Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Kumpaniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw, meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi: · Kumpaniji ġodda li twaqqfu f’Għawdex mill-2004 sa llum huma 4 (Rekords ta’ żmien l-MDC mhumiex aċċessibli), u waħda għamlet espanzjoni fl-2007. · L-informazzjoni dwar ismijiet ta’ kumpaniji u informazzjoni relatata man-natura tax-xogħol li jagħmlu hija ta’ natura kunfidenzjali, u għaldaqstant ma tistax tingħata. · Tlieta mill-kumpaniji huma barranin u tnejn huma lokali. · L-assistenza mogħtija lil dawn il-kumpaniji bejn is-snin 2004-2007 tammonta globalment għal €2.8M. L-assistenza ġiet mogħtija fuq dawn l-iskemi: · Investment Aid Tax Credits · Rati mnaqqsa ta’ taxxa · Skemi taħt l-ERDF · Business Development Grants · Kompetittivita’ internazzjonali · Assistenza biex jattendu għal Fieri internazzjonali · Spejjeż ta’ trasport · Assistenza biex iżidu l-impjiegi · L-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji bejn l-2004-2007 kien hekk: Numru ta’ Kumpaniji Impjieg meta bdew Impjieg Kirrenti 5 31 61 Ta’ min jinnota li 3 minn dawn il-kumpaniji bdew joperaw din is-sena u fi żmien 3 snin l-impjieg tagħhom għandu jiżdied b’37 impjieg.
Leg 11 PQ #2429 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Persuni impgejati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-MEPA maqsumin skond ir-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' impjegati li l-MEPA tħaddem bħalissa hu ta' 431, li minnhom 106 huma detailed, 4 seconded, 2 redeployed u 20 unpaid, 2 maternity. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif huma maqsuma r-responsabiltajiet ta’ l-impjegati.
Leg 11 PQ #2601 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Konsulenti għall-Konsulazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti miegħu jew mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsulazzjoni Pubblika u Informazzjoni fuq il-kunsilli lokali? Min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li kemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni Pubblika kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandhom l-ebda konsulent fil-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #2659 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interperllant li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu għaddej b’sensiela ta’ laqgħat mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet turistiċi. Rigward il-Kottonera, diġa saret laqgħa mal-kunsill lokali tal-Birgu u laqgħat mal-kunsilli l-oħra huma previsti fil-futur.
Leg 11 PQ #2729 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Postjiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid barra l-Moskea tar-Raħal Ġdid, fejn hemm postijiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti mill-Istat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3214.
Leg 11 PQ #2772 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’ għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2003, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta varat Skema ta’ għajnuna għall-Intrapriżi Turistiċi b’kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Toroq Ġodda — Tunellati ta' piż ta' vetturi/trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għall-kemm it-tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma' tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dik stabbilita fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tunellata ta' żejt tal-ikel importat

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm-il tunellata ta' żejt tal-ikel ġew importati f'Malta fis-sena 2006, 2007 sa Settembru 2008? Jista' jagħti statistika ta' kemm-il tunellata ta' żejt tal-ikel użat reġa' nġabar mil-kumpannija Waste Services jew xi kumpannija oħra? Jista' jindika fejn l-esperti jaħsbu li qed imur u jipiċċa d-differenza ta' żejt impurtat u dak miġbur lura wara li jkun użat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-WasteServ tiġbor madwar 1,100 litru fix-xahar żejt ta’ l-ikel użat. Pero ta’ min jinnota li f’dan is-settur hemm jopera wkoll il-privat li jiġbor u jirriċikla dan iż-żejt. Rigward id-differenza bejn żejt impurtat u dak miġbur lura wara li jkun użat kif ukoll l-importazzjoni ta’ żejt, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

San Pawl il-Baħar — Latrini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1958 u jgħid min kien responsabbli għall-bini tal-latrina ħdejn is-Sirens f'San Pawl il-Baħar? Kemm ġiet tiswa din il-latrina? Min kien il-perit jew kumpannija ta' periti nkarigat mill-bini ta' din il-latrina? Għaliex din il-latrina għandha ma nfetħitx għall-użu tal-pubbliku? Meta beħsiebhom ilestu din il-latrina u tiġi miftuħa għall-użu tal-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1958.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għeluq ta' Negozji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2921 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni maqsuma bejn Maltin u barranin li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq pussess u/jew traffikar ta' droga? Jista' jgħid għal kull każ fuqiex kienu akkużati, u l-ammonti u kemm qed jiskontaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, għas-sena 2008, liema kienu dawk il-vapuri/jottijiet li daħlu għal xi xogħol fil-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm dam f'Malta kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kunfidenzjali u kummerċjali u ma jidhirlhix li għandha tingħata.

Malta Shipyards — Xogħol li huwa programmat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol, u fuq liema vapuri, li għandha programmat il-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm hu programmat li jdum kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet sabiex jitlestew?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 2922.

Bormla — Santa Margerita Line - manutenzjoni fuq swar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-proġett approvat mill-Unjoni Ewropea dwar manutenzjoni ta' swar, ma ġewx inkluża s-Santa Margerita Line u l-ebda binja f'Bormla?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru ikkonċernat.

Bormla — Santa margerita Line - Manutenżjoni ta Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-proġett approvat mill-Unjoni Ewropea dwar manutenzjoni ta' swar, ma ġewx inkluża s-Santa Margerita Line u l-ebda binja f'Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif kelli l-opportunità nispjega diġà f’laqgħat pubbliċi li saru, meta tfassal il-programm għar-restawr tas-swar u fortifikazzjonijiet prinċipali fil-gżejjer Maltin ma kienx possibbli li jiġu nklużi l-fortizzi kollha ta’ Malta. Fil-Gżejjer Maltin hawn b’kollox madwar 60 km ta’ swar (ramparts). Il-fuq minn 25 km jinsabu madwar il-Port il-Kbir. Għalhekk ġie deċiż li r-restawr jiffoka fuq dawk il-fortifikazzjonijiet li għandhom: · l-aktar ħsarat diffiċli jew problematiċi ; · ix-xogħol ta’ restawr fuqhom seta jitlesta f’inqas minn seba’ snin skond id-direttivi ta’ l-ERDF; · l-ikbar potenzjal turistiku u ekonomiku; · l-aktar sinifikat u valur storiku u arkitettoniku. Barra minnhekk is-swar u l-fortifikazzjonijiet li kienu ser jintgħażlu kellhom jiġu restawrati b’mod ħolistiku u mhux biċċa biċċa. Dawn il-kriterji wasslu biex jintgħażlu sistemi ta’ difiża sħaħ u swar bi problemi differenti minn zoni varji fil-Gżejjer Maltin, jiġifieri: · il-landfront tal-Belt Valletta, · l-Mdina, · iċ-Ċittadella (Għawdex), · il-Birgu. Tajjeb li jingħad li minkejja dan, ir-Restoration Unit wettqet numru ta’ xogħlijiet ta’ restawr fis-snin li għaddew fuq is-swar tas-Santa Margherita fl-inħawi ta’ St Helen’s Gate , inkluż ir-restawr ta’ dan il-Bieb prinċipali. Fl-aħħarnett, jien infurmat li r-restawr jiffoka biss fuq is-swar u fortifikazzjonijiet u ma jinkludix tip ta’ bini storiku ieħor.
Leg 11 PQ #2936 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qbid ta' droga fl-ajruport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-ajruport matul is-sena 2008? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-persuni li nqabdu f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Imprest Capital, Maintenance, u Material and Supplies votes — Skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'kemm globalment naqsu matul dawn l-aħħar ħames snin l-Imprest Capital, il-Maintenance u l-Material and Supplies votes li kull sena jingħataw lil kull skola mill-Istat? Tista' tagħti t-tagħrif sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Service Managers mad-Department for School Resources Management — interviews

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-interviews għal Service Managers mad-Department for School Resources Management baqgħu ma sarux bħal ta' dipartiementi oħrajn? X'inhi r-raġuni li ħarġet sejħa oħra għall-applikazzjoni li għalqet fid-19 ta' Settembru 2008? Tidhirlix l-Ministru li dan joħloq ċerti dubji meta dawk li kienu applikaw ma' l-ewwel sejħa kienu nfurmati li ma kellhomx għalfejn jerġgħu japplikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-sejħiet għas-Service Managers għat-tlett dipartimenti fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħargu flimkien u għalqu fl-istess data. Il-Bord ta’ l-għazla maħtur mill-kummissjoni tas-Servizz Pubbliku waqt li kien qed jevalwa l-eliġġibilita ta’ l-applikanti ħass li s-sejħa għal Service Managers fid-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Rizorsi ta’ l-Iskejjel kellha klawsola li ma kinitx ċara biżżejjed. Il-Bord ta’ l-għażla kiteb lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex jieħu direzzjoni. Din il-Kummissjoni tat id-direzzjoni li s-sejħa għandha tiġi ċċarata u terġa toħroġ. L-applikazzjoni ħarġet u għalqet fid-19 ta’ Settembru 2008. Min kien diġa applika ma kellux għalfejn jerġa japplika għaliex l-applikazzjoni tagħhom għadha valida.