Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Xewkija - Triq Ċanga - Humps

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Ċanga, Xewkija, Għawdex li ħafna minnhom huma anzjani qed jilmentaw għax qed jgħaddu l-karozzi b'ċertu velocità u li qed joħloq perikolu għal dawn l-anzjani, jista' l-Ministru jara jekk issirx sinjaletika li tgħid lis-sewwieqa jnaqqsu l-velocità u anke jiżdiedu l-humps f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Università — Studenti - Stipendju u Smat card

Question

Peress li ħafna studenti Universitarji għadhom ma rċevewx il-formuli għall-istipendju u għall-ismart card liema formuli jgħallqu fl-aħħar t'Ottubru, tista` Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-istudenti li kienu għadhom ma rċevewx il-formoli għall-istipendju huma dawk li kellhom joqgħodu għall-ezamijiet supplimentari f’Settembru. Peress li l-għoti ta’ l-istipendju jiddependi wkoll mill-progress akkademiku ta’ l-istudent, il-formoli jintbagħtu wara li l-istudent ikun iddikjarat li jista’ jipproċedi għas-sena li jmiss. Jekk ikun hemm bżonn id-data ta’ l-għeluq sa meta jkunu sottomessi il-formoli mill-istudenti tkun estiża.

Għajnuna għall-programm nazzjonali għar-riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li ngħataw għajnuna mill-programm nazzjonali għar-riċerka u kemm kienet l-għajnuna proġett proġett? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-2005 kien hemm 14 -il proġett li ngħata l-għajnuna mill-programm nazzjonali għar-riċerka. L-għajnuna għal-2006 u l-2007 ingħatat f’daqqa għal 7 proġetti. Il-proġetti kienu skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #3265 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — tkabbir u estensjoni

Question

Jista l-Ministru jgħid: a) Jekk it-tħammil fiż-żona indikata għat-tkabbir taċ-Ċimiterju Addolorata nbediex u għadux sejjer fl-istess ħin li qegħdin jiġu riveduti l-pjani tal-estensjoni? b) Jekk ir-reviżjoni tal-pjanti humiex ser jinfluwenzaw il-kuntratti tat-tħammil u għaldaqstant jirriżulta li jkollhom joħorġu tenders ġodda? c) Jekk il-proposti ġodda li qed jistenna mill-periti humiex dawk li ġew approvati mill-MEPA fis-26 ta' Ġunju 2006? d) Id-data li fiha jistenna r-riżultat tar-reviżjoni tal-pjanti mingħand il-periti u jekk matul iż-żmien il-pjanti humiex ser jintbagħtu lill-MEPA għall-approvazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Principal Pharmacist

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Principal Pharmacists fid-dipartiment tal-farmiċija fl-Isptar Mater Dei li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttur Ġenerali? Jista' jgħid liema huma s-sezzjonijiet differenti fid-dipatiment tal-farmaċija fl-Isptar Mater Dei u minn hu/hi il-principal responsabbli għal kull sezzjoni? Jista' jgħid xi rwolijiet għandha/għandu kull principal f'dik is-sezzjoni li għaliha hu jew hi responsabbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar it-Trasport — Kors tal-MSc

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport hux fi ħsiebha tibqa' tissapportja l-kors tal-MSc fid-disinn tat-toroq mill-Università ta' Malta issa li l-esperti mill-GDZ ser jispiċċalhom il-kuntratt? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista' jgħid kif ser ikun assigurat li l-pajjiz ikollu numru ta' periti speċjalizzati fid-disinn tat-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kors tal-MSc li għaddej bħalissa u li għandu jkun konkluż f'Ġunju 2009, ser jibqa' jkun iffinanzjat mill-ADT.

Offerta

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra min kienu dawk li ssottomettew l-offerta tagħhom għat-tender 2454/2007? Lil min ingħatat? X'kienu il-kriterji adoperati fl-għażla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għal din is-sejħa għal offerti s-segwenti tefgħu l-offerta tagħhom: Polidano Brothers Asfaltar Construction Harrison Malta Environmental Ballut Blocks Services Ltd Bays Water Construction Co Ltd Agius Stone Works Vassallo Builders Ltd EMDP Ltd Vaults Company Ltd L-offerta ngħatat lil Ballut Blocks Services Co Ltd fuq il-bażi ta’ l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

Immaniġjar tal-biedja — Tagħlim u taħriġ

Question

In vista tal-fatt li sew il-Gvern Malti kif ukoll l-Unjoni Ewropea taw daqstant sussidji lill-produtturi lokali, jista' l-Ministru jgħid x'kienet mela r-raġuni li l-biedja marret u għadha sejra tant lura? Jista' jgħid x'inhi l-kawża ta' dan ir-rigress? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux pjan t'azzjoni preparat għal perjodu 2008 - 2013? Jista' jgħid jekk hux ser jinvesti f'aktar tagħlim u f'aktar taħriġ speċjalment fuq il-maniġġ tal-biedja sabiex ibiddel din it-trend? U jekk hux se jgħalli din l-ammorreġija ta' riżorsi umani fil-biedja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma naqbilx mal-premessa tal-Onor Membru. L-Agrikoltura f’Malta għaddiet u għadha għaddejja minn trasformazzjoni, liema trasformazzjoni hija riżultat ta’ suq ħieles tal-prodotti agrikoli f’pajjiżna. Anke kieku pajjiżna mar għal ftehim ta’ Suq Ħieles mal-UE minflok sħubija, l-bidwi u r-raħħal kien jiffaċċja kompetizzjoni għall-prodotti tiegħu. Din it-trasformazzjoni seħħet u għadha qed isseħħ fuq perjodu transitorju li fih is-settur qed jiġi mgħejjun b’miljuni kbar ħalli jaddatta ruħu. Kieku pajjiżna ma sseħibx, il-bidwi u r-raħħal kien ikollhom jikkompetu f’suq ħieles mingħajr l-ebda għajnuna. Għas-snin 2007-2013 il-biedja Maltija se tgawdi minn fondi taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali filwaqt li jkunu għaddejjin ukoll it-taħdidet ma’ l-Unjoni Ewropea dwar ir-riforma tal-PAK u l-Pjan għal-Iżvilupp Rurali ġdid. Għar-rigward tal-parti tal-mistoqsija fuq tagħlim, nitolbu jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.

Produtturi tal-ħxejjex u bhejjem — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħataw lil produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem matul il-perjodu 1996-2007, sena b'sena? Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-sussidji li ngħataw lill-produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem taħt SMPPMA bdew fl-2002 u s-sussidji li ngħataw sena b’sena hu kif ġej: 2002 - € 1478972.70 2003 - € 10,016,965.00 2004 - € 1,1712,39.00 2005 - € 13,060,601.00 2006 - € 11,449,024.00 2007 - € 9,548,812.00 Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara l-kumplament tal-Mistoqsija tiegħu.

Extension services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm extension services joperaw fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn l-extension services ġew magħluqa fl-irħula? Jista' jgħid x'alternattiva ser jagħti fid-dawl tad-diffikulta' enormi li l-bdiewa qed jaffaċċjaw issa li qed jikkompetu f'suq akbar u f'ambjent ta' kompetizzjoni aktar wiesgħa u f'realtà ġdida? Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produzzjoni ta' ħxejjex, bhejjem u prodotti agro-industrijali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatitistika konċernanti: i) produzzjoni tal-ħxejjex ii) produzzjoni tal-bhejjem iii) produzzjoni tal-prodotti agro-industrijali Jista' jgħid wkoll kemm, f'termini ta' ewros, idaħħlu flus minn dawn it-tliet setturi fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena? Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Biedja lokali taffaċċja diffikultajiet kbar

Question

In vista tal-fatt li l-biedja lokali qegħda taffaċċja diffikultajiet kbar, immaterjalment mis-sussidji u għajnuna li ġiet mogħtija, jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm sabiex isalva dan is-settur tant importanti wara s-sena 2013 meta l-produtturi titwaqfilhom kull għajnuna u sussidju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru 3289.

MEPA — Spezzjonar ta' sistemi tal-arja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-MEPA qattx spezzjonat biex tistabilixxi l-ħsejjes li qed jagħmlu sistemi tal-arja eċċ. li hemm f’warehouses li jintużaw minn kumpannija tal-catering, fl-akkwata ta’ Triq Pawl Mifsud u Anglu Mellili fl-area magħrufa bħala ta’ Għar Ram, Ħaż-Żebbuġ, liema ħsejjes huma ta’ detriment għar-residenti madwar dawn il-warehouses, partikolarment matul il-lejl? Jekk iva, x’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispezzjonijiet? Jekk le, meta se tagħmel spezzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1842 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armier — Bini llegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jirregolarizza l-pożizzjoni tal-bini llegali fl-Armier? Jekk iva, x'arranġamenti se jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern talab il-veduti tal-MEPA dwar il-kompatabiltà ta’ l-applikazzjoni pendenti fuq is-sit mal-policies li jirregolaw id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità.

San Pawl il-Baħar — Latrini

Question

Min kien responsabbli għall-bini tal-latrina ħdejn is-Sirens f'San Pawl il-Baħar? Kemm ġiet tiswa din il-latrina? Min kien il-perit jew kumpannija ta' periti nkarigat mill-bini ta' din il-latrina? Għaliex din il-latrina għandha ma nfetħitx għall-użu tal-pubbliku? Meta beħsiebhom jlestu din il-latrina u tiġi miftuħa għall-użu tal-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huwa responsabbli għall-bini tal-latrina li hemm ħdejn is-Sirens f’San Pawl il-Baħar. Il-Kunsill Lokali s’issa ħallas is-somma ta’ €160,043.63. Il-periti li kienu nkarigati mill-bini ta’ din il-latrina huma Design Technical Resources. Il-latrina għadha ma nfetħitx għaliex jonqos il-Compliance Certificate mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar peress li l-Kunsill Lokali se jieħu fondi għal din il-latrina mill-iskema ta’ Planning Gain. Hekk kif jitlesta x-xogħol neċessarju u jinħareġ il-Compliance Certificate, il-latrina tinfetaħ għall-pubbliku.
Leg 11 PQ #2252 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — By-laws

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'by-laws saru mill-Kunsilli Lokali mindu ngħataw dan il-poter? X'kienu dawn l-by-laws? Liema kunsilli lokali qed joperawhom u minn meta daħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi il-bye-laws kollha li ħarġu mill-Kunsilli Lokali mill-1994 sallum. Bħalissa hemm żewġ talbiet pendenti għal ħruġ ta’bye-laws . Dawn huma tal-Kunsill Lokali Marsa (dwar Żamma ta’ Bhejjem) u tal-Kunsill Lokali Sliema (dwar Stabbilimenti li jipprovdu l-ikel).
Leg 11 PQ #2348 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każijiet ta' abbuż fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani mis-sena 2000 sat-tmiem tas-sena 2007? Kemm kienu l-każi li ġew rapportati: (1) mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-aġenzija Appoġġ (2) mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani (3) mis-Servizz ta’ Social Work fl-Isptar Żammit Clapp (4) mis-Servizz ta’ Social Work fl-Isptar Mater Dei (5) mis-Servizz ta’ Social Work fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule u (6) mis-Servizz ta’ Social Work ta’ l-Aġenzija Sapport? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet speċifikament ta’ abbuż li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji? - abbuż emozzjonali u psikoloġiku - abbuż fiżiku - abbandun u traskuraġni (neglect) - abbuż finanzjarju u - abbuż sesswali. Minn dawn il-każijiet mis-sena 2000 sa l-2007: - Kemm mill-vittmi kienu irġiel u kemm nisa? - Kemm minn dawn l-abbużi saru minn persuni ta’ nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2486 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Courses/Taħriġ

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu il-kunsilli lokali, kemm saru courses/taħriġ għall-kunsilliera? F’liema sena? Kemm attendew kunsilliera għal kull course/taħriġ ta’ kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-courses u seminars li saru lill-Kunsillieri mill-1994 sallum.
Leg 11 PQ #2488 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riforma

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistennija li tkun kkonklużiva ir-riforma tal-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li tkun implementata r-riforma ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-gvern lokali wasal f’fażi avvanzata ħafna u mistenni jiġi konkluż f’Novembru 2008. Wara, tkun trid issir evalwazzjoni tas-suġġerimenti kollha li jkunu daħlu. Hu mistenni illi l-proċess kollu jkun konkluż fil-bidu tas-sena l-ġdida fejn ikunu jistgħu jibdew jiġu implimentati d-diversi riformi fil-leġislazzjoni, l-proċeduri u policies li jirregolaw l-operat tal-gvern lokali.