Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assigurazzjoni tal-bdiewa u raħħala — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2715 u jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern dwar l-assigurazzjoni tal-bdiewa u raħħala li kellha tpari d-differenza tas-sussidju ta' nofs il-bolla tal-National Insurance? Fil-preżent, kemm fil-fatt huma n-numru ta' bdiewa/raħħala f'Malta u f'Għawdex separatament li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2822 u jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Venture Capital Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Venture Capital Fund inħoloqx jew le? Jekk fl-affermattiv, kif qed jitħaddem dan il-fund u x’inhu l-ammont ta’ flus li fih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Venture Capital Fund inħoloq b’investiment inizzjali mill-Gvern ta’ Euro2,097,000 (Lm900,000). Effettivament il-fond għadu ma bediex jitħaddem. Il Board tad-diretturi qed jagħmel sforzi biex jingaġġa r-riżorsi meħtiega biex dan il-fond jibda jopera skond investment policies xierqa u jiġi ukoll supplimentat b’kapital minn istituzzjonijiet finanzjarji.
Leg 11 PQ #3445 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Better Regulation Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ħadem u x'inizjattivi ħa l-Better Regulation Unit matul din is-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-snajja - Pjanijiet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3049 u jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-iżvilupp u bini tal-villaġġ tas-snajja ġewwa Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Photovoltaic Cells

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Photovoltaic Cells

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (FENECH, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2047, ngħarraf lill-Onorevoli Membru li m’għandi xejn xi nżid ma’ din ir-risposta.

Photovoltaic Cells

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ispazju li hemm fil-bjut tal-binja tal-Gvern li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi huwa ta' 12,339 metru kwadru. L-istallazzjonijiet ta' photovoltaic cells jokkupaw 0.28% minn dan l-ispazju .

Photovoltaic Cells

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Photovoltaic Cells

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ispazju li għandu l-Gvern fuq bjut li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi huwa ta’ 73,687.5 metri kwadri. Minn dan l-ispazju, il-persentaġġ ta’ photovoltaic cells huwa ta’ 3.01.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-preżentazzjoni li saritlu fil-Ministeru tiegħi fejn kien spjegat lilu kif l-Enemalta tixtri ż-żejt. Hemmhekk kien spjegat lilu personalment li l-Enemalta ma tixtrix żejt mhux maħdum (crude) u ma tinnegozjax fuq is-suq Brent US. Kif ġie spjegat kemm lill-Onor. Mangion kif ukoll lill-MCESD, l-Enemalta tixtri Fuel Oil u Gas Oil bil-prezz tas-suq ikkwotat internazzjonalment PLATTS MED. Għal fini tal-kalkoli tal-Enemalta għas-sena 2009 ittieħdu l-prezzijiet tas-suq ta' dawn iż-żewġ prodotti bejn l-1 u l-25 t'Ottubru 2008 - l-aktar prezzijiet vantaġġjużi possibbli. Il-prezzijiet ('average' tal-perjodu) huma : €357.14 kull tunnellata metrika għall-Fuel Oil u €621.99 għall- Gas Oil. Meta timmultiplika l-ammont ta żejt impurtat is-sena l-oħra (580,203 tunnellata Fuel Oil u 73,856 tunnellata Gas Oil), il-kont previst għall-2009 għall-Enemalta jiġi €253, 153,078. Minn din iċ-ċifra il-Gvern qata' €30,000,000 unilateralment, biex inaqqas iż-żieda fil-kontijiet il-ġodda u bil-premessa illi l-prezz taż-żejt fil-futur ikompli jonqos minn dak imsemmi fuq. B'hekk is-somma totali għaż-żejt li ntużat fil-kalkoli hi ta' €223 miljun. Nispera li issa l-Oppożizzjoni ma terġax tagħmel taħwida oħra u tħawwad dawn it-€30 miljun li naqqasna fl-aħħar mas-€60 miljun li konna diġa naqqasna mill-preżentazzjoni li għamilna lill-MCESD fl-1 t'Ottubru 2008. Fi kliem ieħor ma hemmx benchmark prices fi crude oil brentgħax l-Enemalta ma tużaħx u l-benchmark price tal-Fuel Oil u Gas Oil hu dak imsemmi aktar il-fuq imnaqqas bi €30 miljun iżda suġġett ukoll għall-iskambju US$ / Euro li jista' jagħmel differenza sostanzjali fil-prezz finali għall-Enemalta.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna wkoll il-prezz taż-żejt kull barmil Brent fi $ li fuqu ġiet ibbażata Proposta 5, hekk kif prenotata mill-KPMG sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4 kif kien ġie indikat fil-preżentazzjoni tal-Ministru waqt laqgħa ta' l-MCESD fit-23 ta' Ottubru, 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3560.

Sejħa għall-offerta għal provvista ta' 2nd class water

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala nħarġet sejħa għall-offerta għal provvista ta' 2nd class water għall-impjant tat-trattament tal-iskart f'Sant Antnin meta proprju fejn dan l-impjant hemm l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li jipproduċi l-ilma 2nd class?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li jekk jara l-ewwel klawsola ta’ dan it-tender jinduna li dan il-kuntratt tat-tip Period Contract (għal perjodu ta’ 12 –il xahar) hu għas-servizz ta’ mili (top up) tal-ġwiebi fl-impjant tat-trattament ta’ l-iskart f’Sant’Antnin b’ilma 2nd class fuq bazi ta’ jekk, skond u meta meħtieġ. Dan ifisser li jekk għal xi raġuni l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ ma jkunx f’pożizzjoni li jipprovdi l-ilma 2nd class, il-Management tal-impjant jkollu l-fakultà li jirrikorri għas-servizz ta’ dan il-kuntratt mingħajr il-bżonn ta’ ħruġ ta’ Direct Order.
Leg 11 PQ #3581 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp — Scheme extensions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' scheme extensions li ġew approvati mill-Parlament li sal-lum ġew approvati mill-Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp? Kemm minnhom ġew endorsed mill-Ministeru responsabbli mill-Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba dettaljata fuq l-istess suġġett illi ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 3532.