Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi bil-Q, Z, K u Y li ġew reġistrati kull xahar bejn Marzu 2007 u Awwissu 2008? Kemm ġew reġistrati muturi fl-istess perijodu ta' żmien? Kemm hu llum in-numru ta' vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2832 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Ksur ta' regolamenti fl-ispeed cameras

Question

Billi jidher li l-kunsilli lokali ma kenux infurmati dwar il-bidla fil-multi mposti minħabba ksur tar-regolamenti tal-ispeed camera, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser tkun tista' tinagħta lura l-multa li tħallset iktar minn li kienet qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Numru ta' Abbonati — servizz tat-telefon ċellulari u internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx xi forma ta' rekord/statistika dwar in-numru ta' abbonati u dwar l-użu tas-servizz tat-telefon ċellulari u ta' l-internet? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' abbonati fis-servizz (a) tat-telefon cellulari, kemm kien in-numru ta' calls u SMSs u (b) fis-servizz tal-internet u kemm kien in-numru ta' emails eċċ. mibgħuta kull sena minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta — Triq Zekka - Berġa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2574 u jgħid għaliex ngħalqet il-berġa fi Triq Zekka, l-Belt? Irrealizza d-dipartiment li l-użu tal-Berġa l-oħra fil-Camarata hi wisq inkonvenjenti għall-anzjani li joqgħodu n-naħa ta' fuq tal-Belt?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoili Interpellant li l-berġa ta’ Triq Zekka kellha tingħalaq minħabba l-ħtieġa li l-bini jiġi okkupat mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Wara li saret analiżi mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, irriżulta li n-numru ta’ pazjenti li kienu jużaw din il-berġa kien ferm inqas minn dawk li jużaw il-berġa ġewwa l-Evans Building fi Triq il-Merkanti. Barra minn hekk jeżisti mezz ta’ trasport pubbliku specifiku għall-Belt Valletta li jiffacilita il-moviment ta’ persuni bi bżonnijiet specjali.

Siġar fil-Floriana

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha, u tara li jiġi rimedjat il-fatt li siġar fil-Floriana qegħdin: i) jgħattu l-monument ta' Kristu Re fil-Biskuttin ii) jgħattu il-bust tal-Professur Luigi Preziosi fil-Mall iii) jgħattu l-istatwa ta' Vincenzo Bugeja fil-Mall iv) jgħattu d-dħul għall-kamra mortwarja tal-isptar ċentrali fil-Floriana v) iħarrsu s-swar tal-Belt u l-Floriana vi) jgħattu l-Knisja ta' Sarria u l-monument Gotiku biswitha ta' Wignacourt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali infurmat l-enti responsabbli għall-kura u l-immaniġjar tas-siġar dwar il-ħtieġa ta’ żbir ta’ siġar li jinsabu madwar il-monumenti u s-siti storiċi mniżżla fil-Mistoqsija Parlamentari 3031.

Awtorità Dwar it-Trasport — Persuni mħarġa fl-użu tat-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 2579 u jgħid fuq liema kriterji l-Awtorità Dwar it-Trasport għażlet persuni biex jitħarġu fit-teknika tal-użu tat-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ħasset il-ħtieġa ta’ refresher course għall- Field Officers tagħha li xogħolhom jista’ jinkludi, fost affarijiet oħra, biex jaraw li x-xogħol tal-asphaltar tat-toroq qed jsir skond lis-specifications tal-Awtorita'. Dan il-kors nfetaħ wkoll għal kull min kien interessat li jattendi mill-impjegati kollha tal-ADT. Il-kontenut tal-kors ma hux bbażat esklussivament fuq l-asphalater tat-toroq biss izda jinkludi aspetti oħra important fid-dmirijiet tal-Field Officers bħal per eżempju mmanigjar tat-tarffiku u s-sorveljanza fuq xogħolijiet tat-trinek.

SMPPMA — Għajnuna ta' Restructuring

Question

Jista‘ l-Ministru għar-rigward tal-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008: i. Kemm ibenefikaw produtturi mill-fondi tal-I structuring Aid u ii. jekk ingħataw , x’kien il-kriterju li ntuża’ ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal liema settur qed jirreferi.

KIM — talba għal żieda fl-għoli tal-ġwież

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet r-raġuni hemm li meta l-KIM talbet żieda fl-għoli tal-ġwież, dawn ittieħdu mill-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara l-Mistoqsija tiegħu.

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika — Stabbilimenti tas-self catering

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx l-istatistika tat-turisti li jmorru fl-istabbilimenti tas-self catering, meta f'Għawdex hemm aktar sodod fis-self catering milli fil-lukandi? Ma jidhirlux li l-istatistika pubblikata dwar it-turisti f'Għawdex mhux kompluta mingħajr dawn? Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu sezzjoni ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jikkonċentra fuq il-ġbir ta' statistika li tiffoka fuq Għawdex biss, partikolarment fejn jidħol it-turiżmu u l-impjegati li jaħdmu fis-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' tat-Turiżmu għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Minisru jgħid hux jikkonsidra li titwaqqaf Awtorita' tat-Turiżmu għal Għawdex komposta minn Għawdxin li huma esperti fis-settur u li għaldaqstant jistgħu jifhmu u jagħrfu aħjar il-problemi partikolari ta' Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Destinazzjoni turistika distinta minn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex Għawdex mhux irriklamat bħala destinazzjoni turistika distinta minn Malta? Jikkunsidra l-Prim Ministru li Għawdex jibda jiġi irriklamat bħala desitnazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm anke vot ta' flus adegwat għar-reklamar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Settur turistiku — One stop shop

Question

Billi Għawdex għandu karatteristiċi differenti u distinti minn Malta bħala destinazzjoni turistika, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkunsidra li jitwaqqaf one stop shop għal dawk fis-settur u li potenzjalment jistgħu jidħlu fis-settur biex, per eżempju, jekk tintalab liċenzja jkun jista' jinqeda minn post wieħed? U dan għaliex bħalissa anke biex sempliċement stabbiliment joħroġ mejda quddiem l-istabbiliment tiegħu/tagħha irid jagħmel applikazzjonijiet għand il-MEPA, id-Dipartiment ta' l-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu. Dan joħloq tul ta' żmien li jħalli impatt negattiv fuq l-industrija u għalhekk, jaħseb l-Prim Ministru li b'mod immedjat għandu jsir xi ħaġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Pontoons għal cruise liners

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet biex Għawdex ikun jista' jibda jieħu cruise liners? Tista' tgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jagħmel pontoons qrib il-portijiet Għawdxin biex cruise liners ikunu jistgħu inizzlu t-turisti bil-kumdità f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal-mistoqsija Nru. 149 li ngħatat f'seduta 6 tal-20 ta' Mejju 2008.

Għawdex — Imġarr - Yacht Marinas

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex il-Yacht Marina fl-Imġarr Għawdex tiġi upgraded u mkabbra? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex joħloq Yacht Marinas f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lil Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru ikkonċernat.

Raids

Question

Filwaqt li ninforma lill-Prim Ministru li jiena b'raids nifhem żjarat għall-arrieda f'postijiet li jkollhom suspett li qed jgagħmlu attivita' abbużiva u llegali, jista' issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 1632 u jgħid kemm saru raids mill-armata matul is-sena 2007? Fejn saru u jekk f'dawn ir-raids sabux affarijiet irregolari u kontra l-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mhux il-kompitu tal-Forzi Armati ta’ Malta li jwettqu t-tip ta’ raids li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #2169 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament (A) partikolarment tenut kont tal-fatt illi: a) għadha ma tressqet l-ebda risposta; b) qed jiġi allegat li d-distanzi ma ġewx obduti (B) c) dan kollu kkawża impatt negattiv ħafna fuq l-abitanti tal-fond de quo (MJD) d) iż-żona de quo hi waħda ta' "3 floors plus basement" (C)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Verifika tal-MEPA irċieva ittra mingħand avukat f'isem il-klijenta tiegħu (mibgħuta wkoll lill-Assistent Direttur, Boards, Committees and Customer Care, Uffiċċju tal-Prim Ministru) fejn ilmenta minn permess ta' żvilupp PA 5574/06 u applikazzjonijiet oħra. L-Uffiċċju tal-Verifika investiga l-ilment u bagħat l- Audit Report bin-numru 2008/041 kemm lill-klijenta kif ukoll lill-avukat tagħha fid-19 ta’ Awwissu 2008.
Leg 11 PQ #2171 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti llegali — Mediċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1945 u1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-mediċini li ngħataw lill-immigranti illegali kienu kif jidher hawn taħt: Matul l-2007 – 26,754 ewro Jannar sa Ġunju 2008 – 14,108 ewro

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.