Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq qmuħ u xgħir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallasx kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi s-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallas kollu skond ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

Sussidju lir-raħħala — Titjib fl-irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju dovut lir-raħħala fuq titjib fl-irziezet tal-bhejjem tagħhom tħallasx kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi s-sussidju tħallas kollu ħlief f’dawk il-każi fejn it- titjib fl-irziezet għadu ma tlestiex.

Enemalta — Trasferiment ta' linji taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3574 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Genetic Modified Organisims

Question

Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni Maltija fir-rigward tal-GMO's (Genetic Modified Organisims)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta timplementa l-policies eżistenti ta’ l-UE dwar il-GMOs. Madanakollu, Malta temmen ukoll li hemm lok għal titjib fil-proċess preżenti ta’ l-awtorizazzjoni tal-GMOs. Mil-aspett xjentifiku, għandu jissaħħaħ ir-'risk assessment li jsir fuq kull applikazzjoni għar-rilaxx ta' organismi ġenetikament modifikati (OGM, bl-Ingliż GMOs) fl-ambjent naturali ta' l-Unjoni Ewropea, u dan sabiex jassigura li jiġi eliminat kull riskju għal ambjenti u ekosistemi fraġili bħal ma huma dawk ta' gżejjer żgħar bħal Malta. Malta ukoll temmen li hemm bżonn aktar attenzjoni għal effetti possibli fit-tul fuq is-saħħa tal-bniedem u l-annimali. Malta qed konsistentement tisħaq fuq dan it-titjib f'livell Ewropew u tilqa' b'sodisfazzjon inizzjativi riċenti f'dan ir-rigward meħuda mill-Presidenza Franċiża u l-Kummissjoni.

Ġudikatura fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm allokati flus għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/ konferenzi għall-membri tal-Ġudikatura għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jgħid kemm minn din is-somma intnefqu flus? Min jagħżel il-membri tal-Ġudikatura sabiex isiefru? Min kienu attwalment dawn il-membri li attendew delegazzjonijiet barra minn Malta u jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' kull żjara?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-membri tal-Ġudikatura jagħmlu użu minn żewġ fondi għas-safar in konnessjoni ma' ħidma f'delegazzjonijiet/konferenzi. Il-flus allokati għal dawn il-fondi, li huma, Item 28 (Travel) u Item 5454 (Judicial Studies Committtee), kienu kif ġej:- Infurmat ukoll li, s'issa, is-somma li ntefqet minn dan it-total kienet ta' € 32,182 minn Item 28 u € 11,061 minn Item 5424. L-għażla biex isiefru membri tal-Ġudikatura trid tiġi approvata mill-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar parti tad-domanda.

Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm flejjes allokati għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/ konferenzi għall-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jgħid kemm minn din is-somma intnefqu flus? Min jagħżel membri tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali biex isiefru? Min kienu attwalment dawn il-membri li attendew delegazzjonijiet barra minn Malta? Jista' jagħti spjega dettaljata ta' kull żjara? Jista' jgħid ukoll min huma dawk il-membri tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali li għandhom ukoll kariga internazzjonali u jagħti spjegazzjoni fiex jikkonsistu dawn il-karigi u jekk dawn il-karigi attwalment għandhomx iġibu salarju magħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ammonti ta' flus allokati għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/konferenzi għall-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali huwa kif ġej: Infurmat ukoll li s'issa, is-somma globali li ntefqet minn dan it-total kienet ta' € 280,584.22. L-għażla ta' dawk il-persuni li, minn żmien għal żmien, iwettqu dmirijiet barra minn Malta ssir mill-Avukat Ġenerali. Għar-rigward ir-raba' u l-ħames domanda, peress li hemm ċertu numruta' vjaġġi li saru f'dawn erba' snin, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku. L-Avukati u l-Prokuraturi Legali fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali li jwetttqu xogħol barra minn Malta, jagħmlu dan kemm f'isem l-Uffiċċju, kif ukoll fl-interess tal-Gvern Malti. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru biex ikun aktar speċifiku dwar xi jrid ifisser bil-kliem kariga internazzjonali.

Esperti f'inkjesti u kumpilazzjonijiet — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu il-Gvern jirkupra spejjeż ta' esperti nominati fl-inkjesti u kumpilazzjonijiet fit-termini tal-artiklu 533 tal-Kodiċi Penali għas-snin 2006, 2007, u 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Theddid ta' bombi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm theddid ta' bombi għas-snin 2005, 2006, 2007, u 2008? Jista' jgħid meta daħħal sistema ta' sigurta' novattiva fil-bini tal-qrati u lil min ingħata l-kuntratt?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat fil-Qrati tal-Ġustizzja ma tinżammx record ta' kull meta jkun hemm theddida ta' bomba. Is-sistema ta' l-apparat tas-sigurta' fil-Qrati tal-Ġustizzja ddaħlet għall-aħħar kwart tas-sena 2005. Din is-sistema nxtrat mingħand l-MIA f'Ġunju ta' 2004. Fir-rigward ta' servizz tas-sigurta' għal-Qrati, il-kumpanija li din is-sena ġiet aġġudikata t-tender tas-sigurta', wara sejħa pubblika ta' offerti, hija JF Security and Consultancy Services.
Leg 11 PQ #3639 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati mas-servizz pubbliku — reduced hours u teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mas-Servizz Pubbliku li qegħdin bir-reduced hours u li qed jagħmlu teleworking rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku fil-Ministeru għal Għawdex li qegħdin bir-reduced hours, u 16-il impjegat li qed jagħmlu teleworking.

Energy Performance Certificate — Implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment u/jew awtorita' se tkun responsabbli fl-implimentazzjoni ta' 'Energy Performance Certificate'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi li taħt il-kappa tagħha ħareġ l-avviż legali biex jiġu mdaħħla r-regolamenti dwar iċ-ċertifikati msemmijja ser tiddelega lill-Uffiċċju Dwar ir-Regolamenti tal-Bini fit-Taqsima Servizzi tal-Ministeru biex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

Tax Credit — Nisa li rritornaw lura għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li ngħataw tax credits wara li reġgħu rritornaw lura għax-xogħol minn meta ġiet introdotta din il-miżura u kemm kien l-ammont totali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi-l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena ta’ Stima Ammont ta’ nisa li benifikaw Ammont € 2008 533 283,874 2007 506 404,971 2006 294 185,362

Energy Performance Certificate

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea l-Energy Performance Certificate huwa meħtieġ fuq kull fond li jiġi trasferit kemm fil-bejgħ u kemm fil-kiri, f'pajjiżna x'sistema se tintuża?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li f’Malta wkoll ser ikun meħtieġ iċ-ċertifikat tal-Energy Performance fuq kull fond li jiġi trasferit kemm b’bejgh u kemm b’kiri. Nistieden lill-Onor Membru jara l-avviż legali li ħareġ sabiex ikun jista’ jinforma ruħu sewwa fuq id-dettalji ta’ kif ser tkun implimentata din is-sistema.

Enemalta — Ineffiċjenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkakolati l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta: i) fil-power stations tal-Marsa u ta' Marsaxlokk ii) fid-distribuzzjoni ta' l-elettriku iii) fis-serq u l-unaccounted production/supply ta' dawl? Kemm kien l-impatt (input cost) ta' dawn l-ineffiċjenzi fuq it-tariffi ffissati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanniji li bbenefikaw mill-capping

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu 178 kumpanniji li sa 30 ta' Settembru 2008 ibbenefikaw mill-capping? Kemm kienu jħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji? Liema huma 26 kumpanniji li ser jibbenefikaw mil-capping ta' 40% taħt is-sistema ta' tariffa li ser tibda tapplika mill-1 ta' Ottubru 2008? Kemm iħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3647 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Aġenżiji - Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment,awtorità,kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3651 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.