Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mal-Gozo Channel skond il-grad tagħhom, fl-aħħar ta' Diċembru 2006, fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tnien parti tal-mistoqsija parlamentari 2269 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma f'mod kategoriku jekk in-numru ta' plastic bags fil-waste stream ta' pajjiżna kibirx jew naqasx mis-sena 2005 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2188 u 1873 u cioe': B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-MEPA, x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2153 u1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1740 u jgħid kemm saru stupri f'pajjiżna fis-snin 2005, 2006 u 2007? X'sentenzi rċevew dawk il-persuni li kkommettew dan ir-reat serju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Sena
Każi rappurtati
Sentenzi
2005 7 1 - sentenza ta prigunerija
1 - sentenza sospiza
1 - multa
4 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2006 13 2 - sentenza sospiza
11 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2007 11 1 - sentenza sospiza
10 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1730 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri ta' l-armata ma jitħallsux ta' l-overtime tant li fil-budget ma jeżistix line item għall-ħlas ta' overtime u dan b'kuntrast ma' korpi ta' dixxiplina oħra? Hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tinbidel fiż-żmien li ġej?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1730 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1741, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-reazzjonijiet ta' dawk li ntalbu jagħtu r-reazzjoni tagħhom fuq l-imsemmi rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi r-reazzjoni kienet illi ttieħdu dawk il-passi neċessarji biex sa fejn dan huwa possibli jiġu implementati r-rakkomandazzjonijiet magħmula.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-funtana fil-ġnien ta' Santa Luċija isir minn tliet ħaddiema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ fuq il-funtana msemmija kien pjuttost estensiv u varju u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jintbgħat gang ta’ ħaddiema li normalment ikun iffurmat minn tlieta minn nies.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' l-ammont ta' CVA li ġie invoiced matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li :-
L-Ammont ‘
invoiced
’ li nħargu bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 kien:
€ 764,597.62
L-Ammont li tħallas (fuq dawn il-fatturi) kien:
€ 572,796.44
L-Ammont kreditu (nies bi bżonnijiet speċjali) kien:
€ 2143.26
L-Ammont dovut sa 30 ta’ Settembru 2008 kien:
€ 189,657.92
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff turnover fis-Sapport b'mod speċjali fl-Uffiċċju taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti d-data, l-grad ta' l-impjegat, minn fejn għal fejn sar it-turnover jew jekk kienx hemm riżenja u r-raġuni għal kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux rapporti dwar accessibilita' u l-kundizzjoni ta' l-Adult Traning Centres u jekk isiru jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ċ-Ċentri li rreferiet għalihom l-Onor. Interpellant huma kollha aċċessibli u għalhekk ma jsiru l-ebda rapporti f'dan ir-rigward.
Ninsab informat ukoll li f'dawn iċ-Ċentri isir xogħol ta' manutenzjoni regolari, dejjem fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibli, bi preċedenza għal xogħolijiet l-aktar urġenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fit-trasport tal-klijenti ta' l-Adult Training Centres f'dawn l-aħħar ħames snin għal kull ċentru separatament? Min jopera is-servizz f'kull ċentru separatament?
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux accounts u audits ta' kull Adult Training Centre separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-aħħar accounts fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għalkemm iċ-Ċentri għal matul il-jum għaddew f’idejn l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali f’April 2007, l-accounts taċ-ċentri bdew jinħadmu b’mod globali għaċ-ċentri kollha mill-Fondazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008. Audits kif isir fl-Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni għal dawn iċ-ċentri għadu ma sarx peress li s-sena finanzjajra tal-Fondazzjoni tagħlaq fl-aħħar ta’ Diċembru 2008. Għalhekk il-Fondazzjoni ma tistax tipprovdi l-figuri mitluba.