Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Chairpersons u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru xi tip ta' sleeping policemen fit-triq quddiem il-Knisja Santa Tereża Bormla peress li ta' spiss qed ikun hemm xi inċidenti tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT ser titħarreġ is-suġġeriment tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq minn karozzi bejn Marzu 2008 u llum fil-lokalitajiet tal-Kottonera b'mod separat? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ minn dawn ġie solvut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bejn Marzu u Settembru ta' din is-sena ġew irrapurtati dawn is-serqiet:-
Birgu 22
Bormla 54
Isla 15
Kalkara 5
Ninsab infurmat ukoll li s'issa minn dawn is-serqiet ġew solvuti 11 il-każ .
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam frisk tal-majjal esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-esportazzjoni tal-laħam frisk tal-majjal issir minn kumpanija privata u għalhekk l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali .
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tat-tjur tas-simna esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tal-fenek esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha boreholes il-Water Services Corporation? Kif jiġi rregolat l-output u x'persentaġġ tat-total output lill-konsumatur jittieħed minn dawn il-boreholes?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-KSI għandha 134 boreholes li minnhom jittella’ l-ilma tax-xorb, 90 f’Malta u 44 f’Għawdex. L-output minn kull borehole hu qrib kemm jista’ jkun tal-ammont magħruf bħala nominal output li ġie stabillit minn eżerċizzju xjentifiku.
L-ilma ji jittella’ jiġi ppumpjat fil-ġibjuni fejn jitħallat ma’ l-ilma prodott mill-impjanti tar-RO qabel jitqassam għand il-konsumaturi.
Bejn Malta u Għawdex 46% tal-ilma ddistribwit huwa ilma tal-pjan.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sa Settembru 2008 kien ta' 1014-il persuna.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena, kemm ħaddiema Għawdxin bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew reġgħu bdew jaħdmu wara li kienu sfaw bla xogħol? Jista' jgħid fejn bdew jaħdmu/ reġgħu bdew jaħdmu, f'Malta jew f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Prodott Gross Domestiku — Produzzjoni u Importazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Domestiku Gross fi prezzijiet tas-suq għal Malta u għal Għawdex separatment fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien l-ammont ta’ taxxi, kull taxxa għaliha, (i) fuq produzzjoni u (ii) fuq importazzjoni bħala komponenti tal-Prodott Domestiku Gross f’kull każ? X’kien l-ammont ta’ sussidju f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq, il-kumpens tal-ħaddiema bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor data tan-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu Malta u Għawdex separatament. Din tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien fin-news releases ta’ l-NSO. Data dwar kumpens ta’ ħaddiema ma tinġabarx separatament iżda fuq bażi nazzjonali. Tista’ ssir stima biex dan il-kumpens jinqasam fi tnejn. Madankollu, dan ikun jirrikjedi li jsiru xi assumptions, għaliex il-produttivita u n-numru ta’ sigħat bħala medja ivarja minn reġjun għal ieħor. Tajjeb illi l-NSO jispeċifika illi il-kumpens tal-ħaddiema għal Malta u Għawdex separatament mhux rikjest mill-Eurostat peress dawn huma reġjun tal-kategorija NUTS III.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Casual Social Assistants fil-Ministeru tagħha u taqsamhom skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta' Awwissu 2007 u fl-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena u skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f'Awwissu 2007 u f'Awissu din is-sena? Tista' tgħid kemm hemm anzjani f'Għawdex li qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom? Tista' tgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta' kura fi djarhom u għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta' servizz li approvalhom il-Bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-Bord u kemm sigħat ta'servizz għandhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi f'Għawdex hemm 829 anzjani illi qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom. Minn dawn 10 anzjani m'għandhomx is-siegħat kollha ta' servizz li ġew approvati lilhom għaliex minn 50 siegħa baqalhom 15-il siegħa pendenti. Għad hemm applikanti anzjani li għadhom ma ngħatawx servizz, fil-maġġorparti tagħhom applikanti ta' din is-sena. Għar-rigward ta' Casual Social Assistants, jiena nfurmata illi fl-aħħar ta' Awissu 2007 u fl-aħħar ta' Awissu 2008 kien hemm 107 u 101 rispettivament. Fost dawn hemm:
PTSAs Awissu 2007 Awissu 2008
Office Duties 4 4
ATC 5 6
Day Centre 4 3
ESN 3 3
Ninu Cremona Complex 1 1
Trasferiti mal-Ministeru għal Għawdex 0 1
In-numru ta' siegħat li jaħdmu fil-ġimgħa huma maqsuma skond it-Tabella t'hawn taħt:
Numru ta' siegħat PTSA's Awissu 2007 PTSA's Awissu 2008
7 siegħat sa 20 siegħa 10 12
21 siegħa sa 30 siegħa 66 55
aktar minn 30 siegħa 31 34
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jippubblika d-direttorju tat-telephone? Kull meta hu suppost li jigi ppubblikat? Meta hu mistennni li jigi ppubblikat id-direttorju li jmiss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'deċiżjoni tagħha ta' Lulju 2002, l-Aworita` dwar il-Komunikazjoni (MCA) obligat lill-Maltacom (issa Go plc) biex tippublika d-direttorju tat-telephone. Id-direttorju fil-fatt ġie ppublikat fis-sena 2004. L-istess deċiżjoni tgħid li supplimenti aġġornati għal dan id-direttorju għandhom jiġu ippublikati mhux anqas minn darba kull tlett snin.
Min dak iż-żmien l-introduzjoni ta' operaturi ġodda fit-telefonija fissa rrekjediet reviżjoni tad-Deċiżjoni, u fix-xhur li ġejjien, l-MCA ser tkun qiegħda tniedi konsultazzjoni fuq l’ hekk imsejħa
Universal Service Obligations
biex tistabillixi liema operatur għandu jingħata l-obligu li jippublika dan id-direttorju.
Sa dan it-tant fil preżent il-kumpanija Go plc qegħda toffri servizz komprensiv ta' direttorju telefoniku elletroniku aġġornat bla ħlas fuq l-Internet li jinkludi aċċess għan-numri kollha, jiġifieri anke ta' operaturi oħra li jipprovdu telefonija fissa kif ukoll telefonija mobbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-inċentivi mogħtija mill-Malta Enterprise taħt l-item 7096? Kif ġew minfuqa, kemm f'kull każ u lil min?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għall-perjodu minn Jannar sa Settembru 2008, intefaq l-ammont ta’ €8,079,838 mill-Vot kapitali X taht l-item 7096. Dan l-ammont intefaq fuq id-diversi skemi kif spjegat fil-lista annessa.
Investment Incentives Subvention as at 30 September 2008
Vote X - Item 7096
Euro
Access to Finance Interest Subsidy 347,422
Soft Loans 63,083
Investment Aid Gozo Regeneration 180,992
Investment Aid 6,961,658
SME Development START (Start-up incentives) 10,027
SME Development 14,881
Exploratory Awards 5,000
R & D and I Eureka 76,793
Enterprise Development Business Development 56,519
International Competitiveness 165,967
Business Advisors 10,713
Others International competitiveness 1,871
ECO Innovation 116,544
ERDF schemes for year 2007 68,367
Total financing 8,079,838
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-12-il proġett ta' espanzjoni minn azjendi Maltin u internazzjonali li ġew aċċettati fl-2007 mill-Malta Enterprise u kemm kien l-investiment reali li dawn wettqu? Jista' jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi b'effett ta' dawn l-espanzjonijiet f'kull azjenda msemmija separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Malta Enterprise ma tistax tiżvela ismijiet ta’ kumpanniji peress li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva marbuta mal-BPA.
Mhux possibbli li tanalizza ż-żieda fl-impiegi wara sena biss li jiġu approvati proġetti. Il-
Malta Enterprise
normalment tiġbor din l-informazzjoni tliet snin wara li l-proġett jiġi approvat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ