Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?
Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Iżbandola, Ħal Qormi qed tibqa' tippersisti minkejja li l-Enemalta bniet substation ġdida fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi biex telimina din il-problema? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tieħu azzjoni biex tnaqqas il-loadfuq il-Low Voltage feedersu b'hekk il-vultaġġ għandu jitjieb.
Awotrità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq l-Imdina - Traffic Lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità Dwar it-Trasport se tieħu azzjoni biex tiġi solvuta l-problema tar-residenti li jgħixu fl-area ta’ Triq Nikol Montebello u toroq biswit li lkoll jiżbukkaw f’parti minn Triq l-Imdina, Ħal Qormi u li m’għandhom l-ebda ħarsien biex jaqsmu din it-triq traffikuża biex imorru għal kull xorta ta’ servizz fuq in-naħa tal-core ta’ Ħal Qormi? L-Awtorità Dwar it-Trasport qatt għamlet xi xorta ta’ assessment fuq din il-parti tat-triq, fejn hemm mijiet ta’ residenti biex tistabilixxi l-ħtiega urġenti ta’ faċilità ta’ pedestrian crossing b’sistema ta’ traffic lights? Jekk le, meta se jsir dan? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u l-pjani li għandha l-Awtorità Dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ġa hemm proposta approvata u l-Awtorita' tat-Trasport ser timplimentaha.
Rekwiżiti Minimi — Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija
Question
Billi ftit ilu l-Ministru ikkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta' indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-istess Ministru jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser jkunu il-linji ġenerali tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x’inhi il-viżjoni tal-Gvern vis-à-vis il-kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-viżjoni tal-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali tibqa’ msejsa fuq il-prinċipji ta’ sussidjaretà, solidarjetà u sostenibbiltà.
Dawn il-prinċipji jridu jissarfu f’dak li hu l-għan ta’ kull gvern kemm ċentrali kif ukoll lokali, jiġifieri f’ħajja aħjar għaċ-ċittadin. F’għeluq il-ħmistax-il sena mill-introduzzjoni tal-Gvern Lokali, ħassejt li ken wasal iż-żmien biex naraw jekk dan il-għan hux qed jintlaħaq bl-iktar mod effiċjenti u effikaċi. Għalhekk, bħalissa qed isir proċess ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal għal riforma fit-tħaddim tal-Gvern Lokali.
Kunsilli Lokali — Mudell ġdid ta' performance evaluation
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li biex jassigura lill-kunsilli lokali jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom b’mod effettiv jintroduċi mudell ġdid ta’ Performance Evaluation?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tal-Kunsilli Lokali diġà tipprovdi li sabiex ikunu evalwati l-effiċjenza, ekonomija u l-effettività ta’ l-operat tal-Kunsilli Lokali jintużaw indikaturi. Sal-lum qed jintużaw żewġ indikaturi: wieħed biex ikejjel l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi (Rapport dwar l-Effiċjenza) u l-ieħor dwar il-qagħda finanzjarja ta’ kull Kunsill li ssir kull erba’ xhur (Financial Situation Indicator).
Hemm il-ħsieb li dawn il-
Performance Indicators
jiżdiedu sabiex l-evalwazzjoni ta’ l-operat ta’ kull Kunsill Lokali issir b’mod aktar wiesa’. Għal dan il-għan, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali diġà għamel it-talba għall-assistenza mis-
Centre of Expertise for Local Government Reform
tal-Kunsill tal-Ewropa, li minn naħa tagħhom aċċettaw li jassistu f’dan l-eżerċizzju.
Kunsilliera li servew f aktar minn kunsill lokali wieħed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilliera li servew f'aktar minn kunsill lokali wieħed? Min huma? F’liema kunsilli lokali servew bħala kunsilliera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni disponibbli hi dwar il-ħatra tal-Kunsillieri f’kull Kunsill Lokali, u ċioè l-informazzjoni hi abbinata mal-Kunsill Lokali u mhux ma’ l-individwu.
Sabiex tingħata din l-informazzjoni irid isir eżerċizzju laborjuż fejn jiġu ivverifikati l-Kunsillieri kollha eletti f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Ma naħsibx li jkun ġust li riżorsi tal-Gvern għandhom jintużaw fuq ġbir ta’ din l-informazzjoni sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jispeċifikax il-ħtieġa għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-fenek frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-irziezet reġistrati sabiex iżommu baqar jew għoġġiela, huma 108 f’Malta u 46 f’Għawdex, iżda n-numru ta’ produtturi tal-ħalib reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa ta’ 95 f’Malta u 41 f’Għawdex. Din id-differenza hija spjegata minħabba li wħud mir-raħħala jkunu krew il-kwota jew mhumiex joperaw bħala produtturi tal-ħalib frisk, iżda għadhom qed iżommu xi baqar jew għoġġiela fuq ir-razzett.
L-ammont ta’ produzzjoni ta’ ħalib frisk hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħxejjex u frott mis-serer reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? Xi produzzjoni jlaħħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Jidhirlu l-Ministru li huwa abbuż mis-sistema tas-saħħa li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jagħtu somma flus lill-klijenti tagħhom ta' kull jum li joqogħdu in patients fl-isptar governattiv biex dan ma jmurx fi sptarijiet privati? Meta ġew iffissati l-aħħar rati ta' ħlas għal servizzi fl-isptar Mater Dei għat-turisti u n-nies li jħallsu?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2554.
Ninsab informat li l-aħħar rati ta’ ħlas għal servizzi relatati mal-servizzi tas-saħħa ġew iffissati b’Avviż Legali Nru 201 ta’ l-2004 bit-titolu “Regolamenti ta’ l-2004 dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa”. Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.
Tista' l-Ministru tara li tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li għandu bżonn facilitator, mill-iskola qalulu li se jdum jistenna. Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ għall-ġid tat-tifel u l-ġeneturi tiegħu jiġu infurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-applikazzjoni mill-iskola għadha ma saritx għaliex għad m’hemmx dokumenti mediċi, fosthom rapport tal-Psikologu. Appena l-iStatementing Moderating Panel jirċievi l-applikazzjoni l-proċess ikun jista’ jibda.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' għajnuna ta' tifla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonn assistenza l-iskola u bħalissa l-każ tagħha jinsab quddiem l-bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-applikazzjoni ta’ għajnuna tat-tifla li d-dettalji tagħha jidhru separatament, ġiet reġistrata f’Lulju 2008. Din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata flimkien ma’ oħrajn bħalha.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' tifla ta' 7 snin , li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, li skond rapport għandha bżonn facilitator? Wieħed jifhem il-bżonn ta' l-edukazzjoni. Jista' jitmexxa l-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-applikazzjoni mill-iskola għadha ma saritx għaliex għad m’hemmx dokumenti mediċi, fosthom rapport tal-psikologu. Appena l-iStatementing Moderating Panel jirċievi l-applikazzjoni l-proċess ikun jista’ jibda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bint kerrej li ilha għal dawn l-aħħar sentejn toqgħod ma missiera peress li l-ġenituri huma legalment separati, wara li l-kerrej jiġi nieqes, il-kera ddur fuqha u tiġi rikonoxxuta bħala l-inkwinlin bil-probabbilita' li tiġi riveduta l-kera meta l-post jinqaleb għal fuq isimha?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal post proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar nitolbu jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ biex tingħata l-għajnuna u l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li romlot ftit tax-xhur ilu, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevitx l-kera tal-garage, jista' jara li jitmexxa l-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika lil liema Dipartiment jew enitita li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi hu mikri l-garage tal-persuna ndikata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1996 u 2206 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir it-tindif neċessarju f'għalqa żdingata u abbandunata li hemm fi Triq il-Farinall, il-Mosta biswit il-bring-in site?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Mosta li l-imsemmija għalqa privata li tinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ fejn jinsabu l-Bring-in-Sites, hi mgħottija b’lantana (creeper) tal-fjuri b’mod li jekk hemm materjal mitfugħ ġo l-għalqa dan ma jidhirx.
Peress li l-materjal jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa pubblika, qed jiġu nfurmati l-awtoritajiet tas-saħħa biex jieħdu l-passi meħtieġa skond il-liġi.
Studenti — National Diploma u Journeyman's certificate
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn l-istudenti li ġabu l-Btec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull institute, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u tgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Tista' tagħti breakdown ta’ kull sena f’kull institute?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.