Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lil National Employment Office minn ħaddiema ma' kumpannija privati fosthom dawk li joffru s-servizz tagħhom ġewwa l-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Servizzi Soċjali jew f'kumpanniji privati bħal SGS, kumpannija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Is-sigħat li ħaddiem għandu jitħaddem (mis-6.00 am - 2.00 pm than straight o/t from 2.00 pm - 9.00 pm) (forced)
Il-ħlas ta' l-overtime u b'liema rata (jitħallsu siegħa b'siegħa)
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg irċieva rapport fl-aħħar tas-sena fir-rigward tal-kumpanija li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament rigward allegat nuqqasijiet fil-kundizzjoni ta' l-impjieg. Id-Dipartiment fil-preżent għaddej b' investigazzjonijiet dwar dan il-każ li jista' jwassal biex min iħaddem jitressaq il-Qorti bi ksur tal-liġi tax-xogħol.
Informat ukoll li fir-rigward ta' kemm saru rapporti lin-National Employment Office minn ħaddiema ta' kumpaniji privati nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għan-National Employment Authority jew id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg u jippreċiża għal liema kumpanija jew intrapriżi qed jirreferi biex l-informazzjoni relatata tkun tista' tinġabar
National Employment Office — ħaddiem jressaq ilment
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ma' kumpannija privata għandu jagħti d-dettalji tiegħu meta jressaq ilment għand l-National Employment Office? X'protezzjoni għandu l-mpjegat jekk kemm-il darba sid il-kumpannija jiġi mgħarraf b'min għamel ir-rapport?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onor. Interpellant waqt li jirreferi għal National Employment Office qiegħed jirreferi għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ta' min wieħed jikkjarifika li lmenti lil dan id-Dipartiment jistghu jsiru kemm permezz tat-telefown, posta jew e-mail fejn l-individwu għandu l-għazla li jibqa' anonimu, kif ukoll jekk l-individwu jirrikorri fid-Dipartiment f' liema każ ikun irid jidentifika ruħu. Tajjeb li jkun ipprecizat illi kemm f' każ li l-individwu jagħzel li jibqa anonimu kif ukoll f' każ fejn l-individwu jidentifika ruħu, l-investigazzjoni ssir xorta waħda. Barra minn hekk fi kwalunkwe investigazzjoni mibdija mid-Dipartiment ma jingħataw l-ebda dettalji dwar jekk l-investigazzjoni ingħatat bidu minhabba lment u lanqas ma jinghata dettal ta' l-individwu li jkun għamel l-ilment jekk ikun il-każ. Dan isir biex ma jkunx hemm il-biża minn min jagħmel l-ilment li għax ikun għamel l-ilment ibati xi konsegwenzi.
F' dan il-rigward iżda jekk min iħaddem, b' xi mod ieħor isir jaf li ħaddiem partikolari għamel xi rapport għand awtorita' kompetenti, hemm provvedimenti fl-Att dwar L-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, preċiżament Artikolu 28 li joffri protezzjoni kontra vittimizzazzjoni.
Free telephone facilities lil membri tal-istaff privat tal-Ministri
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni eżatt ta' xi tfisser free telephone facilities lil membri tal-istaff privat tal-Ministri? Jista' jikkonferma, jekk, per ezempju, membri tal-istaff privat jistax ikollu iktar minn mobile wieħed? Peress li l-istaff privat mhumiex ikkapjati bi Lm 350 fis-sena għall-użu tal-mobile ifissirx li dawn jistgħu jonfqu bla limitu?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2079, tista' l-Ministru tgħid fejn tinstab l-art li ġiet identifikata biex tingħata lil istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali biex jiżviluppaw campus tagħhom f'Għawdex? Tista' tpoġġi site plan ta' l-art identifikata? Ma' liema istituzzjonijiet se jsiru d-diskussjonijiet dwar dan il-proġett u meta se jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra is-site plan mitluba u fiha hemm immarkat bil-kulur blu l-area identifikata għall-'Educational Purposes'.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jifhem li peress li dawn it-taħdidiet għadhom ma ġewx finalizzati mhiex etika li tingħata din l-informazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2080 dwar mużew ta' arti moderna f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa u x'qed isir biex jiġi identifikat post adekwat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li Heritage Malta għamlet talba uffiċjali lill-Ministeru ta’ Għawdex sabiex meta jiżvojta l-bini li bħalissa jilqa’ fih il-Qorti ta’ Għawdex fiċ-Ċittadella dan jibda’ jintuża bħala mużew ta’ l-arti.
Sadanittant qed jiġu organizzati b’mod regolari wirjiet ta’ arti fl-uffiċċju li Heritage Malta għandha Għawdex, kif ukoll fis-sala tal-wirjiet fil-Ministeru ta’ Għawdex. Barra minn hekk, Heritage Malta qed torganizza wkoll wirjiet tal-arti meta jkun hemm attivitajiet kbar tal-massa f’Għawdex.
Heritage Malta ħadet ħsieb ukoll li tindirizza lil waħda mill-istudenti li kienu qed jagħmlu l-kors ta’
Masters in Cultural Heritage Management
fl-Istitut tagħha f’Bighi sabiex tagħmel it-teżi tagħha fuq il-mużew tal-arti f’Għawdex. Dan l-istudju sar u jista’ jintuża.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija parlamentari 2081 dwar il-miżbla tal-Qortin, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li jitlestew ix-xogħlijiet
i) ta' ċaqlieq ta' terrapien,
ii) ta' tħaffir ta' bjar,
iii) ta' tqegħid ta' pajpijiet biex jinġibed il-gass.
Kemm iridu jitqiegħdu pajpijiet u kemm tqiegħdu pajpijiet sa l-aħħar ta' Settembru 2008? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratti kif ukoll tal-Project Description Statement dwar dan il-proġett?
Għawdex — sit identifikat għal xogħol ta' back office
Question
B'rerferenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 2082, tista' l-Minsitru tgħid fejn jinstab s-sit li ġie identifikat għal xogħol ta' back office f'Għawdex? Taħt liema titolu u minn għand min ġie akkwistat? Kemm hu l-ħlas fis-sena? Tista' tpoġġi site plan tas-sit identifikat? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA għal dan l-iżvilupp?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sit identifikat għal bini ta’ ufficini ghal xogħol ta’ back office f’Għawdex jinstab fiċ-Ċentru Amministrattiv fir-Rabat kif jidher fil-pjanta li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dan is-sit huwa proprjeta’ tal-Gvern. Jiena infurmata wkoll li ġiet sottomessa applikazzjoni għal dan l-iżvilupp lil MEPA fis-26 t’April 2007.
L-Isptar ġenerali ta' Għawdex — Taqsima tar-radjoloġija - proġett
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2083 dwar it-taqsima tar-radjoloġija u s-sala ta' l-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-timeframes għat-tlestija ta' dawn il-proġetti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġetti dwar it-taqsima tar-Radjoliġija u s-sala ta' l-Operazzjonijiet fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa ippjanat li jkunu lesti għall l-aħħar ta' Marzu 2010.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2398 u jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' l-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta? Kif qed jiġi trasportat bħalissa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-total ta’ l-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta huwa ta’ madwar 17,000 tunnellata. Bħalissa dan qed jiġi trasportat permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel, f’containers apposta
Jista' l-Prim Ministru jindika b'mod katergoriku meta ser jinbeda l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika u djalogu dwar id-divorzju li kien ħabbar il-Ministru Dalli u li hu mar on record jgħid li jaqbel miegħu fil-prinċipju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2270.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2267 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma rapporti li ħafna mit-tniġġiż mill-
heavy vehicles
huwa dovut għall-fatt li dawn qed jagħmlu użu estensiv tal-
light heating oil?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2891 u jikkonferma li l-Water Services Corporation għandha l-konsulenti KOCKS fuq il-proġetti ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar dawn il-konsulenti? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li il-KSI għandha il-konsulenti KOCKS fuq il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta, fuq sistema ta’ mejnijiet u mina, bejn il-Marsa pumping station u r-Rinella u it-tiġdid tal-Marsa pumping station.
Il-konsulenti huma responsabbli mill-istudji preliminari, disinn ta’ l-infrastruttura għal skopijiet ta’ tender u superviżjoni u assistenza lill-KSI fuq l-imsemmija proġetti. Jitħallsu € 12,907 kull xahar u l-kuntratt jintemm f’Jannar ta’ l-2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2893 u jgħid meta tlesta u meta beda jaħdem il-polishing plant f'Għawdex? Kemm kien il-budget ta' dan il-proġett u kemm fil-fatt ġie jiswa? Kemm ġie prodott ilma sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2894 u ċioe': B'referenza għall-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm ġie trattat drenaġġ u kemm ġie mogħti ilma second class lill-bdiewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ drenaġġ li ġie trattat kien jammonta għal 1,524,000m3 . Filwaqt li l-ammont tal-ilma li ġie mogħti lil-bdiewa bħala ‘second class’ kien ta’ 1,070,000m3.
Issa li l-kuntratt ta' l-esperti tat-toroq Ġermaniżi ġie mwaqqaf, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2895 u jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi konsulenti barranin oħrajn jaħdmu f'dan is-settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li fl-aħħar ta' Diċembru 2008, jintemm il-kuntratt tal-konsulenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, l-ADT ma jkollhiex konsulenti barranin oħra f'dan is-settur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2898 u jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.