Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Msida — Valley Road - Tindif ta' Spralli u Drenaġġ
Question
No question text.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispralli tad-drenaġġ fi Triq il- Wied l-Imsida jfuru meta tagħmel ix-xita għaliex ħafna djar għandhom l-ilma tal-bjut u btieħi tagħhom mqabbad illegalment mas-sistema tad-drenaġġ.
Il-Korporazzjoni tara li tnaddaf skond il- bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk gallarija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi stat perikoluż u li għandha valur storiku, min għandu d-dritt li jirranġaha jekk hux il-Gvern, jekk hux is-sid jew jekk hux għaqdiet ambjentali biex ma jintilifx il-preġju storiku tagħha?
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' raġel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ħadulu s-senter u anke ħamġulu l-kondotta, jkunx jista' jidher quddiem min hu inkarigat biex jagħtih spjegazzjoni ta' x'ġara? Jista' dan is-sinjur jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, giet imressqa l-Qorti fuq diversi akkużi u, b'sentenza tas-7 ta' Frar 2006, hija instabet ħatja u ġiet ikkundannata għall-multa massima ta' sittin lira (Lm60) u konfiska tas-senter Luigi Franchi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika dwar il-kunsilli lokali u persważ li l-finanzjament ser jinkwadra f’din ir-riforma.
Wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Gvern jibda jevalwa s-suġġerimenti li finalment iwasslu għar-riforma.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jagħmilx sens li s-sena skolastika tibda fl-ewwel ta' Settembru, l-istudenti jibdew il-kors fil-ħdax ta' Settembru u wara lecturingta' 60 siegħa jingħataw erba' assignments u dan presubilment jingħataw assignment kull ħmistax-il siegħa, u f'nofs Ottubru jerġa' jkun hemm second call għal-late applicants biex dawn jiżdiedu fil-klassi ma' dawk li jkunu ġa spiccaw l-ewwel units fl-ewwel semester skolastiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sena akkademika ta’-MCAST kienet ġiet stabbilita mill-Bord tal-Governaturi tal-MCAST fis-snin imgħoddija għax ħass li kien ta’ vantaġġ aktar għall-istudenti li jagħmel dan. Il-mod kif jiġu ammessi l-istudenti fl-MCAST hu fuq bażi progredat, jiġifieri l-ewwel jidħlu dawk li jkunu qegħdin ikomplu l-kors tagħhom fit-tieni jew it-tielet sena tal-programm, wara jiddaħlu dawk li jkunu qegħdin jipprogressaw minn kors għall-ieħor u fl-aħħar jidħlu dawk li jkunu għadhom ġodda għall-MCAST.
l-MCAST iħaddem sistema ta’ assessjar kontinwu u mhux eżamijiet. Għaldaqstant module ta’ studju jista’ jkollu xi assignment programmat wara numru ta’ siegħat biex isegwi lill-istudent. Il-perjodu bejn assessment u ieħor mhux fiss u jvarja minn unit għall-ieħor skond is-suġġett.
Ta’ sikwit l-assignments jingħataw fil-bidu ta’ kull study module sabiex l-istudent jkun jaf sa minn kmieni x’inhu mistenni minnu.
Ta’ min jinnota li dawn is-60 siegħa ikunu mqassmin fuq numru ta’ ġimgħat. Is-60 siegħa huma guided learning hours marbutin ma’ module wieħed minn numru ta’ modules li jingħataw lill-istudent.
Kunsilli Lokali — Talba biex jieħdu ħsieb il-grawnds tat-terf ta' l-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tispjega jekk għadx kellha xi talba minn xi kunsill lokali sabiex jieħu ħsieb il-grawnd bit-terf tal-iskola u liema kunsilli lokali għamlu din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirriżultax li qatt waslet talba għand il-Ministru minn xi Kunsill Lokali biex jieħu ħsieb il-grawnd bit-terf tal-iskola.
Għalliema — First right of acceptance - Għall-Evening courses
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-għalliema li jgħallmu matul il-ġurnata mhux jingħataw first right of acceptance biex joffru s-servizz tagħhom fil-għaxija bħala evening courses fl-istituti kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-14 ta’ Marzu, 2008, ħarget applikazzjoni (Ref. SSD 4/08) għal persuni kwalifikati biex jgħallmu f’suġġetti akkademiċi, suġġetti relatati ma’ l-IT u f’suġġetti oħra.
Il-persuni jingħażlu fuq bażi ta’ kwalifiki fis-suġġetti tagħhom u fuq l-esperjenza fit-tagħlim u t-taħriġ ta’ l-adulti.
Kunsilli Lokali — Devoluzjoni tal-grawd tal-futbol
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għaddietx b’xi forma ta’ devoluzjoni xi grawnd tal-futbol tal-iskola biex jintuza’ mill-kunsilli lokali, u jekk kien għad hemm xi devoluzjoni tista’ tgħid liema kienu dawn il-kunsilli ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirrizultax li qatt kien hemm xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ grawnd tal-futbol tal-iskola biex jintuża mill-Kunsilli Lokali.
Assignments tal BTEC First Diploma u Foundation Certification
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex f'livell 3, dak tal-First Diploma BTEC, u fil-livell 2 dak tal-Foundation Certification assignements ma jsirux bil-malti meta hu meħtieġ li l-istudenti jkunu jriedu jafu jiktbu sewwa bil-Malti qabel ma jkunu jafu jiktbu u jitkellmu bl-ilsien oħra fosthom l-Ingliż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-assignments tal-programmi marbutin mal-BTEC Edexcel iridu bilfors ikunu ippublikati bl-Ingliż għar-raġuni li dan ix-xogħol huwa suġġett għall-proċess ta’ verifikazzjoni esterna, jiġifieri, parti mix-xogħol ta’ l-istudenti (assignments) ikun irid jiġi ivverifikat minn verifikatur Ingliż li jirrapreżenta lil BTEC. Madankollu, il-lectureres dejjem jgħinu lil kull student sabiex jifhem b’mod sħiħ il-kontentut tax-xogħol li jkun irid jitwettaq fl-assignments. Il-Malti huwa mgħallem kemm fil-Foundation Certificate kif wkoll f’diversi livelli ta’ istituti skond il-ħtiega. Fil-Foundation Certificate, il-Malti jingħata l-istess importanza li għandhom l-Ingliz u l-Matematika.
Tista' l-Ministru tgħid jekk wasalx iż-żmien li jsir means test biex dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu għall-uniformi , jkollhomx l-uniformi mħallsa mill-fond skolastiku jew jingħataw għajnuna minn fondi pubbliċi, inkluż il-Fondi għall-Kawża Ġusta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’diversi skejjel diġa hemm sistema fejn ġenituri li ma jistgħux iħallsu għall-uniformi jkollhom għajnuna finanzjarja mill-fondi ta’ l-iskola.
Mosta — Triq San Ġużepp - manutenzjoni tar-roundabout
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ssir l-manutenzjoni madwar ir-roundabout li hemm qabel ma' tinżel in-niżla ta' San Ġużepp hekk kif tlaqt Triq il-Kostituzzjoni ġewwa l-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex din it-triq tiddaħħal fil-lista tal-prijoritajiet sabiex tkun tista ssir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Magħtab Landfill? Kemm twaħħlu siġar u fjuri minn Ottubru 2007 s'issa? Kemm minn dawn is-siġar baqgħu ħajjin? F'liema parti tal-proġett twaħħlu dawn is-siġar u fjuri? Kemm minn dawn is-siġar u pjanti mietu wara li twaħħlu? Għaliex dawn is-siġar nixfu? Kemm ġew jiswew lill-poplu dawn is-siġar? Kemm hija l-ispiza fuq il-proġett globali? Jista' jgħid jekk ix-xogħol huwiex miexi kif ippjanat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-parti viċin il-Coast Road tħawwlu 3135 siġra u minnhom mietu 143. wara grigalata qawwija li għamlet ftit wara li tħawwlu. L-ispiża kienet madwar €76,000. L-Gvern qed jalloka madwar €20 Miljun biex ikun jista’ jkompli jirriabilità l-miżbla l-qadima tal-Magħtab li kienet ġiet magħluqa f’2004. Ix-xogħol ser jitkompla b’aktar tħawwil ta siġar fuq bażi regolari skond kif ippjanat.
Ta’ min jgħid li mill-bidu nett li bdew jtħawwlu s-siġar l-esperti stess kienu qalu li dan hu proċess sensittiv u delikat ħafna. Din l-ewwel fażi ta’ tħawwil ta siġar qed isservi wkoll biex is-sit jintuża bħala laboratorju biex ikun sperimentat kif is-siġar se jadattaw għall-klima tas-sit li huwa mhux biss espost għall-elementi iżda anki ta’ karatteristiċi u ambjent diffiċli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk naqsux in-numru ta' pazjenti mill-emerġenza wara li bdiet issir kampanja pubblika sabiex in-nies ma tmurx l-emerġenza jekk fil-fatt ma tkunx sitwazzjoni gravi? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa din l-kampanja? Jista' jgħid jekk dawn l-każijiet li ma marrux l-emerġenza marrux f'Ċentri tas-Saħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li skond statistika li tinżamm permezz ta’ l-A & E Module tal-Patient Administration System, jirriżulta li n-numru ta’ attendenzi reġistrati fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza matul Lulju u Awissu ta’ din is-sena naqas meta mqabbel ma’ dak tal-2007, skond kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Numru ta attendenzi reġistrati fid-Dipartiment fl-Emerġenza ta' l-iSptar Mater Dei
Xahar 2007 2008 Differenza (2008-2007)
Lulju 10177 9209 -968
Awissu 9839 9179 -660
Dan ifisser tnaqqis ta’ 8.1% tal-attendenza fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza.
Informat ukoll li l-kampanja ġiet tiswa €20,640.
Sptar Mater Dei — każijiet li ma kenux t'emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu il-kriterji li permezz tagħhom ġiet żviluppata l-idea li jekk ma tkunx gravi m'għandekx tmur l-emerġenza tal-isptar Mater Dei? Permezz ta' dan kollu bdiet kampanja sabiex pażjenti ma jżurux l-emerġenza jekk jaħsbu li mhux emerġenza? Kemm fil-fatt matul is-sena 2007 u xhur ta' qabel ma bdiet din il-kampanja, kien hemm każijiet li ma kinux emerġenza u għamlu servizz tal-emerġenza?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi produċut f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar u x'targets irid l-gvern li jilħaq f'dan s-settur?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li żżewgu bir-reġistru biss u bil-knisja u reġistru bejn Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid kemm bdew proċeduri ta' separazzjoni fl-istess perjodu? Kemm fil-fatt kopji isseparaw fl-istess perjodu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ koppji li żżewġu f’Malta bejn Jannar u Settembru 2008 huwa kif ġej:
Reġistru Knisja u Reġistru
601 1088
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-efficiency preżenti fil-power generation u kemm suppost tkun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-effiċjenza preżenti tal-power generating plant hija:
Marsa 27%
Delimara Steam 32%
Delimara CCGT 40% (ibbażata fuq 2-shift)
Delimara CCGT 46% (ibbażata fuq base load)
L-effiċjenza tal-impjant ta’ Delimara hija skond id-disinn tal-
generating units
waqt li dak tal-Marsa kieku kundizzjoni ‘ġdida’ l-efficjenza kienet tkun inqas minn 30%.