Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — numru ta' enforcements kontra kunsill lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34849, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu n-notifiki msemmija fir-risposta? Meta ħarġu dawn in-notifiki?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #35141 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

permessi biex stabbilimenti jarmaw barra

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7, il-11u t-12-il distrett elettorali ħarġu permessi/awtorizzazjonijiet lil sidien ta' bars/restaurants biex dawn jarmaw barra fuq il-bankini, fit-toroq jew fil-pjazez matul din is-sena? Fejn inħarġu tali permessi u meta ħarġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #35142 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Buġibba — attività LoveSexy - bejjiegħa li ramaw fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-okkażjoni tal-attività LoveSexy li nżammet f'Buġibba/Qawra, San Pawl il-Baħar fit-13 ta' Mejju 2012, kienx hemm ħruġ ta' permessi mill-Pulizija jew mill-kunsill lokali biex jarmaw operaturi ta' bejgħ ta' xorb/ikel jew attivitajiet kummerċjali oħra fit-triq? Kemm ħarġu tali permessi u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li huwa ħareġ erba’ permessi lill-operaturi ta’ bejgħ ta’ ikel u xorb jew attivitajiet kummerċjali fit-triq.

Fgura — Triq il-Merħba - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq il-Merħba ġewwa l-Fgura wara li x-xogħol fuq is-servizzi u l-bankini tlesta u li għad jonqos huwa t-tarmac f'parti minn din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol twaqqaf sakemm instabet soluzzjoni oħra għall-ġbir tal-ilma tax-xita. Ix-xogħol mistenni jitkompla sa nofs il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 11 PQ #35144 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal LSA

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata LSA wara li suppost kellha tidħol fi Frar ta' din is-sena u s'issa għad ma tistax tagħmel dan minħabba li ma ġietx mogħtija LSA skont kif ġie konkluż fir-rapporti li saru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament ingħatat is-servizz ta’ supply learning support assistant (SLSA) li ġiet mpjegata fid-29 ta’ Mejju 2012.

Żejtun — Triq il-Fieres - kanali mkissra

Question

Jista' l-Ministru jara li kanali li jinsabu fuq il-ħitan tas-sejjiegħ fi Triq il-Fieres ġewwa ż-Żejtun jiġu msewwija minħabba li jinsabu mkissrin u allura qed jinħela ħafna ilma li qed jaqa' fit-triq wara li jkun ġie ppumpjat mill-impjant ta' Sant' Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan il-każ diġa ġie investigat u diġa qed jittieħdu l-passi meħtieġ sabiex it-tiswija meħtieġa ssir fl-iqsar żmien possibbli.

Valley Management Unit — tnaqqis ta' allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Valley Management Unit li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu tneħħewlhom l-allowances li kienu jieħdu sa ftit żmien ilu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta l-ħaddiema konċernati jkunu ntitolati għal xi allowance, huma għadhom jirċievu l-ħlas dovut lilhom. Barra minn hekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26738.

Bajja tal-Armier — tindif mill-alka

Question

Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm-il darba tnaddfet mill-alka l-bajja tal-Armier fl-inħawi tal-Mellieħa u kemm hemm il-ħsieb li titnaddaf sal-aħħar tas-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli interpelant li minn meta beda l-programm ta’ tneħħija ta’ l-alka (fil-bidu ta’ April) ġew imneħħija 225 tunnellata ta’ alka mill-bajja tal-Armier. Nemmen li l-Onorevoli Interpellant jifhem li kull darba li jagħmel il-maltemp li jaħbat mill-faċċata tal-bajja din l-alka terġa' tidħol. Bħalma gara fl-Armier ġara f’bajjiet oħra. Qiegħed isir l-isforz meħtieġ biex il-bajjiet jkunu miżmuma nodfa anki dawk fejn ħtija tal-maltemp reġgħu intlew bl-alka wara li diġa kienu imnaddfa. Huwa fl-interess ta’ dan il-Ministeru li permezz tad-Direttorat ghat-Tindif isir ix-xogħol meħtieġ biex fiż-żmien ta’sajf kull bajja tkun ħielsa minn kull tip ta’ materjal inkluż l-alka.

MEPA — studju fuq Radon, emissjonijiet b'element radjuattiv

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi studji li segħet għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar Radon, l-emissjonijiet b'element radjuattiv li spiss joħorġu mingħajr ma' wieħed biss jinduna minn basements u attics peress li dan huwa gass bla riħa, kulur jew togħma, minħabba li nifhem li saru diversi studju ambjentali minn għadd ta' esperti f'pajjiżna?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji u l-monitoraġġ kompitu tal-MEPA m'huwiex fuq indoor radon imma fuq radjazzoni, inkluż dik ġejja mir-radon, li tinsab fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma baħar. L-Indoor Radon li taħtu jaqgħu 'basements' u 'attics' huwa kompitu tal-Ministeru tas-Saħħa.

MEPA — studju fuq emissjonijiet tar-radjazzjoni mill-Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel iddaħħlu l-ismart meters f'pajjiżna, qattx saru studji mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa, peress li huwa mifhm li l-emmissjonijiet tar-radjazzjoni tagħhom huwa meqjus li jkun ferm aktar frekwenti milli jammettu ċerti kumpaniji tal-enerġija f'għadd ta' pajjiżi? Peress li ħafna għaqdiet konnessi mas-saħħa ambjentali sabu li f'pajjiżi oħrajn ir-radio frequency tal-ismart meters jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-Awtortijiet tas-Saħħa għamlitx xi studji dwar dan u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dak li rriżultalha dwar il-frekwenza tar-radjazzjoni li tiġi emitted kif ukoll x'inhuma l-peak power tar-radiation signals minn ċerti distanzi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninformal lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel monitoraġġ ta' "Ionizing Radiation" u mhux "Non-Ionizing Radiation", skond il-kompitu tagħha. Ta' min isemmi ukoll li l-kwalita' tal-arja ta' ġewwa mhuwiex kompitu tal-MEPA. Għaldaqstant nitolbok tirreferi d-domanda tiegħek lill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #35150 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Gwardjani tal-ħabs — ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il gwardjani tal-ħabs instab ħati ta' reati kontra l-liġijiet tad-drogi u x'kienu l-pieni li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninstab infurmat illi f dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm uffiċjal Korrettiv wieħed li nstab ħati ta’ pussess u traffikar ta’ droga. Kien ġie misjub ħati u weħel sentejn priġunerija.
Leg 11 PQ #35151 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Pulizija li nstabu ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-droga

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pulizija nstabu ħatja ta' reati kontra l-liġijiet tad-droga u x'pieni ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 10 snin, cioe’ mill 2002 sal-lum, kien hemm tlett persuni li nstabu ħatja li, meta kienu membri fil-Korp tal-Pulizija kellhom fil-pussess tagħhom u ttraffikaw id-droga. Wieħed ingħata 10 xhur priġunerija; ieħor ingħata sentejn priġunerija u Lm800 multa; filwaqt li l-ieħor ingħata 16 il-sena priġunerija u €40,600 multa. Barra minn dan kien hemm ukoll ħdax il-persuna oħra li nstabu ħatja ta’ pussess ta’ droga. Il-piena mogħtija kienet tinkludi sentenzi sospiżi ta’ priġunerija, multi, kif ukoll liberta’ kondizzjonata.
Leg 11 PQ #35152 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Pulizija ħatja ta' traffikar tad-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pulizija nstabu ħatja ta' traffikar tad-drogi u x'pieni ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 10 snin, cioe’ mill-2002 sal-lum, kien hemm tlett persuni li nstabu ħatja li, meta kienu membri fil-Korp tal-Pulizija, kellhom fil-pussess tagħhom u ttraffikaw id-droga. Wieħed ingħata 10 xhur prigunerija; ieħor ingħata sentejn priġunerija u Lm800 multa; filwaqt li ieħor ingħata 16 il-sena priġunerija u €40,600 multa.

Testijiet minħabba l-marda tal-kanċer

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34886, jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il mara 'l fuq minn 50 sena saru testijiet minħabba l-marda tal-kanċer tas-sider u b'mod speċjali għall-breast screening? Kemm huwa maħsub li għad fadal nisa biex imorru jagħmlu dawn it-testijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-bidu tal-Programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer tas-Sider f’Ottubru tal-2009, ġew mistiedna total ta’ 32,507 mara sa l-aħħar ta’ Mejju 2012. Minn dawn, aċċettaw din l-istedina total ta’ 18,314-il mara. Sa l-aħħar tal-ewwel ċiklu tal-programm fadal 10,390 mara li jridu jiġu mistiedna biex inkunu koprejna n-nisa kollha ta’ eta’ bejn il-50 u s-60 sena.
Leg 11 PQ #35154 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Furjana — Triq l-Argotti u Triq l-Iljuni - binjiet tal-apparti - riasfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34948 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u 34770 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'żamm u x'qed iżomm milli jiġu riasfaltati t-toroq Argotti u Iljun fil-Furjana fejn tlestew ix-xogħlijiet tal-binja tal-appartamenti li diġà bdew jiġu allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana illi wara li sar il-bdil tas-servizzi tal-ilma, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, qed jinbidlu il-bankini bi preparazzjoni għall-asfaltar ta’ dawn it-toroq.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34774, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha li d-dettalji ukoll qed jingħataw separatament mill-AirMalta, li hija kumpanija li taqa' wkoll taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34774.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34904 u 34476 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34903, 34535, 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 34399.

Bini tal-Parlament il-Ġdid — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kalkulata fil-mument in-nefqa għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid? Kemm hija nefqa addizzjonali li saret s'issa meta paragunata mal-istimi oriġinali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi n-nefqa kkalkulata għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid sal-aħħar t'April 2012 hija ta' €34,251,146. Ma kienx hemm nefqa addizzjonali meta pparagunata mal-istima oriġinali.
Leg 11 PQ #35159 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħabsin li ħarbu mill-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm ħarbu ħabsin mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm damu hekk maħruba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.