Ċimiterju tal-Addolorata — Organizzazzjoni tal-Oqbra - fdalijiet li jinġabru f'kaxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx istruzzjonijiet sabiex l-organizzazzjoni tal-oqbra tinbidel, jiġifieri, qabel il-fdalijiet li kienu jinġabru f'kaxxa kienu jitqiegħdu fil-parti ta' fuq tal-qabar u issa jidher li nbidlet din il-prassi u l-fdalijiet fil-kaxxxi qed jitqiegħdu fil-parti t'isfel tal-oqbra? Jekk inbidlet din il-prassi min ta l-istruzzjonijiet biex isir dan u għaliex? Jekk ma ngħatawx struzzjonijiet, għaliex qed jitħalla li ssir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta jgħaddu sentejn mid-data tad-difna, il-fdalijiet jistgħu jitpoġġew ġo reċipjent ipprovdut mis-sid tal-qabar u s-sid jista` jiddeċiedi li jżomm il-fdalijiet fl-istess qabar. L-oqbra mhumiew mibnijin biex parti minnhom tintuża bħala ossarju u għalhekk ir-riċipjenti jitpoġġew fil-parti l-aktar konvenjenti ġol-qabar. Dan il-proċess isir skont kif jitlobu l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Għaldaqstant ir-reċipjenti għandhom jibqgħu fil-qabar u m’għandhomx jinqalgħu barra minn ġol qabar biex issir xi difna peress li dan imur kontra l-artiklu 142 tal-istess Kodiċi li jgħid li ‘Ħadd ma jista’ jaqla’ mejtin mill-oqbra mingħajr permess tal-Pulizija.’ Ma saret l-ebda bidla f’din il-prassi f’dawn l-aħħar snin
Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture — raħħala u bdiewa li ma ħadux refund
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqa' raħħala u bdiewa li ma ħadux refund ta' 50% tal-ispejjeż fuq is-soqfa tal-irziezet taħt l-iskema tal-Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23783, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea jeżiġu li mhuwiex permessibbli li jinħarġu fondi għal proġetti li b’xi mod partijiet minnhu jkunu diġa bbenefikaw taħt skemi ta’ għajnuna oħra kemm minn fondi tal-Kummissjoni Ewropeja u kemm minn fondi nazzjonali. Ninsab infurmat li hemm applikanti li diġa bbenefikaw minn għajnuniet li ngħataw taħt diversi forom Għaldaqstant preżentement qiegħda issir stima ta' kemm ir-raħħala ngħataw f'għajnuna għall-istruturar tal-irzizet tagħhom u wkoll issir verifika jekk ibbenefikax taħt xi skema oħra għal dak mitlub taħt din l-iskema. Dan l-eżercizju ta' stima għadu għaddej u mistenni jkun lest fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' din il-kopja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li ma hemmx reliever, qed tispiċċa għal ġranet sħaħ mingħajr helper?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz tal-Home Help lill-klijenta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dejjem ingħata regolarment ħlief fid-19 ta’ Ottubru u fit-30 ta’ Novembru meta is-Social Assistant inzertat fuq vacation leave. Qabel dawn id-dati sa l-aħħar ta’ Settembru din il-klijenta kemm-il darba ibbenefikat mis-servizz tar-reliever meta għal xi raġuni is-Social Assistant ta’ din il-klijenta ma’ setgħatx tipprovdilha servizz.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qiegħed iwassal li xogħol fuq ir-Restawr tas-Sur magħruf bħala VLT 15 partikolarment Elevation 1 faċċata tal-Port il-Kbir li hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja għadu ma nbediex u jekk dan hu minnu, jista' jikkonferma li l-Joint Venture Italo-Malti mogħti l-appalt qiegħed jippretendi li jitħallas somma addizzjonali bħala variation order iżjed minn dak maqbul fl-iffirmar tal-kuntratt li sar mad-Dipartiment tal-Kuntratti bl-iskuża li peress li hemm proprjetà ta' terzi taħt il-post fejn irid isir ix-xogħol, għaldaqstant għandu jsir ħlas addizzjonali biex l-armar li jsir jipproteġi din il-proprjetà u dan meta l-istess Joint Venture meta kienet ippubblikata l-offerta relattiva mid-Dipartiment tal-Kuntratti kellu l-obbligu li mhux biss iżur is-sit fejn kien identifikat li jsir ix-xogħol iżda li jiehu konjizzjoni tal-proprjetà ta' terzi li ilha hemm snin twal u allura b'responsabilità kellu jitfa' prezz ġust biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa u mhux wara li ġie ffirmat il-kuntratt qiegħda tinstab kull skuża biex ix-xogħol ma jinbediex bil-premessa ta' dan il-periklu u b'konsegwenza t'hekk b'nuqqas ta' ħaqq fil-konfront ta' offerenti oħra li taw prezz ġust għax-xogħol li kellu jsir billi ħadu s-salvagwardji kollha meħtieġa kuntrarjament għal min ingħata l-offerta biex issa kollox jidher li l-irħas fil-fatt hu l-ogħla għall-Gvern Malti filwaqt li jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed mill-Planning and Priorities Co-Ordination Division fl-Ufficcju tal-Prim Ministru li allokat fondi speċifiċi għal dawn ix-xogħlijiet u jekk din l-istess taqsima ġietx mgħarrfa b'tali żvilupp mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif ukoll mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont l-aħħar tagħrif li rċeviet il-Planning and Priorities and Coordination Division fir-rigward tal-proġett ERDF 039, fl-4 ta’ Diċembru 2012, ix-xogħol fuq VLT15 inbeda u bħalissa qiegħed isir xogħol ta’ restawr fuq żewġ żoni mill-kuntratt - Elevation 04 u Elevation 17. S’ issa, ix-xogħol fuq Elevation 01 għadu ma nbediex. L-armar tas-scaffolding fuq Elevation 01 ta’ VLT15 huwa pprogrammat li jibda f’Jannar ta’ 2013, minkejja li skont il-programm oriġinali tax-xogħol din il-faċċata kellha tinbeda iktar tard, u ċioe' f’April 2013. Id-Direttorat tar-Restawr ma rċieva l-ebda talba formali għal ħlasijiet addizzjonali relatati mal-armar ta` din il-faċċata. Għaldaqstant, l-Planning and Priorities and Coordination Division ma rċeviet l-ebda talba f’dan r-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iwassal li xogħol fuq ir-Restawr tas-Sur magħruf bħala VLT 15 partikolarment Elevation 1 faċċata tal-Port il-Kbir li hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja għadu ma nbediex u jekk dan hu minnu, jista' jikkonferma li l-Joint Venture Italo-Malti mogħti l-appalt qiegħed jippretendi li jitħallas somma addizzjonali bħala variation order iżjed minn dak maqbul fl-iffirmar tal-kuntratt li sar mad-Dipartiment tal-Kuntratti bl-iskuża li peress li hemm proprjetà ta' terzi taħt il-post fejn irid isir ix-xogħol, għaldaqstant għandu jsir ħlas addizzjonali biex l-armar li jsir jipproteġi din il-proprjetà u dan meta l-istess Joint Venture meta kienet ippubblikata l-offerta relattiva mid-Dipartiment tal-Kuntratti kellu l-obbligu li mhux biss iżur is-sit fejn kien identifikat li jsir ix-xogħol iżda li jiehu konjizzjoni tal-proprjetà ta' terzi li ilha hemm snin twal u allura b'responsabilità kellu jitfa' prezz ġust biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa u mhux wara li ġie ffirmat il-kuntratt qiegħda tinstab kull skuża biex ix-xogħol ma jinbediex bil-premessa ta' dan il-periklu u b'konsegwenza t'hekk b'nuqqas ta' ħaqq fil-konfront ta' offerenti oħra li taw prezz ġust għax-xogħol li kellu jsir billi ħadu s-salvagwardji kollha meħtieġa kuntrarjament għal min ingħata l-offerta biex issa kollox jidher li l-irħas fil-fatt hu l-ogħla għall-Gvern Malti filwaqt li jgħid jekk il-Planning and Priorities Co-Ordination Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li alloka fondi speċifiċi għal dawn ix-xogħlijiet, ġietx mgħarrfa b'tali żvilupp mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 38706.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iwassal li xogħol fuq ir-Restawr tas-Sur magħruf bħala VLT 15 partikolarment Elevation 1 faċċata tal-Port il-Kbir li hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja għadu ma nbediex u jekk dan hu minnu, jista' jikkonferma li l-Joint Venture Italo-Malti mogħti l-appalt qiegħed jippretendi li jitħallas somma addizzjonali bħala variation order iżjed minn dak maqbul fl-iffirmar tal-kuntratt li sar mad-Dipartiment tal-Kuntratti bl-iskuża li peress li hemm proprjetà ta' terzi taħt il-post fejn irid isir ix-xogħol, għaldaqstant għandu jsir ħlas addizzjonali biex l-armar li jsir jipproteġi din il-proprjetà u dan meta l-istess Joint Venture meta kienet ippubblikata l-offerta relattiva mid-Dipartiment tal-Kuntratti kellu l-obbligu li mhux biss iżur is-sit fejn kien identifikat li jsir ix-xogħol iżda li jiehu konjizzjoni tal-proprjetà ta' terzi li ilha hemm snin twal u allura b'responsabilità kellu jitfa' prezz ġust biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa u mhux wara li ġie ffirmat il-kuntratt qiegħda tinstab kull skuża biex ix-xogħol ma jinbediex bil-premessa ta' dan il-periklu u b'konsegwenza t'hekk b'nuqqas ta' ħaqq fil-konfront ta' offerenti oħra li taw prezz ġust għax-xogħol li kellu jsir billi ħadu s-salvagwardji kollha meħtieġa kuntrarjament għal min ingħata l-offerta biex issa kollox jidher li l-irħas fil-fatt hu l-ogħla għall-Gvern Malti filwaqt li jgħid jekk il-Planning and Priorities Co-Ordination Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li allokat fondi speċifiċi għal dawn ix-xogħlijiet ġietx mgħarrfa b'tali żvilupp?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38706.
Local Enforcement System — Authorised Officer li jagħtu servizz ma' kull kumitat reġjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-authorised officers fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull authorised officer li qed jagħtu s-servizz ma' kull Kumitat Reġjonali kull xahar bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumitat reġjonali — impjieg ta' skrivani u uffiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012, kull kumitat reġjonali, kemm qed jimpjega skrivani u uffiċjali full-time direttament miegħu? Kemm qed jimpjega part-timers u kemm qed jimpjega b'kuntratt definit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Local Enforcement System — prosekuturi fit-Tribunal Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma il-prosekuturi fit-Tribunali Lokali fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull prosekutur bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumitat Reġjonali — kumpanija tal-Gwardjani Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hija l-kumpanija tal-gwardjani lokali kuntrattati ma' kull kumitat reġjonali? Minn meta bdew il-kuntratti ma' kull kumitat reġjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
ITS — studenti li attendew l-ITS fis-snin 2007/2008
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm, kull sena, studenti full-time u part-time fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti sena b'sena? Kemm intefqu sena b'sena fuq stipendji għall-istudenti tal-ITS mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti? Kif inhuma meqjusa n-numru ta' persuni li jattendu għall-korsijiet qosra bħal dawk tal-Food Handlers A u B li huma ta' erba' u tmien sigħat rispettivament, bħala full-time jew part-time? Kemm attendew f'dawn il-korsijiet persuni sena b'sena mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif biċċa art li ma tinħadimx li qiegħda biswit il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi Triq Ħal Luqa f'Ħal Tarxien u li tifforma parti mill-ġnien tal-istess blokka, ġiet mogħddija bi qbila lil terzi persuna li l-anqas biss toqgħod f'Ħal Tarxien? Meta ġiet mgħoddija din il-biċċa art? Kemm qed isir ħlas għaliha?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ġiet mikrija permezz ta’ sejħa għall-offerti li ħarġet fit-18 ta’ Jannar 2008 biex tintuża bħala ġnien. Il-kera ta’ dan is-sit, li bdiet tgħodd mis-6 ta’ Marzu 2008, hija ta’ €266 fis-sena. Ninforma lill-Onorevoli Membru li meta toħroġ sejħa għall-offerti għat-trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern, din tkun miftuħa għall-kulħadd u kull individwu jista’ japplika.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' handymen u cleaners f'kull skola ta' kull kulleġġ fl-iskejjel statali primarji, sekondarji u tar-resource centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar l-ammont li l-Gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-snin imsemmija.
Ta’ min jippreċiza li fil-kontijiet tad-dawl u ilma, ma hemmx VAT fuq l-ilma filwaqt li l-VAT fuq id-dawl tiġi ċċarġjata biss fuq kontijiet li ma jkunux ta’
households
u/jew residenzjali. Il-VAT dovuta fuq dawl kunsmat minn
households
tiġi assorbita mill-Korporazzjoni Enemalta, filwaqt li n-negozji, fabbriki eċċ li jħallsu l-VAT fuq il-konsum tad-dawl jikklejmjaw lura din il-VAT fid-denunzji tagħhom u għaldaqstant il-VAT tkun spiża newtrali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' ċilindri tal-gass, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' ċilindri tal-gass fis-snin imsemmija.
Ta’ min jirrimarka li d-distributuri li huma awtorizzati li jbiegħu ċilindri tal-gass fid-denunzji tal-VAT tagħhom jiddikjaraw biss il-kummissjoni peress li l-VAT fuq iċ-ċilindri tal-gass tiġi dikjarata mill-kumpaniji li jipprovdulhom iċ-ċilindri. Peress li dawn il-kumpaniji fid-denuzji tal-VAT tagħhom jinkludu wkoll il-bejgħ ta’ prodotti u gass mibjugħ
in bulk
mhux possibbli li d-Dipartiment jiġbor l-informazzjoni mitluba dwar ċilindri tal-gass.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' petrol(leaded u unleaded), tad-diesel u tal-pitrolju, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT fuq il-petrol (leaded u unleaded), tad-diesel u tal-pitrolju peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurtata fid-denunzji mis-sidien tal-pompi globalment flimkien ma’ prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' industrial oils u fuel, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT minn fuq il-bejgħ ta’ industrial oils u fuel peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurtata fid-denunzji mill-bejjiegħa konċernati flimkien ma’ prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.
Air Malta — roster fit-taqsima tal-passenger handling
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li skont ir-roster il-ġdida, l-impjegati ta' Air Malta fit-taqsima tal-passenger handling se jiġu kostretti f'xi ġranet matul il-ġimgħa jaħdmu per eżempju bejn 8:15pm u 2:15am u shift ieħor bejn 3:15am u 8:00am, meta shift jista' jinħadem dritt bejn 8:15pm u 8:00am? Ma jaħsibx li dawn il-ħinijiet mhux diċenti għall-impjegati bil-familja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tender dwar energy saving li għadu ma ġiex aġġudikat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38581 u 38156 u jgħid x'inhi r-raġuni li tender dwar energy saving li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għalaq fil-15 ta' Mejju 2012 għadu ma ġiex aġġudikat s'issa u dan meta energy saving campaigns għandhom ikunu ta' prijorità ta' kull amministrazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-aġġudikazzjoni ta’ l-offerti ġiet konkluża. Meta l-konklużjonijiet ġew sottomessi għal kunsiderazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti, inħasset il-ħtiega li ċertu rakomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċarati qabel ma’ dawn jiġu ppublikati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38582 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38155, peress li l-art qed tiġi okkupata illegalment, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern dwar din l-illegalità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara li saret spezzjoni mill-uffiċċjali tas-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, ġie stabbilit min huma n-nies li qegħdin jokkupaw dawn is-siti. Għaldaqstant, id-Dipartiment ser jieħu passi sabiex titneħħa din l-illegalita` u wara jara wkoll l-aħjar mod ta’ kif tista’ tiġi użata l-art in kwistjoni.