Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-Għajnejn
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2287 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilità ma tapplikax għall-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2287.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2214 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li -wires imsemmija mill- Onor. Interpellant m'humiex ta' xi entita li taqa' taħt ir-responsabilita tiegħi.
Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2516 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-pulizija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata kollettivament mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tlestiex il-proċess ta' evalwazzjoni tat-tenders għax-xogħol infrastrutturali li għandu jsir fil-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali? Jekk iva, lil min ingħatat it-tender? Jekk le, x'inhu jżomm milli jiġi konkluż dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-proġett kien propost li jiġi ffinanzjat minn Fondi tal-EU. L-applikazzjoni għal dawn il-fondi ma ġietx milqugħa u għalhekk il- Ministru tal-Finanzi, li hu responsabbli għall-proġett, qiegħed jirrevedi il-proġett f'dan il- kuntest.
Billi wieħed mill-argumenti li l-aktar jissemmew mill-pubbliku, ta' kuljum, jikkonċerna d-dewmien li wieħed ikollu jiffaċċja meta, għal xi raġuni jidħol l-Qorti, jista' l-Ministru jara kif jitnaqqas dan iż-żmien u f'xi okkażjonijiet jiġi stabilit terminu massimu li fih għandhom jinqatgħu l-kawżi li jispiċċaw il-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentement qed jiġu preparati miżuri legali li jindirizzaw aħjar din is-sitwazzjoni. Minkejja dan kollu, iżda, wieħed għandu japprezza li dejjem ser ikun hemm kawżi b'diffikultajiet varji, u għalhekk ma jkunx dejjem possibbli li jiġi stabbilit terminu massimu ta' żmien ta' meta kawżi għandhom jinqatgħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' spot checks minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, madwar Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar? F'liema lokalitajiet saru dawn l-inspections? Jista' jgħid jekk f'Għawdex sarux spezzjonijiet bħal dawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti minn kunsilli lokali lill-Awtorita' dwar it-Trasport għat-twaħħil ta' speed cameras? Fejn huma dawn it-talbiet? Kemm hemm talbiet li għalkemm approvati mill-ADT, l-ispeed cameras għadhom ma twaħħlux? Fejn huma dawn ta' l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm total ta' disgħa talbiet pendenti għal FIXED SPEED CAMERAS. Rigward għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.2149.
Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika — Stabbilimenti tas-self catering
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx l-istatistika tat-turisti li jmorru fl-istabbilimenti tas-self catering, meta f'Għawdex hemm aktar sodod fis-self catering milli fil-lukandi? Ma jidhirlux li l-istatistika pubblikata dwar it-turisti f'Għawdex mhux kompluta mingħajr dawn? Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu sezzjoni ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jikkonċentra fuq il-ġbir ta' statistika li tiffoka fuq Għawdex biss, partikolarment fejn jidħol it-turiżmu u l-impjegati li jaħdmu fis-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-survey dwar it-turisti (Tourstat) jinkludi mistoqsijiet dwar dawk it-turisti li jqattgħu aktar minn nofs il-btala tagħhom f’Għawdex u fejn joqgħodu. Dan ifisser iżda li dawk it-turisti li jaqsmu il-btala tagħhom bejn Malta u Għawdex u li jqattgħu aktar żmien f’Malta milli f’Għawdex m’humiex inklużi fin-numru ta’ turisti li raqdu Għawdex.
Fil-fatt l- Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika diġa ltaqa’ mal-Gozo Tourism Association biex jara kif tista’ tinġabar informazzjoni msemmija fil-mistoqsija. Huwa ttamat li arranġamenti f’dan ir-rigward isir fi żmien qasir.
Dwar Uffiċċju ta’ l-Istatistika f’Ghawdex, din il-possibilta’ diġa ġiet studjata flimkien mal-Ministeru għal Għawdex fil-passat iżda ma nstabx li kienet proposta fattibbli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema fi ħdan in-National Employment Office jgħidulek li min iħaddem għandu dritt ikun jaf min għamel ir-rapport?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 3074.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna indikata separatament li qabel l-elezzjoni ta' 8 ta' Marzu 2008, li kien jokkupa l-grad ta' system analyst (kuntratt ta' xogħol) u li kellu bħala fallback position il-grad ta' analyst programmer 2, kif ġie mogħti lieve nbiddel il-fallback position tiegħu għal Manager tal-Water Services Corportation, mingħajr ma nħarrġet call for application għat-tali posting?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw f'dawn l-aħħar sentejn għal-liċenzja tas-sewqan, kemm minnhom applikaw għal-liċenżja ta' vetturi kummerċjali u kemm għal-liċenzja ta' vetturi normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-fallback position tbiddlet mill-1 ta' Jannar 2008 sa 8 ta' Marzu 2008 u x'kienu l-fallback position preċedenti għal dawk attwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku ħalli inkun nista' nwieġbu.
LIċenżja tas-sewqan — Studenti li m'għaddewx mit-Teorija u prattika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal-liċenzja tas-sewqan u m'għaddewx mit-theory u għaddew wara t-tieni u t-tlielet darba konsekuttiva? Kemm m'għaddewx mill-prattika bl-istess manjiera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-sewqan per annum għal dawn l-aħħar 5 snin u kemm applikaw b'kollox għal kull sena rispettiva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Industrija tat-Turiżmu — Dħul medju għal kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2397 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Industrija tal-Manifattura — Dħul medju fuq kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2396 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Għawdex — Kumpanniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2394 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tagħthom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2393 u jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2388 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?