Kunsill Lokali ta’ Birkirkara — sitwazzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi qiegħed jieħu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex tiġi regolarizzata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jsegwi l-qagħda finanzjarja ta’ kull kunsill lokali u jara li jimxu mal-provedimenti legali finanzjarji. Infurmat li f’dan id-dawl il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara approva pjan ta’ azzjoni sabiex inaqqas id-deficit tiegħu.
Dipartiment tal-Gvern Lokali — ittri mhux imwieġba
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn meta tintbagħat ittra lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali ħafna drabi ma tkunx imwieġba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, bħal kull dipartiment ieħor u bħal kull entità oħra tal-Gvern, jibgħat acknowledgement għall kull korrispondenza li jirċievi, sakemm din ovvjament ma tkunx anonima. Ikun tajjeb għalhekk li l-Onorevoli Interpellant, jekk dejjem għandha xi każ jew ċirkostanza partikolari, tgħaddili d-dettalji sabiex nanalizzha.
Kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' accountants
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ accountants mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m'hemmx kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.
kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' avukat
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni tkkonsisti f’lista konsolidata tad-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-leġiżlazzjoni li biha dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-istess mistoqsija.
Ministeru tal-Intern — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 35239.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onoroveli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' pavimentar li qed isir preżentement fil-Belt hux monitored minn perit? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fuq liema kriterji x-xogħol li sar fit-triq bi swit il-Qorti ġie aċċettat stante illi huwa 'l boghod minn dak mistenni u mixtieq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalma jiġri f'kull proġett ieħor ta’ natura simili, ix-xogħol imsemmi qed isir taħt is-superviżjoni ta’ perit minn Transport Malta. F’dan il-każ, ix-xogħol għadu ma ġiex aċċettat u l-kuntrattur li qiegħed jagħmel l-imsemmi xogħol, diġà ġie nnotifikat biex jirrimedja n-nuqqasijiet li rriżultaw.
rapport tal-bord tal-inkjesta dwar il-Forensic Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35050 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-bord tal-inkjesta li twaqqaf lejn nofs is-sena 2011 u li kkonkluda x-xogħol lejn l-aħħar tal-istess sena, dwar il-Forensic Unit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35050.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) tinżammx informazzjoni dwar ħidmiet part-time jew negozji li jista' jkollhom l-impjegati tal-awtorità u jekk dan hu l-każ jekk hemmx ħidmiet li huma ta' kunflitt mal-ħidma tal-awtorità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fir-rigward ta' saqaf tal-asbestos li jagħti fuq twieqi tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) u b'liema mod u attivament l-awtorità sejra telimina kull periklu li jista' jkun hemm għall-ħaddiema tal-MCCAA?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, u skont regolamenti sussidjarji, ir-responsabbiltà assoluta biex jiġu kkontrollati riskji fuq il-post tax-xogħol hija ta’ min iħaddem, u mhux tal-Awtorita’. Fost affarijiet oħra, min iħaddem għandu l-obbligu li jevalwa r-riskji u jara li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni.
Fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, u wara li spezzjonat kemm il-lok imsemmi, kif ukoll il-lok imsaqqaf bl-asbestos, l-Awtorita’ talbet li jsir eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju assoċjat mal-preżenza tal-asbestos – dan l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni ried isir minn persuna kompetenti fil-materja.
Fil-fatt, dan l-eżerċizzju u l-analiżi meħtieġa saru skont proċess aċċettabbli għall-Awtorita’. L-Awtorita’ talbet ukoll li dan ir-rapport jiġi diskuss mill-Management mar-Rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurta fl-Malta Competition and Consumer Affairs Authority skont kif meħtieġ mill-Avviż Legali 36/2003, u dan biex jingħataw kull opportunita’ li jiddiskutu l-konklużjonijiet tar-rapport.
Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ħlas ta' salarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x`passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ħlas ta' salarju permezz ta' sistema ta' VAT receipts flok permezz ta' impjieg mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz li qed jirreferi għalih ġie investigat u se jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-proveddimenti relattivi tal-liġi jkunu osservati.
Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali — ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi legali ttieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fuq ilmenti dwar ingaġġ ta' impjegati mhux skont il-ftehim kollettiv (jiġifieri ingaġġ fuq il-massimu tas-salarju tal-grad flok il-minimu) fl-entità pubblika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li hemm xi klawsola fil-ftehim kollettiv li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant li jorbot lill-entità konċernata li timpjega persuni fil-minimu ta’ grad.
Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender biex jitkompla x-xogħol tad-drenaġġ minn Triq it-Terħa Ħal Għaxaq għal ġol-mina ħdejn il-Bank of Valletta peress li x-xogħol jinsab wieqaf skont il-persuna li tatni l-informazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender ma tistax toħroġ għalissa. Hemm problema kbira ta’ cables taħt l-art fejn irid isir ix-xogħol. Qed tiġi studjata l-mod ta’ kif dan ix-xogħol jista’ jitkompla.
Jista' l-Ministru jiċċara jekk is-sussidju li se jingħata fuq ix-xiri ta’ proprjetà for possession and use iridx jiġi rifondut wara it-trapass ta’ għaxar snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju jigi rifuz lill-Awtorità jekk it-trasferiment tar-residenza isir qabel il-perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kuntratt finali, jew jekk il-benefiċjarju ma jibqax jabita fid-dar bħala residenza ordinarja tiegħu għall-perjodu ta’ għaxar snin però referenza ssir għall-kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-istess skema.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika ta' kemm qed jattendu tfal maqsumin skont id-dħul tal-familja, f'kull ċentru Smart Kids għat-tfal għal matul il-jum sal-aħħar ta' April 2012? Kemm hemm tfal li qed jistennew sabiex jingħataw servizz f'kull ċentru? Fejn huma l-lokalitajiet li se jinfetħu ċentri ġodda din is-sena u s-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Santa Venera — boundary wall bejn Triq il-Karmelitani u Triq il-Ferrovija
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbena l-boundary wall bejn Triq il-Karmelitani f'Santa Venera kantuniera ma' Triq il-Ferrovija liema art kienet espropjata mill-Gvern sabiex nisġet Triq il-Karmelitani? Huwa minnu li dan iċ-ċint kin twaqqa? Minn min? Min hu responsabbli għal bini ta' dan il-boundary wall?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Kap tal-Infection Control Unit - kuntratt ta' konsulent
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kap tal-Infection Control Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei għandux il-kuntratt tal-konsulent? X'tip ta' kuntratt hu u x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kap tal-Infection Contol fl-Isptar Mater Dei hu Konsulent Mediku li qiegħed fuq Kuntratt A. Il-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt huma dawk stipulati fil-ftehim bejn il-Medical Association of Malta (MAM) u l-Gvern f’Novembru tat-2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħallsitx l-National Insurance Contribution tal-2005 u tal-2009? X'inhuma l-ħlasijiet li se jitnaqqsu mill-salarju? Meta se jibda dan l-istess tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dettalji tal-persuna kif mogħtija m’humiex biżżejjed biex tkun identifikata l-persuna konċernata.