Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Jista' l-Ministru jgħid x'kariga kien jokkupa l-persuna li d-dettalji dwaru qed intbagħtu separatament, fi ħdan id-dekasteru tas-segretarju parlamentari Toni Abela għas-snin 2005, 2006 u 2007?
Jistax jikkonferma li nonostante t-terms of reference ta' l-impjieg tiegħu kienx ukoll involut b'mod dirett f'xogħol li kien jinvolvi kuntratti ta' xiri ma' l-Armata u anke in konnessjoni mad-detention services?
Ċentri ta' Ditenzjoni tal-Klandestini — Provvista ta' ikel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għall-provvista ta' ikel għall-detention centres tal-klandestini għas-snin 2005, 2006, u 2007?
Jista jikkonferma li attwalment dan il-kuntratt ma ngħatax lill-bidder li kellu l-irħas prezz, kif kien ġie rrakkomandat mill-istess Armata imma lil terza persuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3659, fl-2005 żdied konsiderevolment in-numru ta’ immigranti li waslu Malta. Dan kien tant li l-kċejjen tal-Forzi Armati ta ‘Malta u tal-Pulizija ma bdewx ilaħqu mal-ħtigijiet mitluba. Konsegwentament, talba għall-tlett quotations ġiet magħmula għall-provista ta’ ikel għall-immigranti irregolari fic-ċentri ta’ detenzjoni. Din id-Direct Order ġiet mogħtija lill-James Caterers Ltd li kellu l-irħas offerta. Dan kien għall-perjodu ta’ tlett xhur u kellu jvarja skond in-numru ta’persuni f’dawn iċ-ċentri. Din id-Direct Order ġiet estiża regolarment sakemm intemm il-proċess tat-Tender.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3560 u jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise u Mimcol — Persuni jaħdmu self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Malta Enterprise u fil-Mimcol, kemm hu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu ma' dawn l-entitajiet bħala self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu bħala self-employed fil-Malta Enterprise, u l-Mimcol huwa ta’ 4 u 3 rispettivament.
Is-servizz li qed jgħatu dawn huwa ta’ Security Services, housekeeping, klerikali u wieħed hu Segretarju tal-Board.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni hemmx persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom lid-dipartiment u fil-preżent qegħdin jintalbu jirreġistraw l-impjieg tagħhom bħala self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm numru żgħir ta’ persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom b’contract for service u b’hekk ikunu self employed.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 140 fejn il-Ministru għarraf li x-xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel kellu jitkompla mill-Works Division, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru li jwasslu biex ix-xogħol ta' tindif f'dan il-wied jitlesta?
Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - water culverts
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn l-Ministru għarraf li saru spezzjonijiet fuq il-water culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta u li t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet ippjanati, jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex jara li dan ix-xogħol isir għaliex il-periklu għal karozzi u min isuq rota jew mutur qed jiżdied?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x 'ħidma saret fis-sajf li għadda bejn Ġunju u Settembru biex ikun hemm sistema effiċjenti ta' ġbir ta' skart f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra?
Jista' l-Ministru jgħid minn Ġunju 2008 sa l-aħħar ta' Settembru 2008 kemm kien hemm pulizija li jagħmlu ronda f'Buġibba u l-Qawra? Jista' jagħti rendikont ta' kemm rapporti saru fl-għassa ta' Buġibba dwar:
a) serq min turisti li kienu mixjin fuq il-bankina?
b)serq minn ħwienet?
c)serq minn residenzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Ġunju u l-aħħar ta' Settembru 2008, kien ikun hemm medja ta' 7 Pulizija kuljum flimkien ma' oħrajn tal-Mobile Squad jagħmlu r-ronda fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra.
Infurmat ukoll li kien hemm 12 il-rapport ta' serq minn ħwienet u 25 minn residenzi. Għar-rigward ta' serq min turisti li kienu mexjin fuq il-bankina, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika b'tali kategorija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2663, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li l-Gvern Ċentrali qed jgħin? Xi kriterji qed jintużaw biex jiġu identifikati dawn il-postijiet? Dan is-servizz kemm qed jiswa lill-gvern? Kemm tħallsu flus għal kull lokal?
Awtorità dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3530 u cioè, b'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija Awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3530 u cioè, b'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija Awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-Enemalta għandhomx pjanijiet sabiex jinħarġu offerti sabiex il-privat jinvesti f'impjanti għall-ġenerazzjoni konvenzjonali tal-enerġija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Issa li tħabbar li t-tender għall-bini mill-ġdid tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali mhux ser tkun mogħtija, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jitfassal xi pjan ieħor għall-upgrading tal-istess Villaġġ tas-Snajja'? Jista' jgħid x'ser isir mid-depositi li l-inkiwilini preżenti tal-Villaġġ tas-Snajja' għamlu fuq il-konvenju għall-bini mill-ġdid tal-workshop tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern qed jevalwa għażliet alternattivi għal lok fejn jitħejjew prodotti minn snajja tradizzjonali. Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jkun ħadhom.
Għall-bqija tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien — Skola Primarja u Santa Marija Goretti - tibdil strutturali
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex isir tibdil strutturali estensiv fl-iskola Primarja ta' Ħal Tarxien u fl-iskola Santa Marija Goretti f'Ħal Tarxien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li sew fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien, kif ukoll fl-iskola Santa Maria Goretti f’Ħal Tarxien diġa’ saru xogħolijiet estensivi. Ix-xogħolijiet li għad fadal biex isiru huma mdaħħla fi programm ta’ prijoritajiet ta’ xogħolijiet li jridu jsiru f’ħafna mill-iskejjel statali ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma matul is-sena li għaddiet taċ-Ċentru għar-Riċerka u Taħriġ tal-Politika? Jista' jgħid x'se tkun il-ħidma ta' dan iċ-ċentru għas-sena d-dieħla u kif inhu ppjanat li se tintnefaq is-somma vvotata ta' €200,000? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'sistema ta' tmexxija għandu dan iċ-ċentru u min huma l-persuni responsabbli minn din it-tmexxija?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn elezzjonijiet każwali fil-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex minn meta twaqqfu sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn imtlew permezz ta' elezzjonijiet każwali u kemm imtlew b'co-option?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid fejn mistenni jsir il-kumpless sportiv ġdid fit-Tramuntana ta' Malta kif intqal fid-diskors tal-Budget 2009? F'liema stadju wasal? Saret applikazzjoni quddiem il-MEPA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport qiegħed fil-preżent jiffinalizza t-technical u specification brief tal-Kumpless.