B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33675, peress li qabel kienet tgħaddi l-karozza 11 u issa anke inbidel l-istage u l-karozza tal-linja ma tgħaddiex minn hemm, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus stop imsemmi ta’ quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata tneħħa minn Transport Malta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Jirriżulta li sabiex in-nies f’dawn l-akwati jużaw l-imsemmi bus stop, kienu qegħdin jaqsmu t-triq arterjali ta’ Vjal Santa Luċija b’konsegwenza li kienu qegħdin jikkawżaw periklu kemm għalihom infushom kif ukoll għas-sewwieqa li jagħmlu użu minn din it-triq.
L-eqreb
bus stop
fid-direzzjoni tal-Belt huwa l-
bus stop
li jġib l-isem “ Xwieni”, li jinstab 350 metru 'l bogħod fi Triq il-Labour. L-eqreb
bus stop
fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid iġib l-isem ta’ “ Addolorata”, li jinstab 300 metru 'l bogħod fi Vjal Sir Paul Boffa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35014, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet quddiem il-Qorti tal-Appell li jinkludu deċiżjonijiet mit-Tribunal tal-Appell jew mill-predeċessur tiegħu il-Planning Appeals Board ġew deċiżi matul dawn l-aħħar sentejn u li ma kkonfermawx id-deċiżjoniji tat-Tribunal? Dawn il-każijiet m'għandhomx jinkludu każijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu ma' applikazzjonijiet ta' żvilupp bħal letters to prosecute eċċ.?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 35014 fejn kien infurmat li "f'erbatax (14) il-appell, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar jew it-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiet annullata u l-proċess intbgħat lura quddiem l-istess Bord jew Tribunal."
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34051, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali humiex marbuta li josservaw l-istandards indikati, kemm dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll dawk tad-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta, meta jiġu biex jagħmlu xogħol fuq bankini? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ħaditx xi passi fil-konfront ta' kunsilli lokali li m'osservawx dawn l-istandards?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żjarat li saru barra minn Malta ta' delegazzjonijiet Ministerjali
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta ta' delegazzjonijiet ministerjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Micro Enterprise Park fix-Xewkija — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-Micro Enterprise Park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x'inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista' jpoġġi kopja tagħha u tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qiegħda fil-proċess li tagħmel l-applikazzjoni u tissottomettiha lil MEPA. Għaldaqstant għad m’hemmx numru tal-applikazzjoni. Wara dan il-proċess hija proċedura li l-MEPA toħroġ screening letter biex tgħarraf lill-Malta Industrial Parks x’informazzjoni, rapporti, pjanijiet u pjanti ikun hemm bżonn biex l-applikazzjoni sħiha għal żvilupp tkun valida.
Il-Malta Industrial Parks tinsab fi stadji inizjali ta’ tipi ta’ finanzjament strateġiku u l-alternattivi tal-akkwist għad iridu jiġu konklużi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34942, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta' April 2012 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Rapport dwar strateġija marbuta ma' ħolqien tax-xogħol
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493, 29391, 29802 u 34768 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru issa wara li ilu seba' xhur li tlesta r-rapport, tgħid meta mistenni li jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34768.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34767 dwar agro turiżmu f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jkunu lesti l-proċessi biex jitfassal dan is-sett ta' rakkmandazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proċess imsemmi mistenni jiġi konkluż fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li matul is-sena finanzjarja li għadha kemm għalqet, li għamlu deficit fil-budget tagħhom? Jekk fl-affermattiv min huma l-kunsilli lokali, x'kien l-ammont tad-deficitu jekk hemmx raġuni għal dan in-nuqqas serju? X’passi biħsiebhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iżbilanċ finanzjarju fil-working capital tal-audited financial statements għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011.
L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-ġbir tal-informazzjoni relatata tirrikjedi riżorsi konsiderevoli speċjalment fid-dawl li żewġ Kunsilli Lokali u tliet Kumitati Reġjonali għadhom ma ssottomettewx l-
audited financial statements
tagħhom minkejja li kellhom jagħmlu dan sat-2 ta’ Mejju 2012.
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għadhom qed jikkumpilaw l-informazzjoni mill-
audited financial statements
riċevuti u allura nkun f’pożizzjoni li nwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari hekk kif dan l-eċerċizzju jkun komplut.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li bejn Jannar 2011 sal-lum weħlu xi multa/penali ta’ kull xorta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali ? Jekk fl-affermattiv, min huma l-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' kull multa u x'inhuma r-raġunijiet għall-istess multa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35092 u jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta se tlesti miż-żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza meta l-Liquigas immorru n-naħa ta’ wara l-Freeport? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk l-Korporazzjoni Enemalta humiex sejrin jirritornaw l-art privata lil sidha? X'sejrin jagħmlu l-Korporazzjoni Enemalta bl-art li hija tagħhom, u din hija parti kbira u ta' mal-baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ż-żarmar tal-istallazzjoni tal-LPG fil-Qajjenza ser isir mill-Gasco hekk kif miftiehem fil-kuntratt tal-privatizzazzjoni tad-Diviżjoni tal-Gass u bħalissa l-Korporazzjoni għadha qed tagħmel l-evalwazzjoni tagħha dwar l-art.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34961 u 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Applikazzjoni pendenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32815 u jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, ilha tliet snin u nofs applikata għar-Residenza San Vinċenz de Paul għax tbati mid-dementia u kienet tgħix waħedha; imma qatt ma ġiet admitted fir-Residenza minkejja li tqegħdet fuq il-waiting list u mill-informazzjoni li ngħatat suppost il-każ tagħha huwa high priority? Jista' jgħid x'se jagħmel dwar din l-istess anzjana li kellha tiddaħħal f'home privata u issa wara li ilha tliet snin u nofs tħallas mal-€1000 fix-xahar għal board and lodging biss u spiċċawlha l-flus? Se jieħu l-passi meħtieġa biex din l-anzjana jew tiġi ssusidjata fl-istess home, kif ġieli sar ma' anzjani oħra, jew inkella tiġi admitted fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet applikat biex tiġi ammessa fir-Residenza San Vinċenz De Paul u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni. B’hekk din l-applikazzjoni ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija għar-Residenza ta’ San Vinċenz.
Il-każ sejjer jitressaq mill-ġdid quddiem il-Bord tal-Ammissjoni sabiex jiġi rivedut u tingħata deċizzjoni rigward il-priorita’ tal-każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-kumitat amministrativ ta’ Paceville? Kien hemm riżenji f’dan il-kumitat? Hemm chairperson fuq dan il-kumitat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville, li ċ-Chairperson tiegħu huwa s-Sur Richard Scicluna, saret it-Tnejn 28 ta’ Mejju 2012. Intant kien hemm riżenja ta’ membru wieħed minn dan il-Kumitat Amministrattiv.
Kunsill Lokali tal-Fontana — ħinijiet tal-uffiċċju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min u kif qed jiftaħ il-Kunsill Lokali tal-Fontana? Jista’ jgħid jekk hux qed jiftaħ is-Sibtijiet? Jekk le, x’passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Jista’ jgħid kemm kien hemm segretarji eżekuttivi (jew aġenti segretarju eżekuttivi) f’dan il-kunsill tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fontana li l-uffiċċju tiegħu jkun miftuħ mis-Segretarju Eżekuttiv mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30 am sal-4.00 pm matul ix-Xitwa, u mis-7.00 am sas-1.00 pm matul is-Sajf. Nhar ta’ Sibt il-Kunsill jiftaħ mit-8.00 am sal-11.30 am mill-impjegat assenjat lill-Kunsill mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Tul dawn l-aħħar erba’ snin il-Kunsill kellu sitt Segretarji Eżekuttivi (jew Aġenti Segretarji Eżekuttivi).