Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma — Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanti.

Programmi/faċilitajiet — Każijiet ta tfal - very challenging behaviour

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni involuti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kummissjoni Nazzjonali għall-familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hiex ser tinħatar Kummissjoni Nazzjonali għall-familja?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kummissjoni tal-Familja spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju 2008 u bħalissa mhix imwaqqfa.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja — Programm ta' studju dwar il-familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proposta li tingħata Lm40,000 lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja biex jidħlu f'diskussjonijiet ma' l-Università ta' Malta dwar programm ta' studju dwar il-familja?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Kummissjoni tal-Familja spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju 2008 u bħalissa mhix imwaqqfa. Sa dak iż-żmien il-Kummissjoni ma kinitx irċeviet direzzjoni dwar dak li qed issaqsi l-Onor. Interpellant.

Tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tispeċifika jekk hijiex tirreferi għad-disability child allowance li tingħata lit-tfal b’diżabilta’ jew għal pensjoni tad-diżabilta li titħallas dwar tfal li għalqu 16 il-sena fil-kas ta’ diżabilita mentali jew fiżika severa u ta’ 14 il-sena lil dawk li jbatu minn nuqqas ta’ vista.
Leg 11 PQ #3065 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3066 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u Segretarji Parlamentari — Karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Immigration officers — paga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa l-compliment tal-Immigration Officers? Għaliex min huwa fi skala ta' Assistant Principal u min hu fi skala ta' skrivan jew fi skala ta' labourer jagħmlu l-istess xogħol u l-paga hija differenti skond l-iskala msemmija?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Immigration Officers — Closed Department

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Immigration Officers jitqiegħdu f'closed department bħalma ġara bl-impjegati ta' Licensing Department, kif ukoll bi CCF wardens, li lkoll kienu jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Kummissarju tal-Pulizija u llum huma entitajiet għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kriterji biex ingħażlet persuna għall-konferenza fl-Iskozja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx xi sejħa biex nurses jattendu konferenza dwar id-Dimentia li saret fl-Iskozja fl-ewwel gimgħa ta' Settembru? F'każ li ma nħarġitx sejħa, x'kienu il-kriterji li ntużaw biex tintagħżel l-persuna li marret l-Iskozja? Min intagħżel u xi kwalifiki għandu u kemm kienet l-ispiża globali?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Raħal Ġdid — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsascala — Wied Ziju - Espropjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ivversax flus wara l-espropjazzjoni ta' l-artijiet fiż-żona ta' Wied iż-Ziju magħrufa bħala ta' l-Iskarpell Marsascala, liema espropjazzjoni saret iktar min 20 sena ilu? Jekk le, jista' jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jivversa dawn il-flus bħala kumpens wara l-espropjazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Librerija Pubblika u libreriji oħrajn

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nxtraw kotba għal-Librerija Pubblika u l-libreriji l-oħra dawn l-aħħar snin u x'kienet in-nefqa sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ kotba flimkien man-nefqa tagħhom sena b’sena li nxtraw għall-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana u l-libreriji Reġjonali u dawk Frieghi, f’dawn l-aħħar 5 snin hija kif tidher hawn taħt: Sena Numru ta’ kotba Nefqa 2004 4,290 Ewro 22,863 2005 1,985 Ewro 13,653 2006 1,050 Ewro 6,561 2007 972 Ewro 7,423 2008 (sa Settembru) 713 Ewro 6,412

Boreholes bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex ser toħroġ skema biex min għandu borehole bla permess ikun jista' jinotifika l-pożizzjoni tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li diġà ħabbart skema waqt konferenza stampa nhar it-Tlieta 7 ta’ Ottubru. Din l-iskema tagħlaq fis-6 ta’ Novembru 2008. Nitolbu jara wkoll l-Avviż Legali 255/2008.

Furjana — Librerija Pubblika - Attivitajiet għat-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet qed isiru fil-Librerija Pubblika tal-Furjana sabiex iħajru tfal imorru aktar il-librerija, jagħmlu użu minnha u jaqraw aktar? Tista' tgħid jekk ingħatax taħriġ lil xi impjegati mid-Dipartiment tal-Librerija sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet sabiex iħajru lit-tfal jaqraw? Tista' tgħid jekk jeżistix budget għal attivitajiet li jħajru lit-tfal jaqraw u kemm kienet in-nefqa ta' dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-attivitajiet li qed isiru fil-Librerija Pubblika tal-Furjana biex iħajru t-tfal imorru aktar il-Librerija, jagħmlu użu minnha u jaqraw aktar huma kif jidher hawn taħt: Sabiex it-tfal jiġu mħajra jaqraw u jkollhom għarfien iżjed tas-servizz mogħti mill-Libreriji, il-Librerija Pubblika Ċentrali qiegħda torganizza " orientation visits " għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u privati. F’dawn iż-żjajjar lill-Librerija Pubblika, l-istudenti akkumpanjati mill-għalliema tagħhom, jiġu mdawra mal-Librerija Pubblika filwaqt li tingħata spjegazzjoni ta' kull funzjoni ta' servizz mogħti u l-għan tiegħu. Waqt iż-żjara t-tfal jiġu mħajra sabiex jinkitbu membri ġodda. Sabiex ikun hemm aktar inklussivita, fil-Liberija Pubblika Ċentrali ġiet imwaqqfa l- Multimedia Library fejn tfal jew studenti b'kundizzjoni ta' dyslexia jistgħu jmorru l-Liberija Pubblika Ċentrali flimkien mal-ġenituri tagħhom jew għalliema u jużaw software magħmul apposta sabiex jgħinhom jaqraw. Barra minnhekk fis-sezzjoni Awdjo-viziva tfal li jixtiequ jitgħallmu lingwa ġdida jistgħu isibu cassettes adattati li jħajruhom jibdew jipprattikaw lingwa oħra. L-għalliema wkoll qed isibu materjal utili f'din is-sezzjoni sabiex jisselfuħ għall-uzu fil-klassi. L-impjegati nvoluti fl-organizzazzjoni tal-viżti għall-Librerija Pubblika Ċentrali minn studenti jew il-pubbliku, kollha ngħataw korsijiet avvanzati fil- Customer Care u in-service courses fis-servizzi mogħtija fil-Librerija filwaqt li l-persuna nkarigata mis-servizzi għal nies bi bżonnijiet speċjali hija kkwalifikata b’ Masters fis-Soċjologija. M’hemmx line vote iddedikat għal attivitajiet biex iħajru tfal jaqraw kemm fil-Libreriji Pubbliċi kif ukoll f’dawk distrettwali iżda l-ispejjeż relatati huma parti mill-vot rikorrenti.
Leg 11 PQ #3160 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voti tat-3rd u 2nd Reġiment — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt intnefqu flus minn dawn il-voti tat-3rd u 2nd Reġiment ta' Ħal-Far u ta' Ħal-Safi u cioè i) Vote 2210/22405380 (vote 1) ii) Vote 2210/224053080 (Vote 2)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3160, qed nassumi li l-mistoqsija tirrigwardja l-item 5380 – Third Country Nationals, Vote 7 – Armed Forces of Malta. Fl- item 5380 – Third Country Nationals , sub item 2210, sas-16 ta’ Ottubru, 2008, ntefqet is-somma Euros 288,349, waqt li fis- sub item 2240 ta’ l- item 5380, ntefqet is-somma ta’ Euros 2,212,223. L- item 5380 – Third Country Nationals huwa amministrat mill-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Armata u l-fondi jiġu allokati lir-Reġimenti skont il-prijoritajiet u l-esiġenzi.

Sliema — Triq Dingli - Hawkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'passi fi ħsiebhom jieħdu l-Pulizija fir-rigward diversi hawkers li qed joħolqu Dingli Circus fi Triq Dingli, Tas-Sliema, partikolarment fid-dawl ta' l-inkonvenjent li dawn qed joħolqu lir-residenti tal-madwar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra żewġ persuni li nstabu li kienu qed jiksru l-Liġi. Il-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fit-triq imsemmija u, fejn ikun il-każ, tieħu l-passi meħtieġa skont il-Liġi.

Propjetà privata mikrija mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.