Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa minn djar privati ġew rappurtati minn residenti fil-Furjana fl-aħħar 5 snin, sena b'sena? F'kemm-il każ tressaq xi ħadd il-Qorti? F'kemm il-każ min tressaq ġie misjub ħati mill-Qrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-serq minn djar privati fil-Furjana rrapurtati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
2004 10
2005 5
2006 8
2007 3
2008 2 (sa l-aħħar ta' Settembru)
Infurmat ukoll li s'issa, mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizijia dwar dawn ir-rapporti, għad m'hemmx eżitu pożittiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3033 u 2580 u jara li Triq Wenzu Dyer fil-Ħamrun, tiġi inkluża fost it-toroq residenzjali li jridu jinbnew fiż-żmien li ġej?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq żdiedet mal-lista tal-2006 fl-aħħar tal-2007.
Madanakollu, qabel jibdew ix-xogħlijiet, irid jispiċċa proċess ta’ espropjazzjoni ta’ biċċa mit-triq għan-nom ta’ terzi persuni.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 3211 u 2748 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn l-2000 u l-2007 kien hemm 12-il raġel jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li ħadu l-parental leave. In-numru ta’ rġiel fuq parental leave din is-sena hu 3. Il-perijodu ta' parental leave li ħadu jvarja minn 3 xhur sa 4 snin.
Tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' Diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3060, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' diżabilità u jagħti l-informazzjoni għal kull allowance u pensjoni msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li hemm 666 tfal li qegħdin jirċievu Disability Child Allowance u 2 itfal li qegħdin jirċievu Disability Pension minħabba vista batuta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3212, 3018 u 2740 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3210, 3017 u 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.
Ċertifikati tal-kondotta — aċċess minn fuq l-internet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandhux l-intenzjoni li ċ-ċertifikati ta' kondotta li jinħarġu mill-pulizija jibdew ikunu ordnati u/jew aċċessibli minn fuq l-internet bħal ma illum insibu ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija qed jaħdem fuq sistema sabiex iċ-ċertifikati ta' kondotta jkunu jistgħu jiġu ordnati minn fuq is-sit elektroniku tagħhom.
Persuna li toqgħod il-Mellieħa — Ċittadinanza jew freedom of movement
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura li diġa' irrisponda għaliha f'mistoqsija parlamentari ftit tal-ġimgħat ilu dwar iċ-ċittadinanza jew il-freedom of movement tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li joqgħod il-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif diġa spegajtlu fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2041 għandha tittieħed deċiżjoni dalwaqt dwar iċ-ċittadinanza tal-persuna konċernata.
Dwar il-freedom of movement diġa' infurmajtu fl-istess tweġiba li din il-persuna m'għadiex aktar 'persuna eżenti' skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Immigrazzjoni (Kap 217).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds il-BOV p.l.c. u l-HSBC Bank Malta p.l.c jew kumpanniji subordonati jew assoċjati magħhom tal-Leehman Brothers fl-ewwel ta' Jannar 2008 u kemm kien il-valur ta' dawn il-bonds, u jista' jgħid x'tip ta' bonds kienu dawn? Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds ta' Leehman Brothers l-istess banek u kumpanniji assoċjati magħhom fil-15 ta' Lulju 2008 u kemm kien il-valur tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm biegħu mill-
bonds
tagħhom il-banek fuq imsemmija fil-kwalità tagħhom ta'
stock brokers
lill-klijenti rispettivi tagħhom fil-perijodu fuq indikat, u x'kien il-valur ta' dawn il-
bonds
u x'tip ta'
bonds
kienu; jekk kinux per ezempju
straight bonds
jew
subordinated bonds
?
Jista' l-Ministru jispjega il-
bonds
mibjugħa mill-BOV p.l.c. fil-perijodu ta' bejn l-1 t'April 2007 u l-1 ta' Lulju 2007 kenux
bonds
propjetà tal-bank jew kenux xi
subscription
ġdida maħruġa mill-Leehman Brothers? Jista' l-Ministru jispjega jekk il-
bonds
imsemmija mibjugħa f'dan il-perijodu indikat kenux
straight bonds
jew
subordinated bonds
?
Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3265 u jgħid:
a) Jekk it-tħammil fiż-żona indikata għat-tkabbir taċ-Ċimiterju Addolorata nbediex u għadux sejjer fl-istess ħin li qegħdin jiġu riveduti l-pjani tal-estensjoni?
b) Jekk ir-reviżjoni tal-pjanti humiex ser jinfluwenzaw il-kuntratti tat-tħammil u għaldaqstant jirriżulta li jkollhom joħorġu
tenders
ġodda?
c) Jekk il-proposti ġodda li qed jistenna mill-periti humiex dawk li ġew approvati mill-MEPA fis-26 ta' Ġunju 2006?
d) Id-data li fiha jistenna r-riżultat tar-reviżjoni tal-pjanti mingħand il-periti u jekk matul iż-żmien il-pjanti humiex ser jintbagħtu lill-MEPA għall-approvazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tħammil fiż-żona ndikata għat-tkabbir taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata għadu ma nbediex. Ninsab informat ukoll li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali għadu qed jistenna pjanti riveduti skond il-Master Plan propost u għaldaqstant għadu kmieni biex wieħed jista’ jikkunsidra x’reviżjonijiet iridu jsiru kemm fir-rigward tat-tħammil kif ukoll dwar l-approvazzjoni mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies/ kumpanniji f'Malta li għandhom liċenzja li jagħmlu l-VRT? Kemm jirriżulta minn dawn il-persuni kollha/ kumpanniji indikati li qatt ġew ikkundannati dwar xi ħaġa mill-qrati in konnessjoni max-xogħol tagħhom?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies/kumpanniji kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra jew sospiżi u jindika d-dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights fi Triq l-Imdina (faċċata ta' Triq Dun Gorg Fenech) f'Ħal Qormi wara li kienet saret il-pjanta u kellhom jinħarġu t-tenders min-naħa ta' l-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ġa għandha proposta approvata u l-Awtorita' ser timplimentaha matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jghid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.