Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Għalliema - Lant tal-prattika

Question

Tista' l-Minsitru tgħid kemm hu numru ta' studenti li jistgħu jieħdu l-għalliema tal-MCAST fuq il-lant tal-prattika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-MCAST jagħmel dak kollu possibli biex in-numru ta’ studenti fuq il-lant tal-prattika ma jiċċedix 15 għal kull għalliem.

Skola — Ħal Luqa - Terf

Question

Tista’l-Ministru tgħid hux minnu li wara li saru xi protesti fuq il-każ tal-iskola ta’ Ħal Luqa minn dak l-istant 'il quddiem fil-bini tal-futbol grawnds bit-terf , l-FTS kienet bidlet l-ispecifications fil-ħruġ tat-tenders għal kisi ta’ terf fl-iskejjel , fejn id-differenza ewlenija tkun li minflok ikun miksi il-pitch tal-futbol b’terf virgin green ikun miksi sempliċiment bi green terf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fuq il-ground sintetiku ta’ l-iskola ta’ Ħal Luqa ma saru ebda protesti. It-terf ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill li jiġi speċifikat b’dan il-mod. Infurmata wkoll li wara li ġew ippruvati dawn iż-żewg tipi ta’ infill fil-pitches, ġie deċiż li jibda jintuża green infill, bħal ma hemm fil-grounds tal-Melita, MFA Century Stadium, Hamrun Spartans, Luxol u oħrajn.

Grawd tal-Futbol — Differenza fit-terf

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x’inhi d-differenza finanzjarja bejn grawnd tal-futbol miksi bil-virgin green turf u ieħor miksi bil-green turf fi spazju li jkun hemm seven a side game?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-element finanzjarju huwa determinat mill-offerti mitfugħa minn kuntratturi li jipparteċipaw għat-tenders. It-terf ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill li jiġi speċifikat b’dan il-mod.

Skola Ħal Luqa — Bdil fit-Terf

Question

Tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex minn meta saru xi complaints minn tenderers fuq il-każ tal-iskola ta’ Ħal Luqa , wara dan il-każ inbidel specification ewlieni minn dak ta’ Virgin Green Turf għal dak Green Turf, meta dan ta’ l-aħħar hu bil-wisq inferjuri għal ta’ l-ewwel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari nru 2609.

Tender tat-Terf ta' l-Iskejjel — Maintenance tal-Pitches

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’ maintenance intrabtu dawk li ħadu it-tenders biex jieħdu ħsieb it-terf tal-iskejjel ? Teżisti xi diffikultà minn xi ħadd li akkwista t-tender biex jagħmel il-maintenance tal-pitches ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sa issa ma jirriżultax li kien hemm xi diffikulta’ li jsir maintenance tal-pitches fl-iskejjel. Kopja tal-“maintenance and upkeep during guarantee period” misluta mit-tender document relattiv qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Manutenżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenżjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista jgħid jekk din l-manutenzjoni hijiex ssir minn ħaddiema mpjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Livell Avvanzat fil-Kimika — Marki

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm poġġew studenti għall-livell avvanzat fil-kimika f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew minn dawn l-eżamijiet? Kemm minn dawn l-istudenti ġabu marka C, marka B u marka A sena b'sena? Tista' tgħid kemm studenti għollew il-marka wara reset u rċivew il-marki l-ġodda li ġabu? Kemm kien hemm minn dawn il-każijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Livell Avvanzat fil-Bioloġija — Marki

Question

Tista' l-Minstru tgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm studenti poġġew għall-eżami avvanzat fil-Bioloġija? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew minn dan l-eżami kull sena u x'marka ġabu? Kemm minn dawn l-istudenti ġabu marka C, marka B, u marka A sena b'sena mill-2003 sal-2008? Tista' tgħid kemm-il istudent għollha l-marka fil-Bioloġija wara reset u kemm kien hemm minn dawn il-każijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Priġġunieri u Klandestini — Stima ta' kemm jiġu jiswew lill-Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiġi jiswa' lil kaxxa ta' Malta kuljum priġunier fil-faċilità korettiva ta' Kordin? Kemm jiġi jiswa biex iżomm klandestin wara li jasal Malta kuljum? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li tidħol sistema li dawn l-persuni jitħarrġu fi snajja ħalli jibdew jagħtu xi ħaġa lura lill-pajjiżna waqt li qed jservu s-sentenza tagħhom u waqt li l-klandestini qegħdin f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward ta' l-ewwel u t-tieni domandi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistosija parlamentari numru 1841. Dwar l-ewwel parti tat-tielet domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistosija parlamentari numri 2442. Ninsab infurmat illi bħalissa fiċ-ċentri magħluqa qed jibda proġett, b'kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet lokali u internazzjonali u permezz ta' fondi Ewropej, bil-ħsieb li r-residenti jippreparaw ruħhom għal meta jinħelsu, u b'hekk ikunu jistgħu jutiliżżaw l-opportunitajiet edukattivi u vokazzjonali eżistenti f'pajjiżna. Fiċ-ċentri miftuħa ma jsir l-ebda taħriġ ta' snajja għaliex normalment dawn iffitxu x-xogħol. Madankollu, l-ammistrazzjoni ta' dawn iċ-ċentri tħeġġeġ u tindika lir-residenti għal taħriġ f'diversi snajja.

Sptar Mater Dei — Canteen - Allowance għall-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed iħallas id-dipartement tas-saħħa lill-caterer li qed jipprovdi l-ikel lill-istaff li jaħdem l-isptar Mater Dei kuljum ta' kull ħaddiem? JIsta' jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jagħti l-għażla lill-ħaddiema li jieħdu din l-allowancebħala flus mal-paga u jitilfu d-dritt li jieklu b'xejn minn dan l-istess canteen?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa mhux qiegħed isir ħlas lill-caterer li jipprovdi ikel lill-istaff li jaħdem l-iSptar Mater Dei. Minflok qegħda tingħata allowance lil dawk l-impjegati li huma intitolati għall-ikel. Il-prezzijiet applikabbli skond il-kuntratt li d-Dipartment għandu mal-caterer sal-4 ta’ Settembru 2008 huma: · Breakfast € 0.81 · Lunch (sa l-ewwel 220 ikla f’ġurnata) € 2.10 · Lunch (minn 220 ikla ‘l fuq) € 4.19 · Afternoon tea € 0.58 · Dinner € 2.10 · Sandwiches € 0.47 L- allowance bdiet titħallas lill-impjegati mill-5 ta’ Settembru 2008. Ir-rati ġew iffissati bi qbil mat-Trade Unions rispettivi kif jidher hawn taħt: · Nursing staff € 2.80 · Tobba tal-MAM li jahdmu 24 siegha jew aktar € 6.99 Il-Gvern għad irid jiltaqa' mal-partijiet involuti sabiex jirrevedi l-'allowance' li dawn jieħdu.

Anzjani fil-homes — Assessments fuq saħħa fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-età ta' l-anzjani li għadna fil-homes tagħna? Kemm minnhom huma bed ridden u kemm le? Isir assessment dwar is-saħħa fiżika ta' kull anzjan/a u xi jsir b'dawn ir-riżultati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-eta' ta' l-anzjani li qegħdin fil-homes tagħna bħalissa tvarja bejn is-sittin (60) u mija u wieħed (101). Minn total ta' seba' mija u erba' erbgħin (744) anzjan, sittin (60) huma dipendenti u sitt mija erbgħa u tmenin (684) m'humiex. Qabel ma l-anzjan jidħol fil-home isir assessment mediku kif ukoll soċjali. Ir-riżultat ta' dawn l-assessments jinżammu fil-personal file u l-medical file rispettivament. Informat ukoll li l-assessment ta' kull resident isir mill-Assessment Rehabilitation Team (ART) fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita. Dan it-Team huwa mmexxi minn tabib mediku speċjalizzat fil-Ġerjatrija. Filwaqt li f'kas ta' emerġenza jiġi msejjeaħ tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokalita', kull anzjan huwa fil-liberta' li jsejjaħ it-tabib tal-familja tiegħu.
Leg 11 PQ #2658 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Familja — Rwol

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja? X'inhu r-rwol tagħha? Jista' jgħid jekk fil-qosor tagħha hemmx: 1) li ssir riċerka fuq is-sitwazzjoni tal-familja Maltija llum? 2) jekk hux ser tistudja x'inhu jikkawża s-separazzjonijiet fil-familji tagħna? 3) jekk hux ser tistudja x'inhuma l-effetti tad-divorzju f'xi pajjiżi fejn daħal?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2681 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Finanzi għall-proġetti turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq id-diversi proġetti ko-finanazjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dawk li huma proġetti turistiċi li ġew aċċettati li jsiru fl-inħawi tal-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar? Fiex wasal il-proċess tal-permessi għal dawn l-istess proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm tlett proġetti ko-finanzjati mill-U E b’rabta turistika fl-inħawi ta’ Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar. Dawn huma l-proġetti:- Il-proġett – Faċilità Edukattiva, Ġnien Promenade fil-Qawra – mistenni jibda xogħlijiet fit-tieni kwart tal-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill-MEPA u l-permess ser joħroġ fi ftit żmien. Il-proġett ta’ tisbiħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar mistenni jibda r-raba’ kwart ta’ l-2009. Żewġ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għadhom pendenti imma qegħdin fi stadju avvanzat ta’ proċessar. L-ewwel fażi tal-proġett ta’ l-iżvilupp u titjieb tal-bajja fil-Qawra ser jinbeda fit-tielet kwart tal-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal-MEPA.

Pelican crossings li huma approvati imma għadhom ma twaħħlux

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex żewġ pelican crossings waħda ħdejn il-ground tal-futbol tas-Sirens u l-oħra fit-triq prinċipali li minn Burmarrad twasal għal San Pawl il-Baħar fil-fatt jiġu installati, peress li ilhom approvati mhux jażin u għadhom ma twaħħlux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħlijiet imsemmija għandhom jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

EneMalta — Installazzjoni ta' bozoz f'appartamenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi s-sistema użata mill-EneMalta meta jiġu mitluba installazzjonijiet ta' bozoz ġodda fit-toroq tagħna? X'inhi l-policy f'dawk it-toroq li fihom ikunu nbnew appartamenti tal-Gvern fit-triq kollha? Hemm xi ftehim li l-housing authority tinstalla dawn il-bozoz a spejjeż tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-twaħħil tal-istreet lighting taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. Enemalta hija responsabbli biss li tara li jsiru l-installazzjonijiet skond ir-regolamenti u l-standards.

Persuni li tilfu d-dritt tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-persuni li tilfu d-dritt tas-sewqan tagħhom minn meta daħlet f'Malta s-sistema tal-punti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn meta daħlet f'Malta s-sistema tal-punti sal-lum, 51 liċenzja tas-sewqan ġew rivokati.
Leg 11 PQ #2701 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizja u Intern — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nħatru ebda Chairpersonsjew Diretturi ta' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi wara l-10 ta' Marzu 2008, pero' jrid jingħad li bħalissa hemm l-Ispettur Abraham Zammit li nħatar bħala Aġent Direttur fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Leg 11 PQ #2702 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazjoni — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.