Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun — Sqaq il-Kubriet - miżbliet mhux imnaddfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn żewġ miżbliet fi Sqaq il-Kubriet, il-Ħamrun ma ġewx mnaddfa minkejja diversi rapporti li saru u minkejja wkoll l-avviż ta’ nfurzar Nru. 00514/2008 li ħareġ nhar is-27 t’Awwissu 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Servizzi — Postijiet vakanti għall-Welder burner u Electrician

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa li saret madwar xahar ilu għal post vakanti ta' Welder Burner u Electrician fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi ġietx mimlija? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-IPSL li applikaw għal dan il-post issejjħux għal dan l-interview?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid: Kemm-il kulleġġ twaqqaf s'issa f'Malta u Għawdex? Kull kulleġġ minn kemm-il primarja, sekondarja, eċċ hu magħmul? X'inhi l-popolazzjoni tal-għalliema u studenti ta' kull kulleġġ? Hemmx kulleġġi oħra li għad iridu jitwaqqfu, fejn se jkunu, u xi primarji u sekondarji se jiġbru taħthom? Hemmx il-ħsieb li jinbnew kulleġġi, jew skejjel oħra ġodda, fejn u meta se jibda l-bini tagħhom u kemm hu stmat li se jiswew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Malta u Għawdex għandna għaxar (10) kulleġġi ta’ l-iskejjel ta’ l-istat. Il-kulleġġi jiġbru fihom numru ta’ skejjel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bil-kompożizzjoni tal-kulleġġi u l-popolazzjoni ta’ l-għalliema. Bħalissa qed tiġi diskussa fażi ta’ bini ta’ skejjel ġodda għas-snin li ġejjin.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna wkoll il-prezz taż-żejt kull barmil Brent fi $ li fuqu ġiet ibbażata Proposta 5, hekk kif prenotata mill-KPMG sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4 kif kien ġie indikat fil-preżentazzjoni tal-Ministru waqt laqgħa ta' l-MCESD fit-23 ta' Ottubru, 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi — Triq Dun Ġużapp Aquilina - surge fid-dawl

Question

Peress li xi żmien ilu r-residenti fi Triq Dun Ġużepp Aquilina fis-Siġġiewi soffrew surcharge fid-dawl bil-konsegwenza illi ħafna mill-appartamenti soffrew ħsara, jista l-Minsitru jgħid x'kumpens ser tagħti l-Enemalta lil min sofra danni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija nru. 2926.

Persuni bi status ta' refuġajti, displaced persons u immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma il-persuni f'Malta reġistrati bħala refuġjati, displaced persons u immigranti irregolari u jagħti dan sena b'sena mill-2000 sal-lum? Kemm huwa n-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjati sena b'sena mill-2000 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Animal clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jara jekk hux minnu li se tinfetaħ xi forma ta' dogs home jew animal clinic f'Ta' Qali proprju fil-bidu fejn hemm numru kbir ta' residenti? Jekk huwa l-każ, jaħseb li din għandha tkun ferm il-bogħod mir-residenti tal-viċinanzi fl-inħawi tal-Mosta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3575 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji — Każ

Question

B'riferenza għall-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġie riferut lill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-rakkmandazzjoni ta' din il-Kummissjoni? Jekk kienet qed takkolji l-ilment tal-persuna indikata, x'kienet ir-raġuni għaliex din ir-rakkmandazzjoni ma kenitx implimentata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3575, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li l-persuna ikkonċernata għamlet lill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji ma kienitx ġiet milqugħa.

offerti għal xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għax-xiri ta' dawn l-artijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet wara talba mressqa minn terzi persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Promozzjonijiet ta' messaġġiera tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-promozzjonijiet ta' messaġġiera tal-Qorti għal pustiera għadhom ma seħħewx meta dawn suppost ħarġu żmien ilu? Jista' jispjega kif messaġġiera ġodda qed jingħataw l-inkarigu jagħmlu n-notifiki u jaqilgħu flus żejda meta suppost dan ix-xogħol isir mill-pustiera?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li qiegħed nassumi li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal “purtiera”, jiġifieri l-ushers, ninsab infurmat li ma jeżistix xi arranġament jew ftehim ieħor dwar promozzjonijiet li kellhom joħorġu għal din il-kariga, kif qed jingħad fl-interpellanza. Ninsab infurmat ukoll li, kemm fil-Qrati Ċivili kif ukoll f’dawk Kriminali, ma jirriżultax li hemm xi messaġġiera ġodda li qed jagħmlu n-notifiki minflok il-purtiera.

Kumpanniji tal-Pertoleum — Informazzjoni

Question

Peress li l-Ministru ħabbar li inħarġu żewġ liċenzji lil żewġ kumpanniji differenti sabiex dawn ikunu jistgħu jimpurtaw il-petroleum, jista' jispjega s-segwenti: - 1. Jekk dawn ingħatawx ukoll lill-kumpanniji li qed jaħżnu il- petroleum fuq xi siti partikolari u 2. jekk l-Enemalta li issa hija kompetitriċi tagħhom, u li għandha imħażen adegwati u kkunsidrati bħala essential facilities ġietx obbligata taħżen il- petroleum għalihom, u 3. jekk fl-affermattiv x'inhuma dawn il-kundizzjonijiet? Jista' jgħid min huma d-diretturi u azzjonisti taż-żewġ kumpanniji li ġew mogħtija dawn il-liċenzji u jikkonfermax jekk wieħed minnhom attwalment kienx l-eks chairman ta' l-Enemalta? Jidhirlu li l-akkwirenti l-ġodda tal-art ta' Bengħajsa, li issa se jibdew jimportaw il-gass, għandhom jitqiesu li issa għandhom taħt il-kontroll effettiv tagħhom essential facilities ? Se jiġu tenut kont jaħżnu l-gass għal importaturi oħrajn? Jekk le, minħabba fil-politika tassattiva tal-liberalizzazzjoni imposta fuqna mill-Ewropa, il-Gvern għandu ta' l-inqas jindika siti oħra fejn jista' jiġi maħżun il-gass?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxi mhux Mħalsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mid-dwana ta' Malta, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li fuq l-oġġetti kollha esposti għal-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti? F'kull każ instabu affarijiet li kienu għall-bejgħ mingħajr ma tħallsu fuqhom it-taxxi dovuti? X'kienu l-affarijiet u dawn kienu kkonfiskati? X'kienu t-taxxi li suppost kienu mħallsa fuqhom u x'kien l-ammont ta' kull taxxa dovuta? Il-persuni li fl-istabbilimenti tagħhom instabu dawn l-affarijiet ittellgħu l-qorti? Jekk fl-affermattiv x'kienu kkundannati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi: Ir-rendikont ta’ spezzjonijiet fi stabbilimenti kummerċjali mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-1 ta’Ġunju 2008, kif ukoll taxxi dovuti fuq l-oġġetti maqbuda huwa kif ġej: Fis-sena 2005 saru erba’ mija sebgħa u tletin (437) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom tnejn u sittin (62) kienu pożittivi. It-tnejn u sittin (62) tfittxija pożittiva jinqasmu hekk: Għaxar każi (10) għadhom pendenti quddiem il-Qorti, każ wieħed (1) fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti filwaqt li wieħed u ħamsin (51) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’ €138,998.41 Fis-sena 2006 saru mija wieħed u disgħin (191) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom erbgħin (40) kienu pożittivi u li jinqasmu hekk: Tmien (8) każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ħames (5) każi fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti, sitt (6) każi fejn għad trid tittieħed azzjoni u wieħed u għoxrin (21) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’ €20,070.40. Fis-sena 2007 saru tlett mija u ħamsa u erbgħin (345) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom wieħed u tmenin (81) kienu pożittivi jinqasmu hekk: Każ (1) wieħed għadu pendenti quddiem il-Qorti, għoxrin (20) każ fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti, tmien (8) każi fejn għad trid tittieħed azzjoni u ħamsin (50) każ ġew deċiżi amministrativament. It-taxxi dovuti huma ta’ €15,934.64. Din is-sena, sa l-aħħar ta Settembru 2008 saru tmien mija u tletin (830) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom mija u erba u sebgħin (174) kienu pożittivi li jinqasmu hekk: Każ (1) wieħed qiegħed quddiem il-Qorti, tlett (3) każi fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti, mija u ħamsin (150) każ fejn għad trid tittieħed azzjoni u għoxrin (20) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’ €14,362.23. L-affarijiet kienu jikkonsistu f’sigaretti u xorb alkoħoliku.
Leg 11 PQ #1905 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi — Sottomessi lill-Malta Tourism authoruty

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-Malta Tourism Authority għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi f'dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment? Is-sidien li qed japplikaw biex jagħmlu dan l-iżvilupp qed jitolbu l-għajnuna ta' l-Awtoria'? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma jitolbu minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. L-applikant mhux obbligat jindika l-ammont ta’ investiment. Operaturi Turistiċi, inkluż lukandiera, ser ikollhom l-opportunità li japplikaw għall-għajnuna taħt il- Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects skond il-Fondi Strutturali tal-EU għas-snin 2007-2013.