Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-manutenżjoni neċessarja fit-Triq il-Kbira Mosta fil-parti li tħalli Triq San Pawl tal-Qliegħa qabel ma' taqbad l-parti tal-bini fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi mill-entitajiet. Ir-‘reinstatement’ tat-trinek jsir mill-istess kuntrattur appena jispiċċaw ix-xogħlijiet. Dwar il-bqija tat-triq l-ADT ħa tagħmel spezzjoni fuq is-sit u jsiru l-istimi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkuppata minn Squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien n-numru ta' parteċipanti għall-proġett SportsBuzz organiżżat mill-Kunsill Malti għall-iSport maqsum għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organiżżati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li SportsBuzz kien program pilota għat-tfal ta’ Bormla bejn l-eta ta’ 8 – 14 sena. Attendenza kienet ta’ 32 fuq bażi regolari. It-tfal ma ġewx offruti attivitajiet sportivi differenti bħala għażla iżda kellhom varjeta’ ta’ football, basketball, judo, martial art, hip hop, sailing u horse riding. L-attivitajiet inżammu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera apparti sailing (B’Bugia) u horse-riding (Marsa).
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-kunsill Malti għall-Isport bl-isem ta' Swimming Promotion Unit maqsum skond l-etajiet u s-sess? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports bl-isem ta' Summer on the move maqsuma skond l-età u s-sess? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? Fiex kienu jikkonsistu l-attivitajiet u fejn saru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2438 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MEPA qiegħda tagħmel l-evalwazzjonijiet tal-full development application relatata ma' dan il-proġett imsemmi li jikkonsisti f'appartamenti residenzjali, sheltered housing, polyclinic, underground Car Park u sports facilities li jinkludu football pitch.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru arresti fuq pussess ta' droga matul is-sena 2008 waqt parties? Jista' jgħid fejn kien il-post ta' kull arrest u x'kienet id-droga maqbuda? Minn liema lokalita' kienu dawk arrestati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 50 persuna li ġew arrestati fuq suspett ta’ pussess ta’ droga waqt parties li kienu qed isiru ġewwa Paceville, Ta’ Qali, ir-Rabat, il-Floriana, Ħal Farruġ u Paradise Bay. Id-droga maqbuda kienet tinkludi kokaina, ekstasi u reżina tal-kannabis. Dawk arrestati kienu joqogħdu f’diversi lokalitajiet ta’ madwar Malta u Għawdex, fosthom, Bormla, l-Isla, Ħal Luqa, il-Marsa, l-Imsida, l-Imtarfa, Ħaż Żabbar, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Belt, il-Kalkara, San Ġiljan, is-Siġġiewi, B’Kara, B’Buġia, il-Mosta, is-Swieqi, M’Xlokk, M’Skala, Pembroke, Santa Luċija, Sta Venera; u f'Għawdex, il-Belt Victoria, Għajnsielem u s-Sannat
Tista' l-Ministru tgħid għaliex xi Assistenti Diretturi fil-qasam tal-Edukazzjoni ma intalbux jagħmlu il-performance agreement għal din is-sena? X'inhi r-raġuni? Fuq liema bażi sejra tinħadem il-performance ta' dawn l-individwi biex il-performance bonus ta' dawn in-nies ikun ġust?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-sitwazzjoni ta’ l-Assistenti Diretturi fil-qasam tal-Edukazzjoni issa ġiet iċċarata. Il-Performance Agreement tagħhom qed jiġi mfassal u l-performance bonus ser jinħadem bl-istess mod kif inħadmu fil-passat.
Technical Services Branches u Gardeing Units — servizzi mill-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru jgħid x'kumpens qed jingħata lil dawk il-ħaddiema f'ħdan it-technical services branch u il-gardening unit li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru, li biex ikomplu jagħtu servizz meta id-Direttorat ma jfornihomx bil-għoddod, trasport u materjal ieħor, jużaw mezzi tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirriżultax li qatt intbagħtu nies fuq il-lant tax-xogħol mingħajr l-għodda tad-Direttorat. Il-materjal neċessarju dejjem kien provdut. Meta ġieli ntalab trasport ‘għat-tieni karozza’, dan ġie provdut.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Public Service Commision li jirrigwardjaw individwi fil-qasam tal-Edukazzjoni? Kemm ilu kull każ quddiem il-PSC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u fid-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni hemm kaz wieħed li huwa pendenti quddiem il-Public Service Commission.
Dan il-każ tressaq quddiem il-Public Service Commission f’Marzu, 2007.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2520 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-puluzija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 2213 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull household f'Malta u Għawdex tħallas surcharge. Pero' xi housholdsjirċievu "Energy Benefit Vouchers" mill-Ministeru għall-Politika Soċjali li jservu biex titħallas parti mill-kont tad-dawl u ilma.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' "public service garages" li kienu liċenzjati fl-aħħar tal-1998, 2003 u Settembru 2008 rispettivament?
Kemm kien, fl-istess dati, in-numru ta' karozzi reġistrati bħala K plates, QZ plates, VY plates, GY plates, MY plates u CY plates fuq dawn l-istess garages?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar n-numru ta' talbiet pendenti għall-installazzjoni ta' pelican lights f'Malta u f'Għawdex? Kemm hemm talbiet li huma approvati li iżda, l-pelican lights għadhom mhux mwaħħla? Fejn jinsabu u x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar in-numru ta' persuni li allegatament inqabdu isuqu taħt l-influwenza tax-xorb, bejn Jannar u Awwissu 2008? F'liema lokalitajiet inqabdu u minn fejn huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2908.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom liċenzja biex isuqu trakkijiet ta' aktar minn għaxar tunnellati: mini buses, buses, coaches u taxis rispettivament fl-aħħar ta' Settembru 2008? Kemm kienu l-istess tip ta' liċenzji fl-aħħar ta' l-2006 u l-2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità Marittima u l-Gozo Channel — Kuntratt ta' Kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2390 u jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?