Qasam tas-saħħa — Impjegati direttament mal-kuntrattur
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kuntrattur imma jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa? F'liema gradi qiegħdin dawn il-ħaddiema? Kemm jiħallas il-kuntrattur kull siegħa ta' kull ħaddiem li għandu jagħti servizz lill-Istat? Kemm-il sena il-Gvern huwa marbut ma' dawn il-kuntratturi
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ġabar flus mil-privatizazzjoni tat-tombla, lottu u logħob ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-privatizzazzjoni tal-Lotterija Nazzjonali fl-2004 inġabru:
· €18.6 miljun (Lm8 miljun) mill-
privatisation proceeds;
·
€
11.6 miljun (Lm5 miljun) f’xiri ta’ apparat u ekwipaġġ ieħor
Dan l-investiment kien kundizzjoni li bih kienet marbuta l-Maltco Lotteries.
San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Uffiċju Distrettwali
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-uffiċju distrettwali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar tas-servizzi soċjali ġie trasferit għall-post ieħor? Jista' jgħid jekk sarx studju qabel ma ntgħażel dan il-post ħalli jara jekk huwiex sejjer joħloq iktar inkonvijent għall-anzjani u nies li jiġi bżonn s-servizzi li jagħti minħabba li t-transport pubbliku huwa inqas frekwenti f'din iż-żona ġdida? Beħsiebu l-Ministru jitlob arranġament speċjali fit-trasport pubbliku ħalli dan l-inkonvenjent jispiċċa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ninsab infurmat li dwar is-servizz tat-Trasport Pubbliku, l-ADT ma rċeviet l-ebda talba, la mill-Kunsill Lokali u lanqas minn individwi, għal arranġamenti speċjali f'dan ir-rigward.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 2173 li saret lill-Ministru Għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jippubblika cabinet minutes and documents ta' aktar minn 30 sena ilu tal-Malta Drydocks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kunfidenzjalità tal-Minuti u d-dokumenti tal-Kabinett għadha speċifikament protetta bl-Artikolu 637 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili (Kap 12).
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2435 u jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2435.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - Mutli Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' konstruzzjoni ta' djar/appartamenti li tinsab għaddejja bihom bħalissa l-Awtorità tad-Djar? Fiex jikkonsistu? Jista' jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser isiru fix-xhur li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 2505, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin jgħarrafni għaliex il-Gvern Malti m'għamel ebda kontribuzzjonijiet? Jista' l-Viċi Prim Ministru jipprovdili tagħrif dwar stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għamlu kontribuzzjonijiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ma sarux kontribuzzjonijiet lill-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea għaliex ma jirriżultax li hemm strutturi b'dan l-isem fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests matul is-sena 2008, xahar b'xahar? F'liema lokalità saru, u kemm minnhom instabu li kienu qabżu l-limitu? X'sar f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, it-testijiet tan-nifs li saru mill-Pulizija wara li l-ewwel test meħud fir-triqi rriżultat fil-pożittiv, kienu kif ġej:
2008
Numru ta’ persuni miġjuba għat-test tan-nifs
Test Pożittiv
Test Negattiv
Irrifjuta jew test mhux komplut
Jannar
12
6
-
6
Frar
5
2
-
3
Marzu
15
12
-
3
April
9
7
2
Mejju
6
3
-
3
Ġunju
3
3
-
-
Lulju
-
-
-
-
Awwissu
1
1
-
-
Settembru
-
-
-
-
Total
51
34
-
17
Dawn inqabdu f’dawn il-lokalitajiet – Raħal Ġdid; Ibraġġ; St Andrews; Gżira; San Ġiljan; Baħar iċ-Ċagħaq; Qawra; Buġibba; San Gwann; Żabbar; Mellieħa; Mosta; Furjana; B’Kara; Bormla; M’Skala; Rabat; u l-Belt Victoria f'Għawdex.
Fil-każijiet kollha nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa llum in-numru ta' skejjel privati liċenzjati biex jgħallmu l-lingwa Ingliża lill-barranin f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li llum in-numru ta’ skejjel privati liċenzjati biex jgħallmu l-lingwa Ingliża lill-barranin huwa kif ġej:
f’Malta - 46
f’Għawdex - 3
Applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel biex jgħallmu l-Ingliż
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel li jgħallmu l-lingwa ta' l-Ingliż f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, kemm huwa ż-żmien li tieħu applikazzjoni biex tiġi mistħarġa u approvata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-preżent il-Gvern qed jikkonsidra tliet (3) applikazzjonijiet ġodda għall-iskejjel li jgħallmu l-lingwa ta’ l-Ingliż f’pajjiżna. Normalment, applikazzjoni tieħu madwar tliet (3) xhur biex tiġi mistħarrġa u approvata.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiftaħ r-residential home Andrew Home f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-saħħa Pubblika ma għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' liċenzji għal-Andrew f'Bormla.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2512 u jgħid kemm huwa numru ta' ażjendi tal-Agro Industrija li jopera f'Malta u f'Għawdex fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2513 u jgħid kemm huwa n-numru ta' opri tas-sajd reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument? Jista' jagħti dawn f'listi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' opri tas-sajd reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-mument hu kif ġej:
Kategorija
Tul
MFA
MFB
MFC
Total
inqas minn 6m
121
419
1412
1952
6 sa 7.99m
112
218
173
503
8 sa 11.99m
87
83
58
228
12 sa 14.99m
34
5
3
42
15m u aktar
57
2
1
60
Total
411
727
1647
2785
Legend :
MFA – are the full-time professional fishing vessels
MFB – are the part-time professional fishing vessels
MFC – are the recreational (not commercial) fishing vessels
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Enemalta daħħlitx xi sistema ġdida dwar l-applikazzjonijiet tad-dawl, fis-sens li fil-każi fejn l-applikazzjoni tkun tikkonċerna bini li qiegħed l-ODZ, l-applikazzjoni trid tgħaddi mingħand il-financial controller tal-Enemalta qabel ikun jista' jingħata s-servizz tad-dawl? Kemm hemm applikazzonijiet bħal dawn għand l-Enenmalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' sinjura li dettalji tagħha qed jinagħataw separatament, li għamlet appell għal bdil ta' post tal-gvern minn Tarxien għal Ħaż-Żabbar
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma stabitx familja oħra li lesta tibdel ir-residenza tagħha mar-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ biex tingħata facilitator lil tifel li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament,?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’April 2008. Fil-preżent it-tifel qed jingħata l-għajnuna meħtieġa mis-servizzi li diġa’ hemm fil-klassi. Il-ġenituri se jingħataw appuntament meta jkun imiss skond il-lista tar-reġistrazzjoni.