Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34913, 34552 u 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-WasteServ ma kisritx il-kundizzjoni imsemmija tal-permess minħabba li x-xogħlijiet għadhom għaddejin fuq il-family park. Il-kundizzjoni kienet titlob li jiġi implimentat u mhux komplut. Il-Park mistenni li jkun komplut f'Diċembru li ġej.
Il-garanzija bankarja, kienet biex f'każ li ma jiġix implimentat il-proġett il-kunsilli ikun jistgħu jagħmlu proġetti ta' titjib fil-lokalità għal benefiċju tal-kommunita. L-awtorità approvat il-permess tal-
family park
liema xogħlijiet għaddejjin biex dan jitlesta kemm jista' jkun malajr. F'każ li l-proġett ma jitlestiex, l-awtorità tieħu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34824 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33468, jista' l-Ministru issa jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha (flimkien ma' site plan) qed jingħataw separatament, li kienu ħadulha r-raba xi 30 sena ilu fejn infetħet triq ġewwa l-Gudja (tal-Ħofra), tingħata l-kumpens mistħoq?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34824.
Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34931 u jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula l-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bibien li ser jinbidlu bħalissa huma ħamsa, bi spiża ta’ Euro 2,000. Dan qed isir parti mix-xogħol ta’ refurbishment tal-uffiċċji. L-aħħar li sar dan it-tip ta’ xogħol kien meta l-Korporazzjoni mxiet għall-uffiċċji f’ Hal-Luqa fl-1992.
Ix-xogħol kollu li qed isir bħalissa u stmat €102,000. Dettalji ta’ dan qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema grad taċ-ċivil jaqa' x-xogħol ta' purtinar fl-iskejjel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ purtinar fl-iskejjel huwa inkorporat fid-definizzjoni tad-dmirijiet tal-gradi ta’ labourer u general hand fis-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Korporazzjoni Enemalta sabiex tneħħi arblu tal-elettriku li jinsab ftit metri 'l isfel mill-ħanut li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema arblu jinsab imxengel u f'qagħda perikoluża minħabba l-piż tal-wires imqabbda miegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret ma rriżultax li hemm xi periklu, iżda l-arblu għandu ssirlu l- manutenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Maltin u barranin direttament impjegati ma' kumpaniji tal-igaming?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 2,579 jaħdmu fuq bażi full u part-time (part-time only) fis-settur tal-Gambling & Betting Activities sal-aħħar ta` Diċembru 2011.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandhiex informazzjoni dwar kemm hawn nies jaħdmu fis-settur tal-
igaming
biss.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34532, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi min ingħata permess għall-użu ta' dan il-ġnien u kemm tħallas flus għal dawn il-permessi f'dawn l-aħħar erba' snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jistax jintervjeni mal-kumpanija Go sabiex jiġu aċċertat li l-phone booths pubbliċi tagħna jinżammu fi stat nadif għax qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti minn nies li jużawhom speċjalment barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi.
Billi jirriżulta li hemm vot ta' €200, 000 approvati għal xiri ta' mediċini tad-dimensia/alzheimer, jista' l-Ministru jikkunsidra li tinxtara l-aħjar mediċina novativa llum u cioè il-patch li titwaħħal fuq il-ġilda tal-pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa, id-direttorat responsabbli mid-dħul tal-mediċini fil-formolarju tal-Gvern qed jilqa’ applikazzjonijiet għad-dħul fil-formolarju ta’ mediċini għall-kura tad-dimensja. Wara li l-applikazzjonijiet jiġu vvalidati jsir Health Technology Assessment għal kull mediċina.
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Health Technology Assessments ser jiġu ppreżżentati lill-Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern kif stipulat fl-Avviżż Legali 58 ta’ l-2009 tal-Att Dwar il-Mediċini (KAP. 458) Regolamenti tal-2009 dwar Prodotti Mediċinali Disponibbli fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern.
Fid-dawl tal-fatt li pazjenti Maltin u Għawdxin li jsofru mill-marda mgħarufa bħala DME (Diabetic Macular Edema) u/jew DMO (Diabetic Macular Odema) qed jingħataw il-mediċini bħall-Avastin li mhux liċenzjati fid-Dinja bħala kura addatata kontra din il-marda, u billi ukoll il-mediċina novattiva liċenzjata fid-dinja għal din il-marda hija Lucentis, jista' l-Ministru jara li tingħata l-mediċina liċenzjata u mhux dik li qed tingħata fil-preżent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dħul tal-mediċina Lucentis® fil-formolarju tal-Gvern għad-Diabetic Macular Edema qed jiġi evalwat skont kif stipulat fl-Avviżż Legali 58 ta’ l-2009 tal-Att Dwar il-Mediċini (KAP. 458) Regolamenti tal-2009 dwar Prodotti Mediċinali Disponibbli fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34891 u jgħid kemm daħlu flus skont il-liġi mill-gaming parlour minn meta bdiet tinġabar din it-taxxa? Xi jsir minn din it-taxxa miġbura?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn meta bdiet tinġabar it-taxxa mill-gaming parlours, l-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob ġabbret is-somma ta’ €167,102.88.
Bħal kull dħul minn tassazjoni fuq il-logħob din tmur fil-fond konsolidat.
Residenti ta' proprjetà li tkun ritenuta bu possession and use
Question
B'referenza għall-iskema ta' xiri ta' appartamenti mir-residenti ta' proprjetà li qabel kienet ritenuta by possession and use bħal dawk tas-City Gate, ma jidhirlux il-Ministru li mhux sew li min ikun irnexxielu jġemma ammont ta' flus matul is-snin però li ilu jokkupa l-fond għal snin twal, ma jibbenefikax mis-sussidju? Jappreza li hemm residenti li ilhom jokkupaw il-proprjetà għal aktar minn tletin sena u li llum saru anzjani u li b'mod naturali jkunu akkumulaw ċertu flejjes, m'għandhomx jiġu daqsant preġudikati? Jidhirlu li b'dan il-mod l-okkupanti mhux qed jingħataw l-ebda vantaġġ jew stimolu biex jixtru din il-proprjetà u dan avolja ilhom is-snin jagħmlu l-almu tagħhom f'dan ir-rigward? Japprezza li prezz bi prezz dak li jkun mhux daqstant ikun akkanit li jixtri fond ġewwa l-Housing Estate? Jikkonsidra li l-assessment għandu jirreferi għaż-żmien ta' meta ttieħed il-flat jew għal tal-anqas min ikun qabeż is-somma jieħu forma ta' sussidju minuri mill-oħrajn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-iskema ‘ninvesti fid-dar tiegħi’ hija mibnija fuq il-prezz kummerċjali tal-post – li huwa mibni fuq kemm ilu mibni, il-lokalita’ u l-kobor. Wara jingħata s-sussidju. Is-sussidju jingħata jekk l-ammont tal-assi u dħul li jkollu l-kerrej fid-data tat-tħabbir ta’ din l-iskema jkun anqas minn € 100,000. Is-sussidju jinghata kif ġej fuq bażi ta’ kemm ilu kerrej konoxxut;
Bejn 7 – 10 snin jingħata 50% sussidju
Bejn 10 u 15 ‘il sena jingħat a 55%
Bejn 15 u 20 jingħata 60%
Aktar minn 20 sena 65%
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33781, jista' l-Ministru jara li s-sinjura tiġi ikkuntatjata mill-ħaddiema tal-ARMS Ltd peress li għadha ma ġietx ikkuntatjata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-konsumatur ġie kkuntatjat fis-16 ta’ April 2012 u ngħata l-informazzjoni kollha relatata mal-każ.
B'referenza għall-proġett tar-restawr tas-salini, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'archaelogical monitoring qed isir fuq dan il-proġett? Min hu l-monitor u lil min qed jirrapporta dan il-monitor? Kemm-il monitoring reports saru sal-lum? X'kien jgħid il-method statement li ġie sottomess għal dawn ix-xogħlijiet u jista' jispjega fid-dettall kemm-il method statement ġie jew ma ġiex segwit?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-monitoring tas-Salini qed isir skont terms of reference u method statements mifthema mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Fil-kas ta’ dan ix-xogħol, il-monitor huwa is-Sur Edward Calleja, kwalifikat għal dan ix-xogħol u jifforma parti mill-Project Management Team li ntgħazel permezz ta’ sejħa pubblika għal offerti li ħarġet l-MRRA. Il-monitoring tas-Sur Calleja jkopri biss xogħolijiet ta’ skavar.
Dan il-monitor jirrapporta lill-
Project Manager
li jgħaddi l-informazzjoni direttament lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali jew lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, li mbagħad jirraporta lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Il-monitoring u r-rapporti jkunu segwit mis-Sovrintendenza.
Sa ‘llum saru erbgħa
monitoring reports
jiġifieri wieħed għal kull darba li sar skavar. Il-
method statement
hu anness ma din ir-risposta. Ix-xogħlijiet qed jipproċedu skond dan il-
method statement
u t-
terms of reference
li nħarġu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar konsulent
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex jaħdem bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, fuq xiex u fuq liema terms and conditions? Qatt ħadem mal-Ministeru kemm ilu rtirat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ma jaħdimx bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anqas qatt ma ħadem ma’ dan l-uffiċċju kemm ilu li rtira.
Tista' l-Ministru tispjega kif il-perita li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament, li taħdem bħala perita mal-proġetti tal-Ministeru ta' Ghawdex hi wkoll il-perita privata tad-ditta Sqallija li qed jagħmlu ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella liema proġett hu tal-istess Ministeru? Ma taħsibx li dan hu konflitt kbir ta' interess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-proġett ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella qed jiġi implimentat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijier Rurali.
Tista' l-Ministru tispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħol tat-triq imsemmija qed isir minn Transport Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.