit alternattiv u jekk inkisbux il-permessi meħtieġa kollha biex dan isir? Jista' jgħid jekk dan il-proġett huwiex sejjer jkun kopert minn fondi ta' l-UE u fhiex wasal ir-release tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta saret l-applikazzjoni tal-Gvern għall-fondi ta' l-UE għal dan il-proġett speċifiku? Jista' jagħti indikazzjoni meta ser tibda din ir-relocation?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sit alternattiv għall-impjant ta’ ibbottiljar ta’ Gas LPG ġie identifikat fix-Xoqqiet ta’ Bengħajsa. L-istudji kollha neċessarji twettqu u eventwalment l-applikazzjoni tressqet għand l-awtoritajiet kompetenti fl-2002, inħareġ outline permit f’Ottubru ta’ l-2007, li jagħmel parti mill-proċess ta’ Expression of Interst li ħarget il-Korporazzjoni. F’dan il-perjodu ta’ żmien il-Korporazzjoni kienet diġa’ stiednet terzi interessati fil-konċessjoni ta’ 30 sena sabiex imexxu l-impjant ta’ ibbottiljar. Eventwalment il-Korporazzjoni flimkien mal-Privatisation Unit bdew negozjati sabiex jintagħżel konsorzju. Saru xi reviżjonijiet fil-pjanijiet oriġinali, mill-konsorzju magħzul “Gasco” u b’hekk, l-applikazzjoni qegħda fil-proċess li tiġi ri-evalwata mill-awtoritajiet kompetenti a nom ta’ Gasco bħala il-konċessjonarju magħżul bil-kundizzjoni u fir-responsabilita’ tiegħu biex iġib il-full development permit. Konsegwentament il-konsorzju jibni l-impjant fl-imsemmi post fix-Xoqqiet ta’ Bengħajsa. Rigward fondi mill-Unjoni Ewropea, ladarba il-konċessjoni ser tiġi mgħoddija f’idejn konsorzju privat u l-investiment kapitali mhux se jsir minn fondi pubbliċi, il-Korporazzjoni m'applikatx għal dawn il-fondi. Ninsab infurmat ukoll li ladarba l-MEPA toħroġ il-permessi neċessarji ir-rilokazzjoni tieħu bejn 24 u 36 xahar.

Solid waste management

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ studji li ġew ikkummissjonati fil-leġislatura li għaddiet dwar l-update ta' Strategic Solid Waste Management, kif ukoll ta' studju ieħor li kien iħares lejn Options For Treatment of Solid Waste b'enfasi fuq it-treatment teknoloġiku ta' din il-problema, b'mod partikolari fuq it-thermal treatment involut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Interpellant li ż-żewġ studji msemmija ser ikunu finalizzati dalwaqt.
Leg 11 PQ #2319 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riċerka CERN

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi tal-Linja — Sussidju, Dħul u Patronaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien is-sussidju tal-Gvern lis-sidien tal-karozzi tal-linja, kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien id-dħul mit-trasport pubbliku u kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien il-patronaġġ (in-numru ta' passiġġieri li wżaw il-karrozzi tal-linja)?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #2382 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali — Infurzar Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kull Kunsill Lokali daħħal fil-lokalità tiegħu l-infurzar lokali permezz tal-Gwardjani Lokali? Kemm-il numru ta' ċitazzjonijiet inħarġu f'kull sena minn dakinhar 'il hawn? X'kien l-ammont li daħħal kull kunsill minn dakinhar 'il hawn? X'inhu l-ammont li kull kunsill kien baqgħalu jdaħħal kull sena u x'kienet l-ispiża ta' kull kunsill kull sena biex ħaddem is-sistema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fabbriki li qed joperaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' fabbriki fl-oqsma kollha industrjali, kemm minnhom qed joperaw u kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed iħaddmu?

Response (FENECH, TONIO)

In-numru ta’ fabbriki fl-oqsma industrijali amministrati mill- Malta Industrial Parks Ltd huwa ta’ 774, li minnhom 678 joperaw. Għall-parti l-oħra tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2384 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Spezzjonijiet fuq Funzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta bdew isiru l-ispezzjonijiet fuq il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali x' kienu l-marki li kull kunsill ingħata għal kull funzjoni spezzjonata minn dakinhar sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull Rapport ta’ l-Effiċjenza magħmul mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-eżerċizzju li dawn ir-rapporti (li jkopru tlettax-il sena) jiġu miġbura f’dokument wieħed hu wieħed laborjuż li jinvolvi l-użu estensiv ta’ riżorsi limitati.

Private Training Providers — Korsijiet ITC

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kumpanniji applikaw fl-aħħar ġimgħat bħala private training providers għall-istudenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST? Tista' tgħid kemm kumpanniji ġabu iżjed minn 70 marka skond il-kriterji fl-ewwel rapport tal-Kumitat tal-Għażla lill-Kumitat tal-Kuntratti? Tista' tgħid jekk fit-tieni rapport l-istess kumitat għaddiex lill-kumpanniji kollha li applikaw? X'wassal għal din il-bidla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2492 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis ta' tniġġiż fl-arja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi konkreti ttieħdu f’dawn l-aħħar ħames snin sabiex jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja f’Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri maġġuri li ttieħdu mill-MEPA biex inaqqsu t-tniġġiż ta’ l-arja għal dawn l-aħħar ħames snin huma: L-użu ta’ fjuwil iktar nadif f’impjanti kbar tal-kombustjoni: Din il-miżura ġiet implimentata fil-bidu ta’ l-2004 u għada fis-seħħ. Iż-żejt li qed jinħaraq fiż-żewġ power stations jikkontjeni inqas minn 1% kubrit, u b’hekk il-livelli tad-diossidu tal-kubrit fl-arja naqsu drastikament wara l-introduzzjoni ta’ din il-miżura. Irrapurtar ta’ karozzi li jdaħħnu ( Emission Alert Campaign ): Din il-miżura tinvolvi il-kooperazzjoni tal-pubbliku li permezz ta’ sms jirraporta n-numru ta’ karozzi li jdaħħnu. Dawn il-karozzi jerġgħu jitilgħu għat- test tal-VRT fejn l-emissjonijiet mkejjla mill-karozza huwa fattur ta’ falliment tat- test ( Vehicle Roadworthiness Test) . Sistema ta’ park and ride għall-Belt Valletta: Din il-miżura toffri faċilità ta’ parking u shuttle service lejn iċ-ċentru tal-Belt. Għal dawk il-karozzi li jibqgħu deħlin fil-Belt, tariffi ta’ parking japplikaw skond il-ħin li l-karozza ddum ipparkjata. Regolamenti għall-immaniġġjar ta’ Siti ta’ Kostruzzjoni: Regolamenti għall-immaniġġjar ta’ Siti ta’ Kostruzzjoni daħlu fis-seħħ f’Novembru ta’ l-2007 permezz ta’ l-A.L. 295/2007. L-iskop tar-regolamenti huwa li jnaqqas l-inkonvenjent għall-ġirien, jonqsu t-trabijiet u jtejbu l-impatt viżiv tas-siti ta’ kostruzzjoni u l-ambjent ta’ madwarhom. Ir-regolamenti daħlu fis-seħħ f’fażijiet. L-ewwel fażi tapplika għall-bini kollu li jseħħ f’disa’ lokalitajiet ikkunsidrati li għandhom densita’ ta’ bini għolja u li b’hekk jeħtieġu iktar attenzjoni. Għajnuna finanzjarja għall-apparat effiċjenti fil-konsum ta’ l-enerġija ( energy efficiency appliances ): Il-Gvern Malti jagħti għajnuna finanzjarja fix-xiri ta’ apparat tad-dar li jaqa’ taħt il-klassi A jew aħjar skond Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (A.L. 99/2002). Għajnuna finanzjarja għall-installazjoni ta’ sorsi ta’ enerġija renovabbli: Il-Gvern Malti jagħti għajnuna finanzjarja għall-diversi tipi ta’ sorsi ta’ enerġija renovabbli bħal solar water heaters, micro wind systems, u photovoltaics. Għajnuna finanzjarja u taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vetturi li jagħmlu użu minn enerġija nadifa: Il-Gvern Malti naqqas drastikament it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vetturi li jagħmlu użu minn enerġija iktar nadifa. Fil-każ tal-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, il-Gvern jagħti refund ta’ 15.25% tal-valur tal-karozza. Sussidju fuq l- LPG : Biex jimmotiva l-użu ta’ fjuwil iktar nadif, il-Gvern beda jagħti sussidju fuq l- LPG (Liquid Petroleum Gas ) li jintuża l-iktar fis-settur domestiku.

Enerġija Aktar Nadifa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar il-kriżi tal-enerġija? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb, u jekk iva f’hiex jikkonsistu dawn l-pjanijiet biex jkun hemm inċentivi għall-pubbliku ħalli ikollna enerġija aktar nadifa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għal generation planpreżentat lil Parlament fl-2006 għal-pjanijiet biex tiżdied il-generation capacity. Rigward il-mistoqsija tiegħek rigward inċentivi għall-enerġija aktar nadifa din għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.

Karozzi Second Hand — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1802 u 1391u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.