Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for Social Welfare Services

Question

Jista' l-Ministru jforni rendikont aġġornat tal-kundizzjonijiet finanzjarja tal-Foundation for Social Welfare Services?

Response (DALLI, JOHN)

Tista l-Onor. Membru tispeċifika preċiż l-informazzjoni li trid?
Leg 11 PQ #3299 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja? Jekk iva, minn min hi komposta, x'mandat għandha u x'fondi għandha?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummisjoni spiċċat it-terminu tagħha fl-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena. Bħalissa l-Kummissjoni mhix imwaqqfa.
Leg 11 PQ #3300 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi tassew ir-rata ta' separazzjoni? Jista' jgħid jekk hux qed issir riċerka fuq x'inhi l-kawża tat-tifrik taż-żwieġ, kif ukoll jekk hux qed issir riċerka fuq x'kien l-effett tad-divorzju fil-pajjiżi fejn ġie introdott?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummissjoni spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Bħalissa l-Kummissjoni mhix imwaqqfa. Għalhekk il-Kummissjoni m'hiex f’qagħda li twieġeb b’mod sħiħ. Għalkemm il-Kummissjoni l-antika kienet qed taħdem fuq riċerka li kellha relevanza għat-tifrik taż-żwieġ, bħar-riċerka fuq il-faqar u s-saħħa mentali u l-familji, id-divorzju ma kienx fuq l-aġenda tal-Kummissjoni l-antika daqskemm it-tisħiħ tal-familji Maltin. L-abbozz tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Familji li ppreżentat il-Kummissjoni f’Marzu tal-2008 fil-fatt kellu din id-direzzjoni.

Manufacturing and Services Department — pjan tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-pjan tal-gvern għall-Manufacturing and Services Department (MSD)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-pjan tal-Gvern għall-Manufacturing and Services Department hu li jara li dan ikun organizzat f’entita li tiprovdi b-effiċjenza u value for money f'servizzi varji lill-Ministeru u lill-entitajiet u dipartimenti oħra tal-Gvern.
Leg 11 PQ #1803 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali kollha mit-twaqqif tagħhom 'l hawn u kemm dam kull segretarju eżekuttiv fil-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Numru 1803 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi s-Segretarji Eżekuttivi kollha li servew fil-Kunsilli Lokali mill-1993 sa l-1 ta’ Settembru 2008.

Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 2150/2002 tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika ta’ l-Iskart introduċa qafas għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja dwar il-produzzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart minn attivitajiet ekonomiċi u djar privati. Sabiex tiġi miġbura l-istatistika meħtieġa għall-provedimenti ta’ dan ir-Regolament l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika qiegħed jikkollabora flimkien mal-MEPA u l-WasteServ fuq bażi regolari. Din il-kollaborazzjoni wasslet sabiex f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-ammont ta’ statistika prodotta dwar l-iskart f’Malta. Kemm il-WasteServ kif ukoll il-MEPA ifornu lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika b’informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart li tista’ tiġi wżata għall-finijiet tar-Regolament Ewropew dwar l-istatistika ta’ l-Iskart. Barra minn hekk l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juża din l-informazzjoni sabiex jippubblika diversi statistiċi ta’ relevanza lokali rigward dan is-suġġett. Permezz ta’ koperazzjoni ma’ dawn l-entitajiet pubbliċi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatisika qiegħed kontinwament jaġġorna l-istatistika eżistenti u jaħdem sabiex jottjeni informazzjoni fuq diversi aspetti tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart li preżentament m’għandniex informazzjoni dwarhom f’Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’statistika tinġabar mill-NSO u l-MEPA:
Leg 11 PQ #2491 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operat tal-Kunsilli Lokali — aċċess għall-informazzjoni miċ-ċittadini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex ikun hemm aċċess aħjar għall-informazzjoni miċ-ċittadini dwar l-operat tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew, twaqqaf steering committee biex jaħdem fuq għajnuna mill-Gvern għal titjib fil-websites tal-Kunsilli Lokali kollha.
Leg 11 PQ #2494 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti fid-dipartiment tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma l-konsulenti fid-dipartiment tal-gvern lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu konsulent legali li huwa Dr Anthony Cutajar LLD.
Leg 11 PQ #2495 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Allokazzjoni mill-fondi Speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni tal-gvern, u x’inhuma il-gwidi li qed jintużaw fl-allokazzjoni lill-kunsilli lokali mill-fondi speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni ta’ fondi speċjali lill-Kunsilli Lokali waqfu fis-sena finanzjarja 1999-2000.
Leg 11 PQ #2497 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-iżgħar Persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-iżgħar kunsillier/a fil-kunsilli lokali f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, ma jinżammux records ta’ informazzjoni personali tal-Kunsillieri, inkluża d-data tat-twelid.
Leg 11 PQ #2498 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-aktar persuna anzjana

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-aktar kunsillier/a anzjan f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, ma jinżammux records ta’ informazzjoni personali tal-Kunsillieri, inkluża d-data tat-twelid.

MCAST — ftehim mal- Malta Union of Teachers - familjarizzazzjoni mad-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tispjega jekk intlaħaqx ftehim bejn l-Malta Union of Teachers u l-MCAST fuq l-assigurazzjoni tal-għalliema u tal-istudenti meta dawn joħorġu barra mill-kulleġġ biex jiffamiljarizzaw mad-dinja tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li filwaqt li l-MCAST jikkonferma li hemm assigurazzjoni tal-għalliema u tal-istudenti meta dawn joħorġu barra mill-kulleġġ biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-dinja tax-xogħol, l-MCAST u l-MUT ser jiltaqgħu sabiex tkun iċċarata l-implimentazzjoni ta’ din l-assigurazzjoni.

Ħal-Luqa — Ground tal-futbol - wiċċ b' terf sintetiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-grawnd tal-futbol fl-iskola primarja ta' Ħal-Luqa kien ingħata b'wiċċ ta' terf sintetiku, liema terf kellu jkun virgin green, iżda meta twaħħal it-terf dan ma kienx virgin green u ma kienx konformi mal-specifications li ħarġet l-Foundation for Tomorrow School? Tista' tgħid jekk hu dan il-każ, jiġifieri li l-wiċċ mhux mogħti b'virgin green hux se jittieħdu l-passi biex min kellu jara li l-specifications ikunu konformi ma' dak li ntalab fil-ħruġ tat-tenders jagħti spjegazzjoni? Tista' tispjega u tagħti tagħrif, jekk fl-award tat-tenders kienx hemm minn ipprotesta minn dawk li ttenderjaw għat-tender għax ħass li ma kienx hemm fair сompetition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li t-terf li ġie mwaħħal fl-iskola ta’ Ħal Luqa huwa kif speċifikat fit-tender, u ma jirriżultax li hemm xi diffikulta fuq dan it-terf. Dan ma jiġix speċifikat b’virgin green jew green iżda huwa rubber infill u jiġi speċifikat b’dan il- mod. Il-pitch ta’ l-iskola ta’ Ħal Luqa li ġie inawgurat f’April 2006 meta ġiet inawgurata wkoll l-estensjoni ta’ l-istess skola kien skond l-ispeċifikazzjonijiet rikjesti mit-tender. Mhux biss iżda l-ħxuna tat-terf kien iżjed minn dak rikjest fit-tender. Infurmata wkoll li ma saru ebda protesti minn tenderers f’dan ir- rigward.

MCAST — Investigazzjoni dwar riżultati

Question

Fid-dawl ta’ dak li nqala' fl-MCAST rigward tbagħbis ta’ riżultati u l-investigazzjoni interna sejra li hemm, mingħajr ma nidħlu għalissa fuq din l-issue, tista’ l-Ministru tikkonferma jekk il-proċedura tal-korrezzjoni tal- assignments hix din sussegwentament : a) Kull lecturer jipprepara l- assignment brief u jagħtih lil internal verifier biex dan ta’ l-aħħar japprova dan l- assignment brief qabel dan jingħata lill-istudent biex fi żmien stipulat jissottometti x-xogħol tiegħu/tagħha lil- lecturer ? b) Huwiex il-fatt li l- lecturer wara li jikkorregi l- assignment , dan jagħtih lil internal verifier u ta’ l-aħħar jivverifika l- grade li jkun tah il- lecturer , jista’ wkoll il- grade jitbiddel mill- internal verifier wara diskussjoni mal- lecturer u l-istudent biex bi trasparenza joħroġ il- grade fuq l- assignment ? Għadux jgħodd il-fatt li wara li jkun stabilit il- grade fuq l- assignment , dawn l- assignments kollha jkollhom ir-riżultati rreġistrati għand ir-reġistratur tal-MCAST fil- main campus sa mhux wara l- 15 ta’ Lulju ta’ kull sena, biex imbagħad kull direttur tal-istitut jibgħat xi sample tal- assignments lil external verifier tal-UK, u mhux eskluż li kull tant żmien jiġi/tiġi l- external verifier u tiddiskuti l-mod ta’ kif ikun hemm appraisal tal-kors, tal- units li jinkludi wkoll l- approach tal-eżaminazzjoni tal- assignments ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ħafna drabi jkun il-lecturer li jipprepara l-assignment brief. L-internal verifier japprovah fuq kriterji stabbiliti. Rigward it-tieni mistoqsija, il-proċess li jwassal għall-għoti ta’ grad finali jista’ jtawwal għaliex m’hemm xejn li jżomm lill-amministrazzjoni li tagħti lill-istudent iżjed minn ċans wieħed biex itejjeb il-marka li jkun ġab wara l-ewwel sottomissjoni. Għaldaqstant student jista’ jibqa’ jipproduċi xogħol matul il-kors biex jgħolli l-marka. M’hemm xejn li jżomm lill-amministrazzjoni ċentrali milli tirrevedi dawn il-metodi minn żmien għall-ieħor. L-internal verifier jista’ jibdel il-marki, preferibbilment, u sa fejn hu possibli, b’diskussjoni mal-lecturer. Huwa rakkomandabbli li l-istudenti jiġu infurmati bil-grad wara li ssir konsultazzjoni bejn il-lecturer u l-internal verifier. Din il-marka tista’ wkoll tinbidel jekk l-eżaminaturi barranin jaħsbuha mod ieħor. L-uffiċċju tar-reġistratur jistenna li jirċievi l-grad sommattiv jew finali tal-istudenti tad-diversi istituti mhux qabel l-istudy units jingħalqu. Dan jista’ jkun wara sena, jew sentejn, skond it-tul tal-programm. Barra minn dan is-sistemi tal-programmi ta’ barra jvarjaw minn istitut għall-ieħor u kull istitut jimxi ma’ l-istruzzjonijiet mogħtija lilu. Għaldaqstant, fir-rigward, ngħidu aħna, ta’ l-external verifier, hemm każi fejn jintbagħat xi xogħol ta’ l-istudenti barra u hemm każi fejn dan ma jseħħx għax mhux mistenni li jsir hekk.

Postijiet Vakanti fl-iskejjel Primarji u Sekondarji

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2409 u tgħid kemm hemm postijiet vojta segretarjali, klerikali u amministrattivi u ta' personnel inkarigati mit-tindif u manutenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex? Meta se jintlew dawn il-postijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ postijiet vojta segretarjali, klerikali, amministrattivi u ta’ personnel inkarigat mit-tindif u manutenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex huwa hekk: Grad Malta Għawdex Segretarjali 3 Klerikali 5 Tindif/Manutenzjoni 10 10 Qed tittiehed azzjoni sabiex dawn il-postijiet jimtlew.

Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2406 u jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2406.

Awtorità għat-Trasport

Question

B'referenza għall-ittra mibgħuta separatament, jista' l-Ministru jgħid x'wieġbet l-Awtorità għat-Trasport peress li għaddew tmien xhur mindu ntalbet il-veduti tagħha u azzjoni neċessarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eco Contribution — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Diskussjoni tad-divorzju fuq l-Aġenda

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid jekk id-diskussjoni dwar id-divorzju hijiex fuq l-Aġenda tal-Gvern tiegħu? Jista' jgħid jekk hemmx l-ħsieb li din tiġi fuq l-Aġenda? Jekk m'hijiex fuq l-Aġenda ma jaħsibx li diskussjoni fuq dan is-suġġett wasal iż-żmien li ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2270.

Bejgħ ta' tabakk

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm daħħal s'issa minn fuq tabakk bejn Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid jekk l-bejgħ ta'sigaretti żdiedx jew naqasx matul l-aħħar snin? Jekk kien hemm xi ċaqliq f'dan s-settur qiegħed jittieħed konsiderazzjoni ta' kif mar is-suq tat-tabakk f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi: (1) Bejn Jannar u Settembru 2008 il-gvern daħħal €50,240,044 bħala taxxa tas-sisa fuq it-tabakk. (2) Skont l-statistika proviżorja miġbura mid-Dwana u mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jidher li l-bejgħ tas-sigaretti żdied matul l-aħħar snin. (3) Iċ-ċaqliq li kien hemm f’dan is-settur u li qiegħed jittieħed konsiderazzjoni tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin jirrigwardja: (i) it-tmiem tal-produżżjoni lokali mill-2007 sa llum; (ii) iż-żieda sostanzjali fil-bejgħ ta’ sigaretti bid-dażju mħallas lill-passiġġieri li jitilqu minn Malta għall-pajjiżi ta’ fuq ta’ l-Unjoni Ewropea; kif ukoll (iii) il-fatt li l-konsumaturi jidhru li qed jaqilbu għal sigaretti ta’ brands bi preżż relattivament orħos.