Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kottonera — blokk residenzjali rinovat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hu l-blokk residenzjali fil-Kottonera li ser jiġi rinovat kif intqal fid-diskors tal-budget 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad- Djar issottomettiet proġett ta’ rinovazjoni ta’ żewġ blokok f’Bormla bħala parti minn proġett integrali ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Kottonera taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali . Dawn il-blokok huma l-Kwartieri ta’ San Nikola u l-Kumpless ta’ Verdala. F’dawn il-blokok l-Awtorita’ mistennija tagħmel xogħol ta’ rinovazzjoni fil-partijiet komuni li jinkludu miżuri li jgħinu fl-iffrankar tal-enerġija.

Liċenzja tas-sewqan Awstraljana

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna Maltija li għandha liċenzja tas-sewqan Awstraljana, iżda mhux dik Maltija, trid toqgħod għal eżami tas-sewqan ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, għandux xi ħsieb il-gvern li jirrikonoxxi tibdil f'din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi bis-saħħa ta’ ftehim ta’ reċiproċita’ iffirmat bejn l-Awstralja u Malta, iz-żewġ pajjizi jirrikonoxxu l-liċenzja tas-sewqan ta’ xulxin. Ghaldaqstant, kull min jiġi mill-Awstralja b’liċenzja tas-sewqan Awstraljana, ikun jista’ jibdilha ma’ liċenzja Maltija mingħajr il-ħtiega li jagħmel it-testijiet (tat-teorija u l-prattika) mill-ġdid.

Facilitators fl-iskejjel tal-gvern u fl-iskejjel privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-kontribut finanzjarju li l-gvern għadda lill-: a) Skejjel tiegħu b) Skejjel tal-privat sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa sabiex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali matul is-snin 2006, 2007, 2008 u dak proġettat għal 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kontribut finanzjarju li l-Gvern għadda lill-iskejjel tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa biex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali matul is-snin 2006, 2007, 2008 u dak proġettat għall-2009 huwa kif ġej. Sena Ammont 2006 €4,164,154 2007 €4,194,017 2008 €4,980,069 2009 €5,147,226 Sa l-2008 il-Gvern ma tax għajnuna lill-iskejjel privati (mhux tal-knisja) biex dawn jingaġġaw Learning Support Assistants/facilitators. Fl-estimi finanzjarji ta’ l-2009 hemm ivvutati €200,000 (Vote 19-Item no 5503 – Learning Support Assistants in Private Schools) għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #3730 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inċentivi tas-servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet

Question

Fid-dawl tad-diskors tal-budget 2009 fejn intqal li flimkien mal-Awtoritajiet kompetenti se jiġu inċentivati servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser b'dan? Irid jikkoraġġixxi familji Maltin u Għawdxin iżommu studenti barranin magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Wires Antiki

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari, 2214 li saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u 1590 u 3012 li saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed jiġu riferuti lilha u tara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-PBS mhix responsabbli tal-wires antiki. Meta spiċċat Xandir Malta u saret il-PBS, dawn il-wires saru r-responsabbilta’ tal-GO.
Leg 11 PQ #3740 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ammont ta' flus mill-aħħar trattat mal-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3186 u jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċiviet mill-aħħar trattat li kellha mal-Italja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja, li għandu valur ta’ €75 miljun, hu l-aħħar trattat li Malta kellha ma’ l-Italja. S’issa, Malta rċeviet total ta’ €74,442,655. L-aħħar talba għal rimborż, li tammonta għal €350,266 għada qed tiġi proċessata mill-Awtoritajiet Taljani.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' bdiewa li applikaw għas-sussidju dwar il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ fl-għelieqi tagħhom għadhom ma rċevew l-ebda għajnuna matul din is-sena, meta xi snin ilu ingħataw għajnuna simili? Jista' jgħid kemm tammonta l-għajnuna f'sussidju ta' dan it-tip u jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa l-Aġenzija għall-Pagamenti qiegħda tagħmel eżerċizzju ta’ verifika retroattiv li jkopri l-perjodu 2004-2008 li huwa maħsub li jkun konkluż lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2008. Wara dan l-eżerċizzju jiġu esegwiti il-pagamenti kollha pendenti abbażi tar-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju L-għajnuna f’sussidju ta’ dan it-tip tammonta għall-20 ewro għal kull metru kwadru u l-pagament għal din l-iskema hu mifrux fuq ħames snin.

Marsa — Triq il-Marsa - Ħofor

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Marsa sa fejn Triq l-Ingiered, fil-Marsa li tinsab fi stat diżastruż u perikoluż ħafna għas-sewwieqa minħabba l-ħofor li hemm fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġranet li għaddew, ingħata l-kuntratt għar-resurfacing tat-triq imsemmija. Din se tkun l-ewwel fażi tax-xogħol filwaqt li iktar 'il-quddiem, jingħata l-kuntratt għal junction ġdida quddiem il-fabrika l-ġdida biswit iċ-ċimiterju ta' l-Ottomani.

Sussidju f'forma ta' voucher ta' € 75

Question

Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Turiżmu — Taxxa fuq lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skema għal dawk li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3776 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issuktawx l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm indizji oħra li jistgħu jixħtu xi dawl ġdid sabiex tissokta l-investigazzjoni fuq il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi billi l-Proġett kif propost ma ġiex aċċettat għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropeja taħt il-fondi strutturali, il-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni tal-proġett mill-ġdid biex jassigura li tassew dan ikun proġett li jagħti appoġġ lill-artiġjanat Malti.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Prezz tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1510 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezzijiet tal-fuel huma magħrufa u l-Gvern kontiwament jagħmel moniteraġġ kif ikun qed jirrispondi s-suq u l-ekonomija Maltija in ġenerali. Filwaqt li, in ġenerali, ma jindaħalx fil-prezz tal-bejgħ, biex kulħadd ikun konxju kemm jiswa dak li juża, u jieħu deċiżjoni propizji fiex għandu jiddedika flusu, hemm mekkaniżmu stabbilit fejn jidħol l-element tal-prezzijiet tal-fuel fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja u sa Diċembru li ġej, fil-prezz tal-ħobża Maltija.

Speed Cameras — Over Speeding

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.