Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2380 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha kull sena mit-twaqqif tagħhom sal-lum? U minbarra dawn, kemm kull sena kull Kunsill Lokali kellu mislufa miegħu minn mal-Gvern, mit-Tarznari u minn postijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tingħata din l-informazzjoni jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu ż-żmien u jinvolvi l-użu ta’ ħafna mir-risorżi umani tad-Dipartiment. Għaldaqstant, ma narax skop li nużaw ir-riżorsi li għandna għal dan l-iskop.
Leg 11 PQ #2660 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner

Question

Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhuwiex ċar għal xiex qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant iżda ninsab infurmat li fit-terminal tal-VISET jeżistu diversi mezzi ta’ trasport li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-viżitaturi. Fost dawn insibu taxis, karrozzini u karozza tal-linja li tgħaddi min ħdejn it-terminal. Ikun hemm numru ta’ viżitaturi li jibbukkjaw excursions minn fuq il-vapur stess u dawn jinġabru bil-coaches minn fuq il-moll stess. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, għandha preżenza fit-terminal permezz ta’ Tourist Information Office biex igħinu lill-viżitaturi b’kull informazzjoni li jkunu jixtiequ.
Leg 11 PQ #2663 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tat-Turiżmu — Tindif f'lokalitajiet turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nemmen li l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. Il-Ministeru tat-Turiżmu ilu żmien igħin fit-tindif permezz ta’ xogħol u servizzi oħra f’lokalitajiet b’influss kbir ta’ turisti, fosthom il-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dawn is-servizzi jiswew lill-Gvern eluf ta’ ewro.
Leg 11 PQ #2691 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kottonera — Gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li restawr, tiswijiet, bdil jew proposti ġodda fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, bħal dawk tal-Kottonera li ġew approvati permezz tan-Notifika tal-Gvern Numru 83/96 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fit-30 ta’ Jannar 1996, għandhom isegwu l-Linji Gwida għal Żvilupp fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, approvati mill-MEPA fis-16 ta' Frar, 1995. Ta’ min jgħid li l-MEPA kemm-il darba nediet skemi ta' għotjiet ta' flus biex jiġu irrestawrati gallariji ta' l-injam fil Kottonera fost postijiet oħra, u dan sar fl-1996, 1999 u 2001, fejn ingħataw aktar minn 95,000 Ewro. Aktar kmieni din is-sena il-MEPA nediet skema oħra, din id-darba ta' madwar milljun Ewro, għar-restawr tal-gallariji fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana u bini skedat fl-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex, inkluz fil-Kottonera, biex jiġu restawrati jew mibdula aktar minn elf gallarija ta' l-injam. Fejn l’Awtorità jirriżultala li jkun hemm abbużi simili, jittieħdu dawk il-passi neċessarji kollha billi jinħareġ ‘Aviżż tat-Twettieq’ kontra is-sid jew l’okkupant biex jirritorna is-sit għal l’istat oriġinali tiegħu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm persuna fil-Commerce Division u oħra fil-Malta Enterprise fis-snin 2005 – 2006 u 2008 rispettivament illi bbenefikaw mill-Parental Leave.

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1993 u1510 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.

Malta Enterprise — Gozo Directorate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Minn huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm minn min hu amministrat? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” ppubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskop tad-Direttorat għal Għawdex, fi ħdan il-Malta Enterprise huwa li jsiru numru ta’ attivitajiet li jagħtu assistenza diretta lill-industrija f’Għawdex. Ir-responsabilitajiet fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet huma mifruxa bejn il-management tal-korporazzjoni sabiex isir kull sforz possibbli lejn l-iżvilupp u l-assistenza tan-negozju, u l-attirar ta’ investiment barrani u l-iżvilupp ta’ inċentivi ekonomiċi u speċifiki għal Għawdex. Dan jassigura li l-isforzi importanti Għawdxin, iseħħu flimkien ma’ sforzi oħra tal-Malta Enterprise u mil-baġit tal-Malta Enterprise. Id-direttorat iffurmat mis-CEO tal-Malta Enterprise u minn tliet Chief Officers ta’ l-istess ME. M’hemmx budget speċifikament għal dan id-direttorat. Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ kien ippubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007 u kien, u ghadu, aċċessibbli fil-format pdf fil- website tal-Malta Enterprise. Dawn l-isforzi tal-ME irriżultaw fi skema ta’ impjieg li tassisti kumpaniji finanzjarjament sabiex jiżdied l-impjieg f’Għawdex, assistenza għat-trasport ta’ prodotti manifatturati f’Għawdex biex jintbagħtu Malta, spazju industrijali, assistenza lil industrijalisti biex jipparteċipaw f’fieri internazzjonali biex ibiegħu l-prodotti tagħhom barra minn xtutna, servizzi ta’ konsulenza tan-negozju u innovazzjoni li tinkludu trasferimenti tat-teknoloġiji bejn Malta u pajjiżi oħra. Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ qiegħed jiġi updated biex jinkludi wkoll il-kunċett Eco-Island . Dan qed isir b’konsultazzjoni diretta ma’ stakeholders relevanti Għawdxin.
Leg 11 PQ #2805 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Hompesch Steel - Ħsejjes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2352 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali skond kif inhu mitlub mid-direttiva 2004/49 għadu fi stat li qed jiġi implementat. Meta din id-direttiva tkun implementata jkun hemm indikazzjoinijiet liema żoni f'Malta għandhom bżonn kontrolli fuq ħsejjes ambjentli. Ta' min jinnota li d-direttivi Ewropeja fuq il-ħsejjes ambjentali ma timponix l-ebda limitu ta' ħoss għal stabbilimenti partikolari, pero tirrigwarda biss kontrolli fuq il-ħsejjes ambjentali. Preżentament, it-tniġġis ta' Ħsejjes Ambjentali min stabbilimenti industrijali hu regolat skond ir-regoli ta' attivitajiet kummerċjali li huma regolati minn Artiklu 13, tieni skeda, LN 1 ta' l-2006 mill-liġi Maltija. L-Awtorità responsabbli min din il-liġi hija Id-Dipartiment dwar is-Saħħa Pubblika.

Żoni Industrijali — Vot Kapital - flus allokat għal upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-vot kapitali allokat din is-sena għal upgrading f’żoni industrijali, intużaw €115,460. Ix-xogħolijiet twettqu fiż-żoni industrijali tal-Imrieħel, Mosta, Haż-Żebbuġ, il-Ħandaq, Ħ’Attard, u Ħal-Luqa, kif ukoll fiż-żewġ villaġġi tal-artiġjanat ta’ Ta’Qali u Ta’ Dbiegi. In-nefqa kienet maqsuma f’€36,000 f’xogħolijiet ta’ asphalt, patching u manutenzjoni ġenerali fuq toroq industrijali, servizzi ta’ tindif u twaħħil ta’ sinjali tat-traffiku, €28,000 fi tkomplijja tal-Proġett ta’ Street lighting, u xogħolijiet ta’ manutenzjoni speċifikament fiż-żona industrijali ta’ f’Ħal Farruġ u Ħal Luqa; €11,646 f’garanzija bankarja mal-MEPA u €39,814 f’xogħolijiet u servizzi oħra ta’ manutenzjoni ġenerali, promozzjoni għall-istess żoni industrijali, publikazzjoni ta’ direttorji ta’ negozji, spejjeż relatati mal-laqgħat ta’ konsultazzjoni ma l-istess sidien ta’ negozji ta’ dawn iż-żoni, eċċ.

Ta' Qali — Vot Kapitali - flus allokat għall-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?

Response (FENECH, TONIO)

Niċċaraw li l-inċentivi l-ġodda li ħarġet il-Malta Enterprise matul din is-sena ma humiex mill- Att Dwar il - Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) iżda jemanaw mill- Att Dwar l-Intrpriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act). L-inċentivi ġodda li ħarġu din-sena taħt dan l-Att ġew stabbiliti minn tlett Avviżi Legali li jġibu dawn in-numri: Aviz Legali 68 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Għajnuna għall-Investiment Aviz Legali 69 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Assistenza lil Intrapriżi Żgħar jew ta’ Daqs Medju Aviz Legali 70 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Inċentivi għas-Sostenn ta’ l-Intrapriża Bis-saħħa ta’ dawn l-avviżi legali li jaqaw taħt il-qafas tal- Malta Enterprise Act, inħarġu dawn l-inċentivi ġodda: Aviz Legali 68 ta’ l-2008 Aviz Legali 69 ta’ l-2008 Aviz Legali 70 ta’ l-2008 ·Investment Aid Scheme ·Gozo Regeneration Scheme ·Innovative Start-up Scheme ·SME Development Scheme ·Business Advisors Scheme ·Trade Promotion and Trade Fairs support Scheme ·Business development Scheme Il-Malta Enterprise tkun f’pożizjoni li tagħti rendikont ta’ linfiq fuq dawn l-iskemi wara li tagħalaq il-kotba tas-sena.

Unjoni Ewropea — Żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?

Response (FENECH, TONIO)

L-ewwel nett nixtieq ngħarraf lil Onorevoli Interpellant, li ma teżisti l-ebda żona industrijali li hi restritta u iddisinjata specifikament li tilqa fiha xi “intrapriżi żgħar”,(jiġifieri minn imjegat wieħed sa għaxra), għaliex f’kull żona insibu firxa ta’ negozji li jħaddmu minn persuna waħda sa 250 impjegat (hekk kif tgħid id- definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar skond l-Unjoni Ewropea),jew saħansitra aktar minn 250 persuna. Iżda minn naħa l-oħra tajjeb ninforma lil istess Onorevoli Interpellant li jeżistu kemm żoni industrijali mibnija fuq artijiet tal-Gvern , kif ukoll oħrajn mibnijja fuq art tal-privat. Din is-sena, mil-vot tal-Ministeru responsabbli minn-negozji żgħar u medji, ser ikunu intefqu mal €115,498 fuq manutenzjoni ġenerali , servizzi ta’ tindif, proġetti ta’ embellishments, u introduzzjoni ta’ sinjali tat-traffiku fost l-oħrajn, fiż-żoni industrijali tal Handaq, Mosta, Haż-Żebbug, u l-Imrieħel. Sadanintant minn naħa tal Malta Industrial Parks minn Awwissu 2008 sal lum ser ikunu intefqu ukoll mal €15,266 fuq titjib ġenerali, u xogħolijiet oħra ta’ manutenzjoni fl-istess żoni.( servizzi li bħalissa għadhom jingħataw sabiex dawn iż-żoni jinżammu fi stat nadif, u organizzat). Din is-sena il-Malta Industrial Parks sa issa nefqet ukoll is-somma ta € 204,840, f’ manutenzjoni ġenerali fiż-żoni industrijali l-oħra, fuq art tal-Gvern ( li jinkludu Bulebel, San-Gwann, Hal-Far, Kordin, Marsa, Mosta, H-Attard, Hal-Luqa, Kirkop, Xewkija,) u dan barra it- €28,470,515 li intefqu mil-MIP, f’bini ta fabbriki ġodda, il- €106,000 f’kontribuzzjoni mil MIP lejn id-direttorat għall-intrapriżi żgħar fi ħdan il-Malta Enterprise, kif ukoll it- €252,935 li tħallsu din is-sena, mil-Ministeru, fi flus dovuti bħala retention money lil kuntratturi li kienu responsabbli li jwettqu proġetti infrastrutturali ta’ tiżbieh f’diversi żoni industrijali, fis-snin l-imgħoddijja. F’din is-sena li qegħdin fiha, kemm il-Ministeru, kif ukoll il-Malta Industrial Parks ma irċevewx u ma nefqux l-ebda fondi mill-Unjoni Ewropea.

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

MCAST — Istitut tal-ICT - Postijiet Vakanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar sentejn kemm-il sejħa ħarġet biex jintlew postijiet vakanti fl-istitut tal-ICT tal-MCAST? Kemm applikaw f'kull każ u kemm minn dawn il-postijiet intlew? X'kienu l-kwalifiki tal-applikanti u tal-magħżula?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Public Broadcasting Services — Bord tal-kamra tal-aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-Bord editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid kemm iltaqa' dan il-bord minn Marzu 2008 sal-lum u x'kienu d-deċiżjonijiet ewlenin li ħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Public Broadcasting Services Limited m’għandhiex Bord Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet. Li għandha l-PBS Ltd hija Bord Editorjali li hu kompost minn: Prof. Joseph M. Pirotta (Chairman), Dr. M.A. Lauri u s-Sur Charles Mizzi bħala membri bi dritt għal vot u s-Sur Albert Debono (CEO), Dr. N. Fenech (Manager News & Registered Editor), is-Sur Simon Lumsden (Manager Programmes) u s-Sur Andrew Psaila (Chairman’s Assistant) bħala membri oħra. Il-Bord preżenti nħatar fil-bidu ta’ Mejju 2008. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Bord iltaqa’ almenu darba fil-ġimgħa. Id-deċiżjonijiet ewlenin li ħa s’issa kienu jirridwardjaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-għażla ta’ l-iskeda li bdiet minn Ottubru ta’ din is-sena għal konsiderazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u deċiżjonijiet li kollettivament huma mmirati biex iwasslu għal programmar li jkun jaqdi aħjar l-obbligi Nazzjonali tal- Public Broadcasting Services Limited .

Public Broadcasting Services — Politika editorjali tal-kamra tal-aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services u xi kriterji fiha dwar meta jiġu kkwotati: a.) Ministri tal-Gvern b.) Shadow Ministers ta' l-Oppożizzjoni c.) Stqarrijiet minn għaqdiet u individwi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Politika Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet hi dik iddettata mill-Liġi tax-Xandir u skond ir-Regolamenti u Linji Gwida ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir. Kull aħbar li tixxandar tkun evalwata skond il-valur ta’ l-aħbar.

Riforma tal-kunsilli lokali — Proċess ta' konsultazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal l-proċess ta' konsultazzjoni li kellu mal-kunsilli lokali fuq ir-riforma tal-istess kunsilli? Jista jgħid wasalx digà għal xi konklużjonijiet u kif beħsiebu jkompli jiżviluppa dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2488.

Għajn Tuffieħa — triq mudlama - dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm l-ħsieb li t-triq ta' Għajn Tuffieħa, jew aħjar it-triq li minn San Pawl il-Baħar tagħti għal Għajn Tuffieħa sejra tiddawwal, liema triq hija mudlama u ma tagħmilx ġieħ lil Malta mat-turisti li jkunu fi triqtom lejn Għajn Tuffieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda policy li bilfors kull triq trid tkun imdawwla. Filfatt anke barra minn Malta, bosta toroq bejn raħal u ieħor ma jkunux imdawwlin. L-ADT ser tikkunsidra interventi oħra biex tassigura sigurtà fuq din it-triq.

Mosta — Triq San Pawl tal-Qlejgħa - Manutenżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra ssir l-manutenżjoni meħtieġa fi Triq San Pawl tal-Qliegħa Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel it-tiswijiet li jkunu meħtiega f’din it-triq sabiex ma jkunx hemm periklu, madankollu l-istat li tinsab fih Triq San Pawl tal-Qliegħa hi waħda li tirrekjedi kostruzzjoni mill-ġdid. Din issir skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet li jkollha l-Awtorita’ Dwar it-Trasport.