Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ kumpanniji li ġew reġistrati mill-2004 ‘l hawn u li l-qasam li joperaw fih huwa marbut ma’ l-enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi r-Reġistru tas-Soċjetajiet ma jżommx din l-istatistika cioe’ dwar l-attivitajiet partikolari li jwettqu jew jistgħu jwettqu l-eluf tal-kumpanniji li jkunu reġistrati f’Malta sena wara l-oħra. Naturalment, informazzjoni preċiza dwar l-attivitajiet ta’ kull kumpannija reġistrata f’Malta tista’ tinġabar mil-files tal-kumpanniji individwali li jinsabu aċċessibbli għall-pubbliku fir-Reġistru.
Jista l-Ministru jgħid meta ser jgħaddi l-ammonti dovuti lill-produtturi tas-simna u l-bajd naxxenti mill-ftehim milħuq qabel id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea (SMPPMA) u b’mod partikolari l-għajnuna tal-ġwież li kienet ta' 25 cents ekwivalenti għal 59 euro cents meta skond ittra datata 2 ta' Settembru 2008 hemm indikat li kellhom jiġu mħallsa sa żmien ħmistax-il xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li parti minn uħud mill-pagamenti diġà bdew jitħallsu.
Jista l-Ministru jgħid meta l-produtturi tas-simna ser jirċievu l-għajnuna kif suppost kuntrarjament ghal dik imposta u li qed jingħataw presentament u cioè illi l-għajnuna għar-rigward ta' subsidy rate (per tonne) tibda' tingħata per kilo u mhux per head u dan skond ftehim milħuq taħt skema ta' l-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk humiex ippjanati deċiżjonijiet tali li min għandu mard tal-kanċer tas-sider u jirrikjedi l-kura Herceptin, ikun intitolat għaliha b'xejn mingħajr ħlas? Il-ħlas attwali għal kura bħal din jammonta għal €50,000!
Response (DALLI, JOHN)
Iva nista nikkonferma li ser toħroġ tender fuq il-Gazetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin.
B’referenza ghal informazzjoni mogħtija u cioè li l-Ministeru fadallu madwar €0.5 miljun li baqgħu ma tqassmux u li ser jiġu mqassma lil xi bdiewa, jista jgħid min kienu dawk il-bdiewa jew produtturi li baqgħu ma ħadux l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jispeċifika għal liema ammont qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jikkonferma l-fatt illi ż-żejt rapportat li nxtered kien ta' madwar 131,000 tunnellata u mhux kif ġie rapportat?
Jista' jgħid kemm sewa dan il-fuel mitluf u min se jħallas għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex iż-żejt li ġie rapportat li nxtered u li allegatament daħal fil-boreholes tal-viċin ma jikkontaminax l-ilma ta' taħt l-art?
Jista' jgħid kemm sewa dan il-proċess u min ħallas jew se jħallas għalih?
Studenti miż-Żurrieq — Junior Lyceum u universita'
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
i) kemm kien in-numru ta' studenti miż-Żurrieq li ġew ammessi fil-Juniour Lyceum
ii) kemm kien in-numru ta' zgħażagħ miż-Żurrieq li daħlu l-Universita' fl-istess perijodu
f’dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Studenti miż-Żurrieq Studenti miż-Żurrieq
li ġew ammessi li ġew ammessi
fil-Junior Lyceum fl-Universita’ ta’ Malta
2004 80 79
2005 83 71
2006 71 78
2007 64 83
2008 56 93
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2905 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid min kienu l-membri fil-Bord tal-MITTS li aġġudika t-tender liema tender talbet private training providers li jipprovdu taħriġ għall-istudenti ta' l-MCAST li ma jistgħux jattendu l-campus ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid? Tikkonferma l-Ministru li membru mill-istess Bord huwa wkoll direttur fl-istess MCAST? Tista' l-Ministru tgħid jekk dan jikkonsistix f'konflitt ta' interess? U jekk iva, x'passi se jittieħdu sabiex dan ma jerġax iseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-Sur Juan Borg Manduca qiegħed fil-Bord tal-MITTS u hu wkoll id-Direttur ta’ l-Istitut tal-Informazzjoni, Kommunikazzjoni u Teknoloġija fl-MCAST li kien jagħmel parti mill-Bord li aġġudikaw it-tenders tal-ICT training providers. Dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija kif ukoll se jinstema mill-Bord ta’ l-Appell u għalhekk huwa xieraq li wieħed jistenna d-deċiżjonijiet meħuda qabel jiġi deċiż jekk kienx hemm konflitt ta’ interess jew jekk għandhomx jittieħdu passi oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-koperattivi kollha li preżentament jagħtu xi servizz lill-Gvern? Jista' l-Gvern jndika wkoll xi ħlas jingħataw il-koperattivi rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3197, jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefiċċji li huma intitolati l-familji u mhux il-kriterji li fuqhom familji jikwalifikaw? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Il-benefiċċji, l-allowances u l-għajnuniet l-oħra mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ huma dawk imsemmija fl-istess Att.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Garaxx tal-Gvern — sejħa għall-expression of interest
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara s-sejħa għall-expression of interest dwar il-vijabilità tal-garaxx tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara l-expression of interest għall-External Management Review hu li l-Ministeru jkollu studju indipendenti u ddettaljat dwar l-effettivita, l-efficjenza, u l-kwalità ta’ servizzi li l-Garaxx tal-Gvern qed jipprovdi. Mir-rizultat ta’ dan l-istudju jkun jista’ jitfassal pjan strateġiku għal dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3199 u 2890 u jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt fis-seħħ mal-konsulenti COWI ikopri superviżjoni u assistenza teknika fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fit-tramuntana ta’ Malta. Jitħallsu € 24,500 kull xahar. Il-kuntratt jintemm f’Novembru 2008, wara li jitlestew it-testijiet neċessarji kollha fuq l-impjant.
B'referenza għall-proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3200, 2892 u jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma trattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-ewwel tlett mistoqsijiet nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-PQ 372.
Ninsab infurmat li għad fadal jitħallsu madwar Eur.0.68 miljun f'varjazzjonijiet, fiċ-ċifra msemmija.
L-impjant għandu l-kapaċita li jitratta medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. S’issa ġew prodotti 0.54 miljun metri kubi ta’ ilma ittrattat minn meta beda jopera, liema ilma intefa’ l-baħar. Il-KSI qed ikollha taħditiet ta’ kif tista tutilizza dan l-ilma mall-Ministeru t’Għawdex, fosthom fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u l-Industrija. L-impjant jikkonsma medja ta’ 3,000 kwh kuljum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija 3195.
Trasferiment ta' ħaddiema — Agrikoltura u Xogħlijiet Pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3196 u jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar sitt xhur? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar l-Onor Membru li mill-aħħar elezzjoni ‘l hawn fid-dikasteru ġew integrati prattikament żewġ ministeri. Li qed isir bħalissa hu l-integrazzjoni ta’ diversi sezzjonijiet li bilfors iġib miegħu ċaqlieq (deployment) ta’ numru ta’ impjegati fosthom mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imma dawn il-movimenti ta’ ħaddiema ma jissejjħux transfers.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-Playing Fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?