Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux l-ħsieb li jagħmel kampanja sabiex jibda jinżera iktar żebbuġ? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li flok siġar ta' fjuri jinżergħu siġar taż-żebbuġ? Jista' jgħid kemm huwa stmat li hawn siġar taż-żebbuġ f'Malta u f'Għawdex u kemm għandhom żmien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-siġra taż-żebbuġ hi kkunsidrata bħala siġra ndiġena u qed tintuża fil-kampanji ta’ taħwil organizzati kull sena mid-Dipartiment tal-P.A.R.K.
Is-siġar tal-fjuri jinżergħu appuntu minħabba l-fjuri ikkuluriti tagħhom li jsebbħu l-ambjent u għalhekk ma jagħmilx sens li jitħawwlu siġar taż-żebbuġ flokhom għal diversi raġunijiet. Is-siġar taż-żebbuġ jitħawwlu f’postijiet u f’ambjenti iktar adattati għalihom.
Skond informazzjoni mill-Awtorità Maltija dwar l-Istatistika tal-2007, f’Malta hawn madwar 860 tomna raba’ ddedikati għat-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting listlokal b'lokal ta' nies li jridu jixtru qabar tagħhom? Jista' jgħid jekk huwiex pjanat li tidħol fis-seħħ is-sistema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat lin-numru ta’ nies fuq il-waiting list għal xiri ta’ qabar skond il-lokalita’ hija kif tidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-homes tal-anzjani home b'home? Jista' jgħid fiex huma nvoluti dawn ir-residenti fejn jidħol organizazzjoni ta' attivitajiet u ħruġ għalihom? Kemm hawn anzjani involuti f'dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' residenti fil-homes ta' l-anzjani huwa hekk :
Bormla 130
Floriana 45
Gżira 30
Mellieħa 119
Mosta 68
Msida 64
Mtarfa 122
Żejtun 166
Ninsab informat ukoll li s-suġġerimenti tar-residenti jiġu mistħarrġa u sa fejn hu possibli milqugħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1991 u1699 u jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex residenti li jgħixu qrib il-miżbla tal-Magħtab u qrib l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jingħataw sussidju speċjali mill-gvern fuq is-surcharge tal-kontijiet tad-dawl tagħhom?
Misiteru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Serqiet rapportati mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti, diviżjonijiet u entitajiet segwenti li huma Government Property Division, VAT Department, Customs Division, Malta Industrial Parks u Air Malta b’kollox kien hemm 13 –il rapport lil pulizija dwar serq u l-ammont globali tagħhom kien dak ta’ €11,397.27. Madankollu ta’ min jgħid li dan l-ammont ma jinkludix il-valur tas-serqiet li saru fl-Air Malta minħabba l-fatt li dan ma jistax jiġi kwantifikat.
Fil-Ministeru u fid-dipartimenti, diviżjonijiet, entitajiet u awtoritajiet l-oħra ma kienu rrapurtati l-ebda serqiet.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-Puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isudenti ta' TAS draftsman fil-Water Services Corporation humiex ser jiġu impjegati mal-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawk l-apprentisti li għadhom kif temmew b’suċċess l-apprentistat tagħhom taħt l-iskema tat-Technician Apprenticeship Scheme (TAS) bħala ‘Draughtsperson-Civil’ se jiġu mpjegati mal-Water Services Corporation.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li għalkemm kellhom iċ-ċertifikati tal-MATSEC, ma setgħux jibdew il-kors ta' għalliema għaliex ma kellhomx ċertifikat ta' profiċjenza fil-Malti jew fl-Ingliż? Jekk inhu minnu li dan iċ-ċertifikat mhux ser jibqa' jkun meħtieġ mis-sena dieħla, jista' jagħti xi forma ta' supplementary exam biex ma jkunx hemm żgħażagħ li jitilfu ċ-ċans li jattendu għall-kors ta' għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fost l-istudenti li applikaw biex jibdew il-kors ta’ għalliema, kien hemm 22 applikant li ma ġewx aċċettati minħabba li m’għaddewx mill-eżami ta’ profiċjenza tal-Malti u/jew ta’ l-Ingliz.
Il-Fakultà diġà toffri forma ta’ supplementary exam kif qed jissuġerixxi l-Onor Interpellant. Dawk li ma jgħaddux mill-eżami f’Ġunju jistgħu jerġgħu joqgħodu għall-eżami f’Settembru. Mhux minnu li dan iċ-ċertifikat mhux ser jibqa’ jkun meħtieġ mis-sena d-dieħla. Biss, mis-sena d-dieħla dawk li jkollhom Grad 3 fiċ-ċertifikat livell SEC, jew grad C fl-livell intermedju, jew grad C f’livell avvanzat ser ikunu eżentati mill-ħtieġa li jagħmlu l-eżami.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal xi ħsieb li l-Malta Dairy Pproducts tiċċaqlaq mill-post fejn qed topera llum (u fejn ilha għal għexieren ta' snin) fil-Ħamrun, u jiġi żviluppat sit ġdid, kif ġie propost u magħżul diversi drabi?
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-complement llum tan-numru ta' għalliema imjegati u mħallsa mill-gvern? Tista tagħti breakdown ta' dawn l-għalliema tas-suġġetti li jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-complement illum tal-għalliema impjegati mħallsa mill-Gvern huma ta’ 3686.
Dawn huma mqassma hekk:
Skejjel Primarji - 956
Skejjel Sekondarji - 2324
Skejjel Speċjali - 89
Għalliema Peripatetiċi - 317
Ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif inhuma maqsuma l-2324 għalliem li hemm fis-settur sekondarju u post-sekondarju.
Skejjel tal-istat — Lmenti fuq nuqqassijiet ta' trasport
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2502, tista' l-Ministru tagħrrfni x'ġara u x'passi ttieħdu fir-rigward tal-ħmistax-il ilment li tressqu skond il-mistoqsija parlamentari in kwistjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-problemi kollha li rriżultaw mill-ilmenti li waslu fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ġew indirizzati u solvuti. L-operaturi ser jiġu mmultati jew penalizzati skond in-nuqqas rispettiv.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2503, jista l-Ministru jinfurmani bl-istess tagħrif mill-gżira t'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija minn karozzi, djar privati, u ħwienet/entitajiet kummerċjali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena f'Għawdex hu kif ġej:-
Serq ta' Karozzi
Serq minn Residenzi
Serq minn Ħwienet
12
40
10
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal-Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Jista l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2127 u 1672 u jieħu l-passi neċessarji biex il-public convenience li hemm Blata l-Bajda taħt il-kiosk jiġu mnaddfa għax hemm abbandun totali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2127 u 1672.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mitoqsijiet parlamentari 2171, 1945 u 1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2171 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2123 u 1582 u jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 2122, 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jiġri f'każ fejn persuna, sid ta' karozza tmut u l-eredi tiegħu jiġu ffaċjati b'ammont kbir ta' multi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Jekk l-ammont ikun irid jitħallas kollu, jista isir ftehim li dan l-ammont jitħallas f'pagamenti kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament, peress li dan ilu li applika għal reserved parking għax għandu diżabilità biex jimxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret fit-2 ta' Settembru 2008 u qed tkun proċessata skond il-proċeduri stabbiliti għal dawn il-każijiet.