Tista' l-Ministru tgħid meta l-għalliem/a tal-Insurance Law (PO5) fl-MCAST se jibda/tibda jagħti/tagħti lezzjonijiet lill-istudenti speċjalment tat-tieni sena, liema suġġett huwa obbligatorju biex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jieħdu d-diploma u li l-kors tagħhom baqagħlu sitt xhur biss biex jispiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-lezzjonijiet tal-Insurance Law (PO5) fl-MCAST ser jibdew nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru 2008.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal Luqa peress li f'mistoqsija parlamentari fil-leġislatura li għaddiet intqal li din it-triq kienet tifforma parti mill-programm ta' toroq għal matul l-2008?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' bankina ġdida fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi( biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gorg) wara li fil-legislatura li għaddiet ingħata l-informazzjoni li dan ix-xogħol kellu jkun inkluż fil-programm ta' xogħolijiet li kellhom isiru fl-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess tat-tender.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 588, jista' l-Ministru jara li n-numru ta' toroq żgħar li jinsabu f'partijiet importanti fix-Xemxija, Qawra, San Pawl il-Baħar u Bugibba jingħataw wiċċ tat-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq li ser jinbnew f’San Pawl il-Baħar fix-xhur li ġejjin huma skond il-lista ta’ toroq maħruga mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Toroq oħrajn li diġa fihom asfalt u għandhom bżonn manutenzjoni tal-wiċċ eżistenti jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li għad iridu jiġu mogħtija t-tarmac l-ewwel darba u meta hemm il-ħsieb li x-xogħol tagħhom jinbeda fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq li għad iridu jiġu asfaltati fil-lokalitajiet tal-Marsa, Paola, St Lucija, Tarxien, Gudja u Ghaxaq. Dawn it-toroq ser jinbnew skond il-priojaritajiet tal-program tal-bini tat-toroq residenzjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-pjanti li kienu saru biex fit-triq taċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jgħaddu minn hemm bil-vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Din it-triq ser tiġi mibnija mill-ġdid bħala parti mix-xogħlijiet għat-titjib ta' toroq li huma klassifikati bħala TEN-T.
Ix-xogħlijiet proposti jinkludu numru ta' miżuri biex titjieb ir-road safetytul din it-triq. Dawn il-miżuri jinkludu l-bini ta' central strip li tifred iż-żewġ karreġati, installazzjoni ta' pelican crossings, titjib tal-junctions, u faċilitajiet għall-pedestrians.
Bħala miżura temporanja, l-NID għamlet barriers bħala central strip. L-NID ser tkun qed ittejjeb din is-sistema.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lista ta’ infringments li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ambjentali Ewropej hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-Proċedimenti huma mqassma skond l-istadju li waslu fih, jiġifieri:
a. Ittri ta’ avviż formali;
b. Ittri ta’ tqegħid fil-mora (
reasoned opinion
);
c. Proċedimenti riferuti lill-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja;
Proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti ta' Triq Gistakor, Hal Għaxaq ser tinfetaħ biex ir-residenti jkollhom aċċess għal ġo darhom peress li bħalissa r-residenti qed iħallsu Lm400 fis-sena lil terzi persuni biex ikollhom aċċess għal proprjeta' tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-każ li jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jitratta kwistjonijiet ta' permessi ta' l-iżvilupp. Għalhekk għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2013 u jgħid kemm hawn vetturi EWRO 2, 3, 4, 5, u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel l-2004, qabel Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea, ir-reġistrazzjoni tal-karozzi ma kienitx tinkludi l-EURO standards u s-Certificate of Conformity ma kienx jiġi verifikat għal EURO standards.
Sal-lum Malta m'għandiex l-obbligu li żżomm informazzjoni dwar il-EURO engine standards tal-vetturi fid-database tal-karozzi li tinżamm fil-Licensing and Testing Directorate tal-ADT.
L-EURO engine standards 5 u 6 għadhom ma daħlux fis-seħħ.
Allura, l-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant ma tistax tiġi ppreżentata.
Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-għajnejn
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilita ma tapplikax għall-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta huma intitolati għal trattament mediku bla ħlas inkluż dak tal-vista ta’ l-għajnejn. Membri ta’ l-Armata huma intitolati għal nuċċali b’xejn kif jissupplixxi d-Dipartiment tas-Saħħa.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1102, fejn hemm indikat li se jsiru railings fi Triq Angelo Pullicino, nixtieq ninforma lill-Prim Ministru li dawn ir-railings qatt ma saru. Jista' jinfurmani liema permit number inħareġ mill-MEPA fuq dan ix-xogħol li sar f'dawn ir-rampi stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-railings ma sarux fuq parir tal-perit tal-Kunsill peress li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers u dawn ma jkunux jistgħu jgħaddu jekk ikun hemm dawn ir-railings. Madanakolu ser jitwaħħlu tabelli li jindikaw li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers biss.
Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda permess tal-MEPA għall-imsemmija rampa u għalhekk ser jittieħdu passi kemm mill-MEPA kif ukoll mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jekk jirriżulta li sar abbuż minn fondi pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi ir-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern dwar il-proposta tal-Prim Imħallef li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa dwar il-maħfriet presidenzjali li jingħataw, li dawn jiġu pubbliċizzati u tingħata spjega għal liema raguni jkunu ngħataw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa` għamilt stqarrija pubblika b’reazzjoni għall-proposta mressqa mill-Prim Imħallef dwar il-Maħfriet Presidenzjali. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-istqarrija li kienet dehret f’waħda mill-gazzetta lokali fil-21 ta’ Settembru, 2008.
Għall-benefiċċju ta’ dawk li, forsi, ma kenux qraw din l-istqarrija, nixtieq nerġa’ nikkonferma illi m’għandi l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju li jiġu ippublikati d-dettalji tal-Maħfriet Presidenzjali. Pero`, nemmen illi din it-tibdila għandha tiġi implimentata wara diskussjoni u konsultazzjoni wiesgħa kemm mal-pubbliku, kif ukoll mas-settur legali.
Wara li saret ħafna pubbliċità saħansitra permezz ta’ media releases u flyers li twaħħlu 300 bin fl-area ta’ Paceville, xi ħaġa fiha nnifisha ferm pożittiva, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi effettivi u immedjati li mhux biss terġa' titwaħħal l-unika bin li kien hemm ħdejn il-bus stop l-antika qrib il-Lukanda Halland, kif ukoll li ssir tindifa sew tal-valley road ta’ Wied Għomor – taħt l-istess lukanda – li ħafna drabi qed twassal biex diversi nies jidħlu bi trucks privati u jużaw il-wied bħala dumping ground għar-refuse?
Jista' l-Prim Ministru jassigura li kull restaurant u lukanda li hemm fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad ikollu ftehim ma' kuntratturi tal-iskart biex uħud minnhom ma jibqgħux jarmu skart fejn ifettlilhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond is-subartikolu 3 tal-aritkolu 11 tal-Avviż Legali 175 ta’ l-2004 (Regolamenti ta’ l-2004 dwar Stabbilimenti li Jipprovdu l-Ikel), kull detentur ta’ liċenzja ta’ stabbiliment li jipprovdi l-ikel hu obbligat li jiżgura li l-fdal tal-kċina (swill) jiġi miġbur minn kolletturi li jkollhom liċenzja. Il-leġislazzjoni preżenti ma tobbligax detenturi ta’ liċenzji ta’ stabbiliment li jipprovdu l-ikel u lukandi sabiex ikollhom ftehim ma’ kuntratturi għall-ġbir ta’skart ieħor.
Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed jitħejjew kundizzjonijiet ġenerali ġodda mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar kuntratti għall-ġbir ta’ skart li se jinħarġu mid-diversi Kunsilli Lokali.
Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet li saru biex jiġu maħfura ċitazzjonijiet li jkunu ħarġu minn wardens jew pulizija? Jista' l-Prim Ministru jagħti dan it-tagħrif maqsum f'lokalitajiet differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ċitazzjonijiet mogħtija mill-Gwardjani Lokali u Pulizija li dwarhom saru petizzjonijiet lill-Bord tal-Petizzjonijiet mit-twaqqif ta’ l-istess Bord sat-22 ta’ Settembru 2008 jammonta għall-30,124.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-lokalità u n-numru ta’ ċitazzjonijiet li dwarhom saret talba lill-Bord tal-Petizzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-MEPA biex ftit tal-ġimgħat ilu waqqfet pellegrinaġġ li kellu jiġi organizzat mill-komunità tal-Patrijiet Frangiskani ta' San Pawl il-Baħar, fil-preżenza tal-isqof t'Għawdex, għall-gżejjer ta' San Pawl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li saret applikazzjoni għal din l-attività mal-MEPA mill-persuna responsabbli u sussegwentement inħareġ permess biex din l-attività tkun tista’ ssir skond kundizzjonijiet hekk kif stipulati mill-istess permess. Il-permess kien ikopri erba’ pellegrinaġġi f’dati differenti, fejn fost il-kundizzjonijiet maħruġa, kien hemm stipulat il-post fejn setgħet issir din l-attività u l-ammont ta’ nies li setgħu jieħdu sehem.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex jiġbor lista ta’ kimiċi qabel ma' dawn jintużaw fl-industrija lokali? Liema awtorità hija responsabbli għad-data collection u l-enforcement tagħhom? Kif qed isiru l-verifiki mal-importazzjoni tagħhom? Ir-residues tagħhom fejn qed jiġu dumped wara li jiġu użati? X’inċentivi qed jingħataw lill-industrija lokali biex ibiddlu l-metodi tagħhom jekk qed jużaw kimiċi simili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel nett hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn importazzjoni intra-komunitarja u dik extra-komunitarja. L-importazzjoni ta’ prodotti kimiċi minn pajjiżi komunitarji tibbenifika mis-suq ħieles u għalhekk ma hemm l-ebda mekkaniżmu għall-ġbir ta’ listi ta’ prodotti kimiċi li ġejjin minn pajjiż ieħor Membru tal-Komunita’ Ewropea. Dawk il-prodotti li ġejjin minn barra l-UE huma sottoposti għall-kontrolli mid-dwana li qed iżżomm lista ta’ prodotti kimiċi li qegħdin jiġu impurtati f’Malta. Ir-Regolament REACH li jkopri t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kimiċi huwa amministrat lokalment mill-Awtorita Maltija għall-iStandards (MSA) u jinkludi wkoll aġenzija komunitarja li tinsab fil-Finlandja (ECHA). Hemm informazzjoni li tinġabar mill-Aġenzija kif ukoll informazzjoni li tinġabar mill-MSA. L-infurzar ta’ dan ir-Regolament huwa f’idejn l-MSA bl-għajnuna ta’ entitajiet governattivi oħra li huma tal-kumitat eREACH. Dan ir-regolament qed fil-bidu tiegħu (madwar l-EU kollha) u għalhekk l-infurzar tiegħu għadu fl-ewwel passi, pero l-kontrolli għadhom ikunu bbażati fuq data ta’ importazzjoni u kontrolli fl-impjanti industrijali individwali (permezz ta’ l-użu ta’ dokumentazzjoni u fejn hemm bżonn jkun hemm it-tehid ta’ kampjuni għall-ittestjar). Kull prodott kimiku għandu jkollu l-iskeda dwar is-sigurta’ tal-materjal fejn jiġi speċifikat kif għandu jiġi dispost l-iskart ta’ dak il-prodott. Min juża dak il-prodott kimiku huwa obbligat li jimxi fuq dak li hemm fl-iskeda tas-sigurta’ tal-materjal.
L-MSA ma topera l-ebda skema ta’ inċentivi sabiex jinbidlu metodoloġija jew sustanzi kimiċi.