Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-bastimenti tal-gwerra sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa? X'kien l-iskop taż-żjara tagħhom u x'dikjarazzjonijiet għamlu lill-Gvern Malti dwar l-armamenti li jġorru?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija (armamenti li jġorru), nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2316 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ studji li ġew ikkummissjonati fil-leġislatura li għaddiet dwar l-update ta' Strategic Solid Waste Management, kif ukoll ta' studju ieħor li kien iħares lejn Options For Treatment of Solid Waste b'enfasi fuq it-treatment teknoloġiku ta' din il-problema, b'mod partikolari fuq it-thermal treatment involut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jirreferi għar-risposta għall-Mistoqsija 2316.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2319, 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2319.
Ministeru Għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Serqiet Rappurtati mill-Pulizija
Question
Fid-dawl tal-fatt li diversi Ministri rrispondew il-mistoqsija fejn jirrigwardaw id-dikasteru tagħhom, tista' l-Ministru tikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-risposta għall-din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra, mill-Ministru tal-Gustizzja u Intern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħarraf għaliex il-Gvern Malti għadu qatt ma ressaq fil-Parlament jew iffirma r-riżoluzzjoni Recognition of Armenian Genocide bħalma hawn Parlamenti fosthom ir-Renju Unit, Franza, Ġermanja, Italja, Greċja, Olanda, Belgju, Polonja, Vatican, Svizzera, Ċipru, Wales, Slovakkja, Litwanja, Svezja, Stati Uniti, Russja, Kanada, Awstralja, Lebanon, Ċili, Urugwaj u Arġentina?
Response (BORG, TONIO)
Ta' min jgħid li din ir-riżoluzzjoni għaddiet għall-ewwel darba mill-Parlament Ewropew fl-1987. M'hemm l-ebda sejħa fir-riżoluzzjoni sabiex Parlamenti u Gvernijiet fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jieħdu xi forma ta' azzjoni kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant. Il-Gvern Malti se jara kif jimplimenta paragrafu 13 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex ikun hemm jum speċifiku fejn fil-Parlament jiġu mfakkra l-vittmi tal-genoċidji u reati kontra l- umanita inkluzi dawk kontra il-Lhud u l-Armeni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2545 u jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-fenek frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat, li skond reġistrazzjoni volontarja li saret fl-2003 u tkompliet fis-snin ta’ wara, ġew reġistrati total ta’ 78 stabbiliment.
Rigward il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek, jien infurmat li ma tinżamm l-ebda statistika uffiċjali f’dan ir-rigward. Il-ħsieb hu li l-qatla tal-fniek tiġi regolarizzata u meta dan isehh inkunu f’pożizzjoni li niġbru dettalji tal-qatla ta’ fniek.
Wara li saret ħafna pubbliċità saħansitra permezz ta’ media releases u flyers li twaħħlu 300 bin fl-area ta’ Paceville, xi ħaġa fiha nnifisha ferm pożittiva, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2321 u jara li jittieħdu passi effettivi u immedjati li mhux biss terġa' titwaħħal l-unika bin li kien hemm ħdejn il-bus stop l-antika qrib il-Lukanda Halland, kif ukoll li ssir tindifa sew tal-valley road ta’ Wied Għomor – taħt l-istess lukanda – li ħafna drabi qed twassal biex diversi nies jidħlu bi trucks privati u jużaw il-wied bħala dumping ground għar-refuse?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq l-ewwelnett nikkoreġi l-Onor Membru u ninfurmaħ li twaħħlu 150 bin u mhux 300 kif qal fil-Mistoqsija. Jien infurmat ukoll li ma saru l-ebda flyers ta’ pubbliċità.
Il-
bin
li qed jirreferi għalih l-Onor Membru jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sadanittant rigward it-tindif ta’
Valley Road
ta’ Wied Għomor jien infurmat, wara li kien sar tindif f’Mejju reġa’ sar tindif ieħor mid-Dipartiment tal-Indafa Pubblika f’Settembru minkejja li z-zona taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2347 u jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-green structure fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ilha teżisti sa mis-sena 2005. Din tinkludi green leader li tikkoordina ma’ green focal point minn kull dipartiment u entità fil-Ministeru. Bħalissa din l-istruttura qed tiġi riveduta biex jiġu inkorporati r-rappreżentanti tad-dipartimenti u entitatijiet ġodda fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara t-tibdil fl-istruttura tal-ministeru wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Dawn huma l-
eco-friendly practices
li bdew u għadhom jiġu mħaddma fl-OPM:
· Riċiklar ta’ skart fid-dipartimenti kollha ta’ l-OPM. Hemm żona komuni f’kull dipartiment, li fiha jitpoġġa l-iskart separat u li mbagħad jinġabar mill-WasteServ biex ikun riċiklat.
· Qed jiġu ffrankati ħafna karti minħabba li qed jintuża ħafna l-
e-mail
, iċ-ċirkularijiet qed jitpoġġew fuq l-Intranet, u ħafna dokumenti qed jitpoġġew fuq is-
server
u allura ma jkunx hemm il-bżonn li jiġu stampati kollha.
· Minbarra hekk, isir ħafna enfasi wkoll biex il-karta tintuża miż-żewġ naħat. Għal dan il-għan, meta jinxtraw
printers
u
photocopiers
ġodda, qed naraw li dawn ikollhom il-faċilita’ li jistampaw fuq iż-żewġ naħat tal-karta.
· L-inviloppi qed jintużaw ħafna aktar minn darba, billi għall-użu intern fil-Ministeru u ma’ ministeri oħra, titwaħħal
template
fuq l-invilopp u għaldaqstant, sakemm jitqatta’, l-istess invilopp ikun diġa’ intuża diversi drabi.
·
Cartridges
u
toners
qed jiġu riċiklati.
· Il-batteriji qed jitpoġġew ġo kontenitur apposta u jinġabru mill-WasteServ.
· Ingħataw sessjonijiet ta’ taħriġ lill-
green focal points
u lill-
minor staff
dwar kif għandu jiġi separat l-iskart. B’kollaborazzjoni ma’ rappreżentanti tal-WasteServ, ġew ukoll organizzati sensiela ta’ taħdidiet dwar l-istess suġġett, li għalihom attendew madwar 225 impjegat ieħor minn diversi dipartimenti u entitajiet fl-OPM.
· Numru ta’
stickers
b’messaġġ favur l-ambjent tqassmu fid-dipartimenti ta’ l-OPM fejn twaħħlu ma’
switches
tad-dawl u viti ta’ l-ilma, bl-iskop li l-impjegati jsiru aktar konxji ta’ l-użu ta’ l-enerġija u l-ilma.
· Twaħħlu tliet
photovoltaic units
f’binjiet ta’ l-OPM: tnejn f’bini tal-Forzi Armati (sistema ta’ 2.1kWp u oħra ta’ 1.2kWp) u unit ieħor ta’ 1.2kWp fl-Istamperija tal-Gvern.
· L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħa sehem fit-
34U Campaign
billi ta kontribut ta’ €932 għat-tħawwil ta’ 100 siġra.
· Sar
energy audit
fil-bini li jinsab fi 3, Castille Place. Ir-rapport finali ta’ din l-
audit
issa jinsab lest u qed jiġi studjat liema rakkomandazzjonijiet minnu jistgħu jitwettqu.
Wara li nħarget ċirkulari fl-2005 li fiha ġie spjeġat l-iskop ta’ l-inizjattivi
eco-friendly
, il-kapijiet kollha ta’ l-OPM, kif kienu mitluba, identifikaw
green
focal point
fid-dipartimenti rispettivi tagħhom. Dawn il-persuni jgħinu lill-
green leader
ta’ l-OPM biex timplimenta l-inizjattivi favur l-ambjent billi jaraw li dawn il-miżuri jitwettqu fid-dipartimenti rispettivi tagħhom.
Iż-żona li ġiet identifikata f’Kastilja għas-separazzjoni ta’ l-iskart qegħda tintuża biex jiġi depożitat l-iskart separat mid-dipartimenti fi ħdan il-Berġa ta’ Kastilja u li mbagħad jittieħed biex jiġi riċiklat. Iż-żona tinkorpora fiha partijiet fejn jintefgħu l-karti, il-plastik, il-metall, u l-ħġieġ u hija mgħassa b’sistema ta’ CCTV.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhux talli qiegħed, u jibqa’, jara li l-inizjattivi favur l-ambjent li ġew introdotti fid-dikasteru tiegħu matul dawn l-aħħar snin jitħaddmu sew fid-dipartimenti u entitajiet tiegħu, imma wkoll minn żmien għall-ieħor jirrevedi dawn l-istess inizjattivi biex tikber il-firxa ta’ miżuri addottati u jissaħħaħ it-twettiq ta’
eco friendly practices
fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fil-ħajja privata ta’ l-impjegati tiegħu kollha.
Rekwiżiti Minimi — rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija
Question
Billi ftit ilu l-Ministru kkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2464 u jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser ikunu il-linji ġenerali tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern għandu xi pjanijiet biex in-nature reserves jkollhom rangers b'poteri eżekuttivi kif għandhom diversi pajjizi barranin qrib tagħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, bil-għan li tinstab l-aħjar struttura li permezz tagħha numru ta’ persuni diġà sekondati ma’ NGO’s jkollhom poteri eżekuttivi kif għandhom f’pajjizi oħra.
Qed jiġu kkunsidrati strutturi differenti, fosthom dik diġà eżistenti tal-gwardjani lokali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2821 u jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru.3020.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2820 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2820.
Nixtieq nirreferi lill-Ministru għad-diskors tal-budget fejn għal din is-sena kien hemm mira ċara biex dak li kien deskritt bħala "l-piż tal-amministrazzjoni pubblika" jitħaffef, għalhekk nitlob li l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2816 u jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persentaġġ ta’ tnaqqis ta’ l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttiva ta’ pajjiżna matul l-ewwel sitt xhur tas-sena huwa kif jidher f’din it-tabella:
2007 Jan - Jun
2008 Jan - Jun
Amministrazzjoni u Difiża Pubblika; Sigurta Soċjali Mandatorja
€ '000
156,755
166,487
Valur Gross Miżjud (Prezzijiet Bażiċi) tal-Ekonomija
€ '000
2,232,080
2,375,078
Kontribuzzjoni lil Ekonomija Maltija
%
7.02
7.01
Figuri skond NSO ċirkolari Nr 159/2008
Ta’ min jgħid li l-figuri minn Jannar sa Settembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Diċembru 2008. Filwaqt li l-figuri minn Jannar sa Diċembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Marzu 2009.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina - Industrial Estate - Bus Shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT tafx min neħħa bus shelter li kienu ilu snin ħdejn id-daħla ghall-Industrial Estate fi Triq l-Imdina Ħ’Attard u li kien jeżisti qabel ma beda xogħol ta’ rrangar fuq showroom li tinsab vicin fejn kien il-bus shelter? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT tafx min neħħa bus sheltertemporanju, minflok dak oriġinali, li poġġiet hi stess fl-istess post madwar sena ilu u li misterjozament sparixxa hekk kif tlesta x-xogħol fuq l-istess showroom indikata hawn fuq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT hix bi ħsiebha tieħu azzjoni biex tipprovdi xi forma ta’ lqugħ mix-xita u mix-xemx lil dawk li jagħmlu użu mill-bus stop f’dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni ta’ nazzjonalità barranija, mill-UE u minn pajjizi terzi, li ddaħħlu bħala pazjenti fl-Isptar Mater Dei minn meta infetaħ? X’kienu r-ragunijiet li għalihom daħlu l-isptar? Kemm kien l-ammont ta’ flus totali li tħallas minn dawn il-persuni għas-servizzi provduti mill-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin, mill-UE u minn pajjizi terzi, sena b’sena, li daħlu għal xi kors fl-Univeristà, fil-Junior College, l-MCAST u fil-Higher Secondary mill-2004 ‘l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ players barranin irregistrati Malta u li qiegħdin jilagħbu f’xi wieħed mil-leagues f’Malta taħt il-kappa tal-Malta Football Association?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta? Kemm minn dawn il-ħaddiema ġejjin mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi? Kemm minn dawn il-ħaddiema ġejjin specifikament mir-Rumanija u l-Bulgarija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta hu ta’ 7,676. Minn dawn 3,702 ġejjin mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja filwaqt li 3,974 ġejjin minn pajjiżi terzi.
Ninsab infurmat ukoll li 213 huma mir-Rumanija u 536 huma Bulgari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied in-numru ta' nies li huma reġistrati bħala abitanti fiż-Żurrieq li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol tul dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena?
Jista' jgħid kemm minn dawk reġistrati bħala abitanti fiż-Żurrieq huma sid ta' darhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.