Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2272 u jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2272.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2275 u jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special wastecollectors jirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Membru jistlesta din il-ġimgħa. Irid jingħad li x-xogħol waqaf għax kellha toħroġ sejħa ġdida għal pajpijiet peress li l-kuntrattur oriġinali ma kienx f’pożizzjoni li jissuplixxihom.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3017 u 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.
Jista' l-Ministru jagħti il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li ġew mogħtija lill-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, meta dawn il-karigi ġew imġedda f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta l-karigi tagħhom ġew imġedda riċentement, ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ma nbidlux. Il-pakkett tal-Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Ottubru 2003, jiġifieri €46,600 fis-sena minbarra l-COLA u allowances ta’ 71,000 franċ żvizzeru u 40,000 dollaru amerikan bla taxxa.
Il-pakkett tad-Deputat Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Jannar 2007, jiġifieri €49,700 fis-sena minbarra l-COLA u allowance ta’ €15,700.
Kemm il-Gvernatur kif ukoll id-Deputat Gvernatur għandhom is-servizz tat-telefon kif ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA mħallas mill-Bank u l-użu ta’ karozza tal-Bank.
Bank Ċentrali ta' Malta — Executive Management Committee
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee ta' l-istess Bank?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-diretturi li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom remunerazzjoni ta’ €44,738 fis-sena u, skond il-ftehim kollettiv tal-Bank, qualification allowance ta’ €2003 fis-sena kif ukoll performance bonus ta’ 4.5% fis-sena, inkluża l-COLA. Id-diretturi għandhom ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA li s-sejħiet minn fuqu jitħallsu mill-Bank, kif ukoll l-użu ta’ karozza tal-Bank.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu huwa din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2813 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2812 jgħid kemm intnefqu flus issa mill-vot rikorrenti 41 bħala inċentivi għall-industrija tal-films? Kif ġew minfuqa dawn il-fondi, lil min u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal dak li jirrigwarda s-sena rikorrenti, s’issa ingħataw inċentivi li jammontaw għall-€51,620 lill-produzzjoni tal-films russa ‘Terra Nova’.
Huwa mistenni illi erba produzzjonijiet oħra jissottomettu applikazzjonijiet finali għall-għoti ta’ inċentivi sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.
Ta' Qali — Vot Kapitali - Flus Allokati għall-Crafts Village
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2811 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Żoni Industrijali — Vot Kapital - Flus allokat għall-upgrading
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2810 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2810.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2807 u 2354 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jiffunzjona tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi Malta Air Traffic Services Ltd għandha żewġ tipi ta’ radars Primary Radars (PSR) u Secondary Radars (MSSR). Biex ajruplan jidher fuq ir-radar bl-MSSR għandu bżonn ta’ transponder filwaqt li bil-PSR m’għandux. Il-proċeduri tal-kontrolluri li ilhom stabbiliti għal ħafna snin jikkonsistu f’proċeduri, fejn ir-radars jistgħu jintużaw flimkien jew separatament. Dawn il-proċeduri kienu ġew approvati mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ħafna qabel ma l-MATS stabbiliet Safety Management System tliet snin ilu. Meta l-SMS ġiet stabbilita il-Kumpanija iddeċidiet li l-proċeduri kollha li kienu qegħdin jintuzaw kienu ‘Safe”.
Minhabba il-problemi tekniċi fuq il-PSR, l-informazzjoni mill-PSR ġiet imneħħija minn fuq il-main display tal-kontrolluri u mpoġġija biss fuq il-fallback display li qiegħda ma ġenb il-main display tal-kontrolluri. Bi ftehim mal-union tal- kontrolluri, ajruplani li ma jkollhomx transponder jingħataw servizz ta’ air traffic control minn fuq il-fallback system.
Wara li sar setting fuq il-PSR, saru tliet safety cases biex indaħħlu il-PSR information fuq is sistema prinċipali. Dawn it-tliet safety cases kollha fallew. Għal daqstant, il-kontrolluri għadhom qegħdin jużaw il-proċeduri spjegati fil-paragrafu ta’ fuq.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2805 u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2805.
Peress li r-residenti ta' Triq Dun Luqa, Sannat, Għawdex, qed jilmentaw minħabba li in konsegwenza tal-fatt li ġiet asfaltata parti mit-triq u tħalliet parti oħra li hija meqjusa bħala white road u f'din il-parti qed iżomm l-ilma li eventwalment qed jispiċċa ġor-residenzi ta' din il-parti tat-triq, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija asfaltata sa quddiem ir-residenzi kollha u għalhekk ma jirriżultax li l-parti li mhix asfaltata qegħda taffettwa l-bini eżistenti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm sejħiet għal vakanzi ta' librara f'din l-aħħar sena u jekk kien hemm għal liema libreriji kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-lista ta’ vakanzi ta’ librara f’Malta u Għawdex f’din l-aħħar sena flimkien mal-lokalita’ u d-data minn meta imtlew dawn il-vakanzi hija:
Lokalita
’
Data
Gudja Diċembru 2007
Safi Diċembru 2007
Gżira Jannar 2008
Mqabba Lulju 2008
Kalkara Awissu 2008
Pembroke Ottubru 2008
Għarb (Għawdex)
*
*
Jista’ l-Ministru jara jekk jistax jiżdied id-dawl fid-daħla għal Ta’ Qali minn Triq id-Durumblat peress li din tintuża minn numru kbir ta’ persuni li tard bil-lejl jew kmieni filgħodu jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiziku bħal mixi jew jogging?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa kkalkolat li ġew frankati flus f’kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-iskejjel sekondarji fil-kulleġġi San Benedittu u San Injazju rispettivament minħabba ta’ l-użu ta’ enerġija alternattiva f’dawn l-iskejjel?
Tista’ tgħid f’liema skejjel oħra, qodma jew ġodda, qed jiġu kkontemplati jew qed isiru, sistemi simili? Kemm kien l-investiment totali f’din it-tip ta’ enerġija fil-bini jew irranġar ta’ skejjel mill-2003 ‘l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-flus li ġew frankati mill użu ta’ l-ilma tax-xita miġbur fi ġwieben u elettriku li ġie mill-panelli tax-xemx fiż-żewġ skejjel ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop u Sant Injazju ġewwa l-Ħandaq f’Ħal Qormi, huma kif hu indikat hawn taħt:-
San Benedittu:-
Elettriku prodott bejn 12 ta’ April 2005 u 22 ta’ Ottubru 2008 ġie ffrankat €4297.14, f’perjodu ta’ sentejn u sitt xhur.
Ilma tax-xita miġbur fil-ġwiebi bejn l-1 ta’ Settembru 2005 u 31 ta’ Awissu 2008 ġie ffrankat €39,240.91.
Sant’Injazju:-
Elettriku prodott bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u 22 ta’ Ottubru 2008 ġie ffrankat €1,844.76.
Ilma tax-xita miġbur fil-ġwiebi bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u 31 ta’ Awissu 2008 ġie ffrankat €13,494.87.
B’kollox ġew iffrankati total ta’ €58,877.68 minn spejjez ta’ elettriku u l-ilma kemm ilhom imwaqqfin iż-żewġ skejjel.
Il-kalkolazzjonijiet huma bażati fuq rati kif jinsabu fis-sit elettroniku tal-Korporazzjoni ta’ l-Ilma.
Diġa’ beda l-proċess sabiex kull skola li qiegħdha tinbena jkollha aktar sistemi ta’ apparat li jkun jista’ jservi ta’ enerġija alternattiva.
Karozzi bl-elettriku — Flus frankati minn petrol u diesel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li ġew iffrankati flus f’petrol jew diesel minn meta f’diversi Ministeri ġew introdotti karozzi li jaħdmu bl-elettriku minflok karozzi konvenzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tad-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat li l-istima ta’ flus li ġew iffrankati mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u l-MEPA li użaw karozzi li jaħdmu bl-elettriku kien ta’ €360 u €363 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet fejn saret bidla fir-rekords uffiċjali ta’ individwi fir-Registru Pubbliku, wara talba li tkun saret mill-istess individwu, fejn is-sess ta’ dan l-individwu ġie mibdul għal wieħed differenti minn dak li jkun twieled bih l-istess individwu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2001 'l hawn, kien hemm ħmistax (15)-il każ fejn saret bidla fis-sess ta' individwi fir-rekords uffiċċjali fir-Reġistru Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ligi tigi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost galadarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.