Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2881 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

omiċidji li mhumiex solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn omiċidji li qatt ma ġew solvuti? Jista' jgħid x'kienu il-każi u meta saru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2882 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nies rapurtati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każi ta' persuni rrapurtati nieqsa? Jista' jgħid meta ġie rrapurtat kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant

Birgu — Triq SM Genuis - Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtorità tal-ppjanar u l-Iżvilupp fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2884 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonanti -ħlas ta' bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li, persuni bl-età pensjonabbli li jiddeċiedu li jerġgħu jaħdmu jridu jħalsu l-bolla tas-sigurtà soċjali? X'inhi r-raġuni wara li l-ħlas tal-bolla, issa li huma pensjonanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-5 ta’ Jannar 2008 pensjonant seta jirċievi il-pensjoni kontributorja u fl-istess ħin jaħdem pero’ ma setax jaqla iżjed mill-paga minima nazzjonali u l-kontribuzzjani tas-sigurta’ soċjali ma kienx hemm obbligu ta’ ħlas fuqha. B’effett mill-5 ta’ Jannar 2008 pensjonanti li għadhom ma għalqux il-65 sena ingħataw konċessjoni li waqt li jirċievi l-pensjoni kontributorja jistgħu jaħdmu mingħajr l-ebda restrizzjonijiet iżda bl-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali sa ma jagħlqu l-65 sena bħal kull ħaddiem ieħor.

Radars — Funzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-primary u s-secondary radar humiex qed jaħdmu t-tnejn il-ħin kollu? Jekk le, kemm ilu ma jaħdem xi wieħed minn dawn r-radars?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-primary u s-secondary radar huma t-tnejn jaħdmu l-ħin kollu.

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-kuntrattur li ħadem għal Enemalta fuq il-bankina ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, jirranġa sew din l-istess bankina li ħalliha mhix kompluta b'ħafna biċċiet imtajra, bejn l-uffiċju tal-Kunsill Lokali u l-bank HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan — test tat-teorija u l-prattika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan kull xahar bejn Jannar u Awwissu 2008? Kemm kien in-numur ta' persuni li weħlu mit-teorija/prattika rispettivament f'dan l-istess perijodu kull xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2997 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Faċilitajiet għat-turisti

Question

Billi l-kunsilli lokali li għandhom bosta faċilitajiet għat-turisti f'forma ta' lukandi, guest houses, appartamenti għat-turisti, restuarants eċċ, m'għandhom l-ebda allokazzjoni speċifika minħabba t-turiżmu, jista' Prim Ministru jara li dawn il-kunsilli jinagħtaw allokazzjoni ta €2 (per eżempju) għal kull turist li joqgħod f'dawn il-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2171 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.

Korp tal-Pulizija — membri bid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu membri tal-Korp tal-Pulizija jużaw id-droga jew kienu fil-pussess ta' droga jew ittraffikaw id-droga matul din is-sena? Kemm minnhom għadhom fil-Korp tal-Pulizija? X'rank għandhom jew kellhom u x'passi ttieħdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' membri tal-Korp tal-Pulizija – żewġ surġenti u żewġ kuntistabbli - li nqabdu b’abbuż ta’ droga. Infurmat ukoll li, filwaqt li ħadd minn dawn ma’ għadu jservi fil-Korp, bħalissa għadejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qorti.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kapijiet ta' l-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm kapijiet ta' l-iskola fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li daħlu minn barra s-settur pubbliku fix-xhur li għaddew? Min huma u f'liema skejjel jinsabu? Kemm kienu dawk li applikaw u kemm ġew aċċettati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm żewġ kapijiet ta’ skejjel primarji li daħlu minn barra s-settur pubbliku. Dawn huma Cynthia Aquilina, il-kap tal-Iskola Primarja ta’ Pembroke u Charlot Cassar li huwa l-kap tal-Iskola Primarja tal-Kalkara. Kien hemm 21 li applikaw għall-kap ta’ skola u minnhom għaddew mill-intervista u ġew aċċettati 12. Kien hemm 4 applikanti ineliġibbli, 4 li weħlu u applikazzjoni waħda li ġiet irtirata.

Programmi/faċilitajiet ta' l-iSmart Kids

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn programmi/faċilitajiet ta' l-iSmart Kids? Kemm hemm staff u kemm hi l-attendenza medja tal-klijenti matul kull sena minn meta nfetaħ kull ċentru u kemm hu l-budget allokat għal dan il-programm? Jista' inoltre jgħid jekk iċ-ċentri humiex propjetà tal-Gvern jew le? U jekk le, jekk titħallasx kera, lil min u kemm hi l-kera kull sena separatament għal kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta’ Faċilitajiet ta’ l-ismartkids huwa ta’ 3 li huma dawk li jinsabu fil-Birgu, Birkirkara u l-Qawra. Madanalollu il-Faċilita tal-Qawra għada mhijiex topera il-programm minn hemm. Fil-Birgu bħalissa jaħdmu 5 carers u co-ordinator , f’Birkirkara 4 carers u service area leader li tieħu ħsieb it-tlett ċentri kollha u fil-Qawra hemm pjanat li jaħdmu 4 carers u co-ordinator . L-attendenza medja (uħud mit-tfal jattendu darbtejn, tlieta jew ħames darbiet fil-ġimgħa, għaldaqstant il-postijiet allokati jiġu okkupati minn iktar minn tifel/tifla wieħed fil-ġimgħa) kuljum ta’ tfal f’dawn iċ-ċentri kienet kif tidher fl-informazzjoni li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Flexsecurity — Settur privat u settur pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar sentejn biex jippromwovi l-kunċett ta' flexsecurity u biex dan il-kunċett jitħaddem iktar kemm fis-settur privat,kif ukoll fis-settur pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-kunċett ta' flexicurity huwa wieħed li jfittex bilanċ bejn miżuri li jtejbu l-flessibilta kemm fil-ħaddiem kif ukoll f’min iħaddem fi sfond fejn jkun hemm appoġġ sħiħ ta’ sigurta u wens biex ħaddiem jiżviluppa u jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu biex jidħol mingħajr dewmien tax-xogħol u li jibqa fis-suq tax-xogħol permezz. Din hija waħda mill-miżuri li jistggħu jintużaw biex titjieb il-kompettivita u jintlaħqu l-oġġettivi ta’ L-Aġenda ta’ Lisbona. Politika bħal din trid titfassal apposta għal pajjiż partikolari, għax is-sistemi li nstabu li huma effettivi biex jimplimentaw il-kunċett ta’ flexicurityf’pajjiż partikolari jistgħu ma jkunux adatti għal pajjiż ieħor. B’dan il-għan, f’ Mejju tal-2008 fuq talba tal-Kabinett, Il-Ministeru tal Politika Soċjali waqqaf Kumitat ta' Ħidma biex jagħti il-veduti tiegħu rigward din il-materja. Dan il-kumitat ta ħidma kien magħmul minn uffiċjali għolja ta’ Dipartimenti tal–Gvern u Entitajiet Pubblici li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett kif ukoll rapresentanti tal-imsieħba soċjali li kienu nominati miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku ( MCESD ). Dan il-Kumitat ta' Ħidma iltaqa seba’ darbiet bejn Ġunju u Awissu 2008 u nieda rapport fejn fih hemm rakomandazzjonijiet kif il-kunċett ta' flexicurity jista jissaħħaħ fil-kuntest tas-suq Malti tax-xogħol. Dan ir-Rapport ġie sottomess lil MCESD fit 22 ta’ Awissu 2008 u ġie diskuss fis -26 ta Awissu 2008, fejn il-membri tal-Kumitat ta Hidma kienu wkoll mistiedna. Wara din id-diskussjoni, ir-Rapport ġie rivedut biex jinkludi il-rejazzjonijet tal-MCESD, u mgħoddi lura lil MCESD. Ninsab informat ukoll li din il-konsultazzjoni hija vitali biex Malta tkun f’pożizzjoni biex tiżvillupa strateġija dwar flexicurity biex tiġi nkluża fin- National Reform Programme 2008- 2010.

Parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq l-Gvern u l-ETC din is-sena biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kienu dawk in-nisa u persuni b'diżabilità li f'dawn l-aħħar sentejn applikaw għax-xogħol u kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3070 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt tax-xogħol mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati li l-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-gvern jew ma' xi entità li l-gvern għandu l-maggoranza tas-shares, minn definite sar indefinite matul is-sena 2007 u 2008? X'kienu l-kriterji li ntużaw biex dawn l-impjegati saru issa tal-post? X'kien is-salarju tagħhom qabel u x'inhu illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Immigration Officers — contact of service

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-contact of service ta' l-Immigration Officers kienx jesigi lil uffiċjali li jintagħżlu, ma setgħux jaqbżu l-iskala 14 mas-servizz ċivili? Dawk kollha li qabżu din l-iskala, x'ser isir minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3072 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għal xiri ta' karozzi

Question

B'referenza għaċ-ċirkulari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru rigward xiri u ċilindrata tal-karozzi (OPM 5/1998), jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx xi permessi għal xiri ta' karozzi li jmorru kontra din iċ-ċirkulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.