Water Services Corporation — Ġbir fuq konsum tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret il-Water Services Corporation fuq il-konsum tal-ilma sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill -Onor. Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali awditjati li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għas-sezzjoni tat-Technical Service Branch? Meta sejra issir ir-re-organisation ta' din is-sezzjoni li tant ilha tiġi mwegħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Riċentament ġie kummissjonat studju dwar kif l-aħjar tiġi riorganizzata s-sezzjoni tat-Technical Services Branch, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju ikun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni.
Technical Services Branch u Gardening Unit — Foundation For Tomorrow School
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex matul is-sajf l-ordnijiet lil ħaddiema tat-Technical Services Branchu tal-gardening unit kien primarjament mogħtija mill-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul is-sajf grupp ta’ sitt (6) Bennejja u grupp ta’ erba’ (4) Ġardinara kienu allokati mal-Foundation for Tomorrow’s Schools fuq il-proġett tal-iskola tal-Verdala.
Il-kumplament tal-ħaddiema tat-Technical Services Branch u tal-Gardening Unit kellhom id-direzzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
IPSL — Technical Services Branch u l-Gardening Unit
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-ħaddiema tal-IPSL fir-riorganiżazzjoni tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit li tant ilha tissemma u wkoll tiġi mwegħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Riċentament ġie kkummissjonat studju dwar kif l-aħjar jiġu riorganizzati s-sezzjonijiet tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju jkun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema tal-IPSL li jaħdmu f’dawn is-sezzjonijiet.
Technical Services Branch u Gardening Unit — Ħaddiema - Saħħa u sigurtà
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri jittieħdu biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'ħdan it-Technical Services Branch u l-Gardening Unit fid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, skond kif jitlob il-liġijiet eżistenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-uffiċjali tat-Technical Services Branch iżuru l-postijiet tax-xogħol qabel jinbeda x-xogħol u jsir risk assessment biex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-periklu. Fejn ikun hemm bżonn, nesiġu li jintlibsu il-ħwejjeġ protettivi pprovduti mid-Direttorat kemm għall-ħaddiema tat-Technical Services Branch kif ukoll għall-ħaddiema tal-Gardening Unit.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-iskejjel li fihom sar xogħol ta' manutenzjoni matul is-sajf li għadda jew mill-FTS jew mit-TSB jew mill-Gardening Unit? X'sar f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Kemm man hours kienu involuti f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħata overtime mill-Foundation for Tomorrow School matul is-sajf li għadda biex jitlesta ċertu xogħol fuq l-iskejjel? Min kienu n-nies li ngħataw dan l-overtime? Mil-liema sezzjonijiet tat-Technical Services Branchu l-Gardening Unit ġew dawn l-individwi? Għaliex ċerta individwi tħallew barra fuq ordni espressa tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul ix-xhur tas-sajf li għadda saru tiswijiet li wħud minnhom kienu estensivi, f’diversi skejjel sabiex meta l-istudenti jirritornaw wara s-sajf, dawn isibu skola aħjar tilqagħhom.
Dawn ix-xogħlijiet saru bi pjan imfassal mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li kien jagħti każ tal-prijoritajiet tal-iskejjel. L-overtime lin-nies tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit ingħata skond is-sengħa partikulari li kien hemm bżonn. Kien hemm 1,751 siegħat maħduma mill-Electricians, 1,147 mill-Plumbers, 3,040 mill-bennejja, 1,039 miż-żebbiegħa, 212 mill-ħaddiema tad-Drainage, 336 mill-ħaddieda, 431 mill-mastrudaxxi u 1,480 mill-ġardinara. Ma kien hemm ebda ‘ordni espressa’ tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow’s Schools biex jitħallew xi individwi barra.
Jista' l-Prim Minisru jgħid hux jikkonsidra li titwaqqaf Awtorita' tat-Turiżmu għal Għawdex komposta minn Għawdxin li huma esperti fis-settur u li għaldaqstant jistgħu jifhmu u jagħrfu aħjar il-problemi partikolari ta' Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jemmen illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija f’pożizzjoni li tifhem u tagħraf il-problemi partikolari ta’ Għawdex mingħajr il-bżonn li tinħatar awtorità separata għal Għawdex. L-istess Awtorità għandha, fuq il-Bord tagħha, persuna li ġiet appuntata mill-Ministru responsabbli preċiżament minħabba l-għarfien u l-esperjenza tagħha dwar Għawdex.
Waħda minn niċeċ ta’ turiżmu li fuqha l-Awtorità qed tiffoka huwa Għawdex. Barra minn hekk, l-Awtorità iżżomm kuntatt regolari mal-
Gozo Tourism Association
u
stakeholders
oħra Għawdxin bil-għan li Għawdex ikun promoss bl-iktar mod effettiv.
Għawdex — Destinazzjoni turistika distinta minn Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex Għawdex mhux irriklamat bħala destinazzjoni turistika distinta minn Malta? Jikkunsidra l-Prim Ministru li Għawdex jibda jiġi irriklamat bħala desitnazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm anke vot ta' flus adegwat għar-reklamar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tirriklama ’l Malta bħala destinazzjoni b’mod ġenerali, l-Awtorità hi konxja li Għawdex jippossjedi karatteristiċi li huma differenti minn Malta. Għaldaqstant l-Awtorità toqgħod attenta li tagħti prominenza akbar lil dawn in-niċeċ li jippossjedi Għawdex permezz ta’ attendenza f’fieri u reklamar speċjalizzati.
Billi Għawdex għandu karatteristiċi differenti u distinti minn Malta bħala destinazzjoni turistika, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkunsidra li jitwaqqaf one stop shop għal dawk fis-settur u li potenzjalment jistgħu jidħlu fis-settur biex, per eżempju, jekk tintalab liċenzja jkun jista' jinqeda minn post wieħed? U dan għaliex bħalissa anke biex sempliċement stabbiliment joħroġ mejda quddiem l-istabbiliment tiegħu/tagħha irid jagħmel applikazzjonijiet għand il-MEPA, id-Dipartiment ta' l-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu. Dan joħloq tul ta' żmien li jħalli impatt negattiv fuq l-industrija u għalhekk, jaħseb l-Prim Ministru li b'mod immedjat għandu jsir xi ħaġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa s-sistema ta’ ħruġ ta’ liċenzi u permessi hu wieħed komuni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.
It-twaqqif ta’
one stop shop
li jagħmilha aktar faċli li l-operatur jinqeda b’anqas skariġġ fih il-merti tiegħu u jikkumplimenta l-politika tal-Gvern dwar il-
Better Regulation.
Filwaqt li ma jitnaqqas xejn mill-proċeduri li jiżguraw li x-xogħol isir bis-serjetà li jitlob, il-Gvern ser ikompli jirrevedi l-proċeduri amministrattivi li jolqtu is-settur kummerċjali u dan sabiex titneħħa il-burokrazija żejda. Din ser tkun waħda mill-proċeduri li ser tiġi organizzata.
Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju qiegħda issir l-analiżi meħtieġa sabiex jiġi assigurat l-aħjar mod biex inkomplu insaħħu metodi idoniji għall-protezzjoni tal-konsumatur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2393 u jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2393.
Jista' l-Minstru jgħid kemm ħalsu flus f’poloz ta’
insurance
il-
Gozo Channel
fis-snin finanzjarji tagħha 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008?
Jista’ jgħid kemm poloz ta’ assigurazzjoni kien hemm u kemm hemm illum? Kemm hu l-pagament fuq kull waħda mill-poloz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2005-2006 kellna tmien poloz ta’ assigurazzjoni, u mis-sena 2006-2007 kellna disa’ poloz ta’ assigurazzjoni sabiex inkopru t-terminal ġdid tal-Mġarr Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba:
Tista' l-Ministru tgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn biex jissebbaħ, jissaħħaħ u jittejeb l-ambjent tal-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa kull sena f'kull bajja għal dan l-iskop?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li dawn l-aħħar sentejn inbniet Public Convenience fix-Xlendi kif ukoll saru bollards u bankini fl-istess lokalita, filwaqt li f’Marsalforn ġie rranġat il-ħajt tal-Menqa, saru railings, bankini u twaħħlu wkoll bankijiet. Barra minn dan, matul l-aħħar sentejn saret manutenzjoni kontinwa minn ħaddiema tal-Gvern fiż-żewġ lokalitajiet fejn parti mill-materjal kien provdut mill-Ministeru ghal Ghwdex u parti oħra mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Ninsab infurmata wkoll li n-nefqa f’kull bajja, apparti l-pagi tal-ħaddiema, matul is-sentejn kienet:
Xlendi 2007 - € 18,773
2008 - € 3,866
Marsalforn 2007 - € 3,200
2008 - € 29,364
Niġbed l-attenzjoni lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex nieda żewġ
Design Competitions
, li jgħalqu fit-28 ta’ Novembru 2008, għall-tisbieħ u titjib fil-faċilitajiet u l-ambjent ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet.
Tista’ l-Ministru twieġb mistoqsija parlamentari 2076 u tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2074 u tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2072 u tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda :
i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ
ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis
iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitlullba mill-Onorevoli Nterpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1779 u tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-linji tal-ajru minn u lejn Malta bħalissa? Matul il-perijodu l-1 ta' Jannar 2008 u 30 ta' Settembru 2008 kemm kienu u liema kienu l-linji ta' l-ajru li waqqfu t-titjiriet tagħhom? Kemm linji ġodda bdew joperaw minn u lejn Malta? Liema huma l-linji li qed joperaw bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ linji ta’ l-ajru minn u lejn Malta bħalissa jammonta għal 31.
Matul il-perjodu l-1 ta’ Jannar 2008 u 30 ta’ Settembru 2008, in-numru ta’ linji ta’ l-ajru kien jammonta għal 47. Il-linji ta’ l-ajru li waqqfu t-titjiriet tagħhom huma dawn: Adria, Aeroflot Don, Aerosvit, Air Algerie, Air Berlin, Air Finland, Air One, British Jet, Europe Air Post, European Aviation, Excel Airways, Fly Nordic, GB Airways, Jet 2.com, Volare u Vueling.
In-numru ta’ linji ġodda li bdew joperaw minn u lejn Malta mill-1 ta’ Jannar 2008 jammonta għal 11.
Il-linji li qed joperaw bħalissa huma dawn: Air Malta, Air Mediterranee, Alitalia, Austrian Airlines, British Airways, Central Wings, Clickair, Easyjet, Egyptair, Emirates, European Air Transport, Finnair, First Choice, German Wings, Jetairfly, Jet Time, Jugoslavenski, Libyan Arab Airlines, Lufthansa, Luxair, Nordic, Norwegian Air Shuttle, Miniliner, Ryanair, Scandinavian SAS, Jetx, Sevenair, Thomas Cook, Thomson Fly, Transavia u Travel Services.