Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ta' għajnuna lill-investiment ingħataw b'attenzjoni speċjali għal Għawdex? Kemm kienet din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha skemi ta’ għajnuna speċifikament fuq Għawdex li huma għajnuna fuq transport bejn Malta u Għawdex (Industry in Gozo), kif ukoll għajnuna fuq hlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda (Gozo Regeneration scheme).
Fir-rigward ta’ transport bejn Malta u Għawdex, bejn is-snin 2005 sa 2007 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €1,193,085. L-inċentiva tinħadem abażi ta’ l-
audited accounts
, konfirma ta’ l-ispejjes mil-audituri, u dokumentazzjoni relevanti oħra
,
li jissottomettu l-kumpaniji ma l-applikazzjoni lil Malta Enterprise. B’hekk il-figuri għas-sena 2008 ikunu disponibbli wara li din l-informazzjoni tinghata lil Malta Enterprise.
Fir-rigward ta’ ħlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda, liema skema qegħda tiġi amministrata flimkien ma’ l-ETC, din ġiet fis-seħħ fis-sena 2008, u għas-sena 2008 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €297,327.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul is-sena 2008 dwar il-manifattura ta’ valur miżjud għoli u x’kienu r-riżultati miksuba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ġħandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Għaldaqstant, id-dettalji mitluba mill-Interpellant ma jiffurmawx parti mill-informazzjoni fuq id-denunzji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi tip ta' kontroll fuq prezzijiet li fil-fatt jitħallsu għall-ġar ta' studenti lejn l-iskejjel tal-knisja jew privati, u fejn hu l-każ tal-Gvern? Kien hemm xi effetti (magħruf lill-Ministeru) fuq dawn il-prezzijiet minħabba miżuri marbutin mal-mod kif jistgħu jinġarru dawn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-każ tal-iskejjel statali hemm agreement bejn l-operaturi u l-Ministeru li jieħu ħsieb ukoll iż-żieda tal-prezzijiet.
Infurmata wkoll li l-Ministeru ma għandu l-ebda kontroll fuq prezzijiet li jitħallsu għall-ġarr tal-istudenti lejn l-iskejjel tal-knisja jew privati. Is-sezzjoni ta’ l-Iskejjel Mhux tal-Istat ma rċeviet l-ebda rapport fuq xi effetti fuq dawn il-prezzijiet minħabba mi\uri marbutin mal-mod kif jistgħu jinġarru l-istudenti.
L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — ħitan mibnija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħitan li ttellgħu fuq ordni tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp biex jagħlqu l-hekk imsejħa open plots fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu 2008? Tista' l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp tara li flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi fil-fatt ikun hemm aktar minn dawn il-ħitan li jinbnew biex nevitaw li jintrema żibel f'dawn il-plots ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' siti vakanti li ttellghu ħajt fuq ordni tal-MEPA fil-perijodu ta' bejn Jannar u Awwissu 2008 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija kienu ta' sittax-il wieħed.
Inħarġu ħames
enforcement notices
f'dawn l-inħawi fuq siti li għadhom ma ġewx magħluqa li huma ECF 496/08, ECF 497/08, ECF 501/08, ECF 507/08 u ECF 508/08. Ta' min isemmi li saret ukoll
direct action
mill-MEPA fuq sit miftuħ li kien inħariġlu
enforcement
ECF 418/06 u dan ma ingħalaqx mis-sid.
Il-MEPA flimkien mall-Kunsill Lokali huma responsabli sabiex jaraw li fil-każ ta' siti/għelieqi mhux maħduma jitella' ħajt fil-parti li tmiss mat-triq. Dan għaliex il-Kunsill Lokali għandu jirraporta/jinforma lil MEPA b'dawn il-
plots
fil-lokal rispettiv u l-MEPA tivverifika jekk dak li ġie rrapurtat jaqax taħt il-kriterju ta'
injury to amenity
skond kif stipulat f'artikolu 55 ta’ l-Att Nru 1 tal-liġi ta' l-ippjanar.
F'każ li s-sit jikkwalifika taħt din l-iskema, il-MEPA tara min hu l-propjetarju tas-sit, tikkuntattjah u toħroġlu
Enforcement Notice
li tgħid li fi żmien sitt ġimgħat irid jittella l-ħajt, jekk dan ma jsirx il-MEPA tinforma lil kunsill biex dan jissottometti stima tax-xogħlijiet li hemm bżonn biex tiġi evalwata mill-MEPA. Hekk kif il-MEPA tapprova din l-ispiża tinforma lil kunsill li x-xogħol jista’ isir u tħallas lil kunsill meta jitlesta.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma humiex involuti f'din l-inizjattiva.
San Pawl il-Baħar — Passi biex jingħalqu open plots
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, wara li jiġu identifikati l-open plots jieħu l-passi neċessarji biex jingħalqu l-plots u jiġi evitat rimi ta' skart fihom minn nies irresponsabbli?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' slielem imwaħħla mill-Awtorità tat-Turiżmu madwar il-kosta Maltija biex jgħinu fl-aċċess lejn il-baħar matul is-sajf 2008? Kemm kien hemm fl-istess postijiet matul l-2007? Jista' jara li matul is-sajf li ġej, dawn is-slielem jiżdiedu kull fejn hemm bżonn u dan billi l-Awtorità tat-Turiżmu stess tagħmel spezzjonijiet matul il-kosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2007-2008 (sa Settembru) twaħħlu mitejn u disgħa u tmenin (289) sellum u railings mal-kosta ta’ Malta.
L-Awtorità kontinwament tissorvelja sabiex fejn ikun hemm nuqqasijiet bħal dawn tieħu azzjoni neċessarja.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bins li l-Awtorità tat-Turiżmu poġġiet fil-bajjiet tagħna matul is-sajf 2008? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak tal-2007? Tista' l-Awtorità tara li l-istess bins jiżdiedu għas-sajf li ġej 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taqsima tat-tindif tax-xtut din is-sena ħarġet madwar l-1,200 bin biex jitqassmu tul il-kosta ta’ Malta b’mod partikolari fuq il-bajjiet l-aktar iffrekwentati minn nies. Matul l-2007 tqegħdu madwar 930 bin.
Minħabba li din is-sena kien hemm influss akbar ta’ nies fuq il-bajjiet in-numru ta’
bins
żdied skond il-ħtieġa. Din it-taqsima tieħu ħsieb li tibdel minnufih kull
bin
li jintilef, jinħaraq jew ikollu bżonn ta’ manutenzjoni.
L-isptar Mater Dei — Numru ta' persuni fl-emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li attendew fl-emerġenza kull xahar minn mindu nfetaħ l-isptar Mater Dei? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' pazjenti li attendew l-emerġenza naturalment fl-isptar San Luqa, matul l-istess xhur tas-sena ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bormla — Triq San Ġwann - Area madwar il-Cospicua Rangers F.C.
Question
Peress li l-binja ġdida fi Triq San Ġwann Bormla issa hija lesta, jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuq il-ġnien u l-area ta' madwar il-Cospicua Rangers F.C., peress li tinsab fi stat diżastruż għall-aħħar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li dan il-ġnien ser jiġi żviluppat bħala proġett bi sħab bejn il-Kunsill Lokali u d-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar. Hekk kif jinkisbu l-permessi meħtiega mill-Kunsill u jsir qbil dwar il-finanzjament tiegħu, ix-xogħol ikun jista’ jibda.
Peress li fi Triq P.P. Caruana Bormla mbidlu s-servizzi tal-ilma tar-residenti, u peress li ngħata t-tarmac ukoll, jista' l-Ministru jara x'jista jsir peress li wara kull ħalba xita, din it-triq tibqa' b'ħafna għadajjar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa sabiex Triq Gurbell Paola, li saret mill-ġdid ma tibqax fl-istat li tkun wara kull ħalba xita mimlija bl-għadajjar kbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lil-ADT ser tinvestiga dan il-każ sabiex tkun tista' tiġi analiżżata s-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal rikonoxximent mill-persuna li dettalji dwara qed jinagħtaw separatament, peress li ommha ilha li mietet aktar minn tliet snin u hi ilha toqgħod f'dan il-post sa min twelidha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar laqgħet it-talba għar-rikonoxximent tal-familja indikata fil-Mistoqsija u huma se jiġu kkuntattjati fi żmien qasir sabiex issir il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jieħdu l-energy benefit f'kull raħal ta' Għawdex u ta' Malta separatament u jagħti l-informazzjoni kull sena separatament minn meta ġiet introdotta s-surcharge? Kemm minn dawn huma pensjonanti, single mothers jew li għandhom dħul baxx? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal dan il-benefiċċju kull sena separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2139, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk is-17-il speech therapist li se jiggradwaw din is-sena hux se jkunu mpjegati mal-Gvern minħabba li hemm ħtieġa kbira għalihom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 għall-mili ta’ postijiet ta’ Speech Therapist fil-Ministeru Għall-Politika Soċjali (Dipartiment tas-Saħħa).
In-numru ta’ postijiet li ser jimtlew huwa skond il-ħtiġijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentement sarx xi stħarriġ dwar dħul, kundizzjonijiet u livell ta' għajxien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja reċentement ippublikat riċerka bis-suġġett “Family Poverty and Social Exclusion with a Special Emphasis on Children”.
Għawdex — Istitut għall-Istudji Turistiċi - Ċertifikati, diplomi u degree
Question
Jidhirliex l-Ministru li għandha ssir kampanja biex jiġu nkoraġġiti ż-żgħażagħ Għawdxin biex jagħżlu korsijiet fl-istudji turistiċi li jiġu organizzati mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? Jidhirliex ukoll li l-Università ta' Għawdex għandha tibda toffri korsijiet li jwasslu għal ċertifikati, diplomi u anke degrees fl-istudji tat-turiżmu ankè fuq bażi full time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant biex tagħmilha lill-Ministru konċernat.
Infurmata wkoll li l-Universita` ta’ Malta bi ħsiebha toffri korsijiet li jwasslu għal baċellerat fl-istudji turistiċi, fiċ-Ċentru ta’ Għawdex fuq bażi
part-time
. Se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet dalwaqt. Jekk ikun hemm biżżejjed applikanti kwalifikati, il-kors ikun offrut. Ma hux possibli li f'Għawdex jingħata l-kors
full-time
.