Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern sal-lum sabiex inaqqas il-piżijiet amministrattivi ta' l-SME's? Jista' jispeċifika ċirkostanzi partikolari fejn naqqas il-burokrazija u l-pizijiet amministrattivi ta' l-SME's?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern kien u għadu kommess li jnaqqas piżijiet amministrattivi illi jiltaqgħu magħhom l-SMEs. Fil-fatt, kien għalhekk li l-Gvern waqqaf il-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fir-rigward ta’ l-SMEs illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ittieħdu diversi inizjattivi sabiex jiġu ndirizzati dawn il-piżijiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’uħud minn dawn l-inizjattivi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3280.
Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali - Kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpaniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tlieta u għoxrin kumpanija, kif ukoll tlieta u għoxrin individwu li joperaw f’dan il-Qasam Industrijali tax-Xewkija, f’Għawdex. L-ismijiet tal-kumpaniji u d-data ta’ meta bdew joperaw qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
L-informazzjoni dwar il-prodotti li jipproduċu dawn il-kumpaniji u individwi ma tistax tingħata minħabba li hi kummerċjalment sensittiva.
B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008 kien ta’ €11,971,241.
L-ammont li jinġabar mill-
Eco Contribution
jiġi kkreditat fil-Fond Konsolidat, minn fejn ukoll, tiġi ffinanzjata l-ispiża li l-Wasteserv Malta Ltd tagħmel kull sena għall-immaniġjar ta’ l-iskart kollu u ta’ kwalita’ varja ta’ Malta u Għawdex. Din is-sena, din l-ispiża tlaħħaq €17.6 miljuni.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għad-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi ċ-ċitazzjonijiet magħmula mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbuż ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends fil-lokalitajiet imsemmija. L-informazzjoni tkopri minn meta ġew introdotti l-green wardens sallum.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l’ammont ta’ flus li ġew użati mill-fondi strutturali allokati għall-MIP din is-sena jammontaw għall €453,119 eskluż il-VAT. Dawn ġew użati fuq proġett ta’ tisbieħ ta’ Żoni Industrijali ta’ Ta’ Dbiegi, Bulebel u Ħal Far. Il-fondi kollha ġew eżawriti.
Rigward il-fondi allokati lil Malta Enterprise taħt item 7173 ġew użati kollha sa l-aħħar ta’ Settembru 2008. Ta’ min isemmi li din is-sena ħdax-il kumpanija bbenefikaw minn total ta’ €484,957. Sebgħa minn dawn il-kumpaniji bbenefikaw minn
grants
b’total ta’ €298,915 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (taħt Item 7173), filwaqt li l-Malta Enterprise għenet l-erbgħa kumpaniji l-oħra b’total ta’ €186,042.
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Struttuali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx fondi taħt l-Item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 allokati a priori speċifikament għall-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise taħt il-Vot Kapitali X. Iżda fondi ġew allokati wara li kienu approvati proġetti li ż-żewġ entitajiet issottomettew għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013). Il-proġetti approvati huma:
Malta Industrial Parks
Upgrading and Embellishment of Industrial Estates
Malta Enterprise
Expansion of the Kordin Business Incubation Centre
Setting Up a Life Sciences Centre
Malta Enterprise
ġiet ukoll allokata fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013) biex timplementa skemi ta’ għajnuna ghall-intrapriżi.
Sal-lum għadhom ma ntefqux fondi fuq dawn il-proġetti u skemi. L-ammont li hu stmat li jista' jintefaq sa l-aħħar tas-sena hu, fil-fatt, negliġibbli minħabba li għadu għaddej il-proċess tal-fażi preliminari tal-proġetti/skemi.
Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1936 u jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1936.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu units tal-arja kundizzjonata bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 fl-isptarijiet San Luqa u Karen Grech? Kemm hu ppjanat li jitwaħħlu units oħra sal-aħħar tas-sena 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul il-perjodu indikat twaħħlu tlettax (13) il-unit ta' l-arja kundizzjonata fis-sala TW1 fl-iSptar Karen Grech.
Ninsab informat ukoll li huwa ppjanat il sa' l-aħħar ta' din is-sena jitwaħħlu sebgħin (70) unit ieħor fis-swali l-oħra kollha ta' l-iSptar Karen Grech fejn m'hemmx units ta' arja kundizzjonata. Dawn ix-xogħlijiet huma suġġetti għal tender kompetittiv li ser jiġi publikat f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm iffranka mill-ispiża tiegħu meta fl-Isptar Mater Dei neħħa l-ilma tal-fliexken (għall-istaff, tobba u professuri) għaliex qalu li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Marzu u Settembru 2008 il-management ta’ l-iSptar Mater Dei iffranka €11,849 mill-konsum ta’ l-ilma tal-fliexken. Din l-ispiża ġiet iffirankata billi l-provvista ta’ l-ilma tal-fliexken kienet limitata għal imkejjen fejn ma hemmx distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax xorb jew għal swali u dipartimenti partikolari, skond il-ħtiġijiet klinici rispettivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq trakkijiet taż-żibel fis-sena 2007? Jista jgħid jekk tistax issir xi ħaġa sabiex meta t-trakkijiet jibdew jgħasru ż-żibel li jkollhom fil-kaxxa l-likwidu ma jispiċċax fit-triq, liema likwidi jħalli riħa tinten qawwija warajh?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li trakkijiet taħt kuntratt mal-WasteServ huma dawk li jġibu ż-żibel minn Għawdex għal Malta. Dawn issirulhom żewġ spezzjonijiet fil-ġimgħa u ma jirriżultax dak li qed jallega l-Onor Membru.
Rigward it-trakkijiet taż-żibel l-oħra li jagħtu servizz lill-Kunsilli Lokali nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Penżjonanti impjegati mal-privat li jibqgħu jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' dawk il-persuni li huma penżjonanti impjegati mal-privat, imma għażlu li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar 2008 u Settembru 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pubblikazzjoni tal-lista mitluba mill-Onor. Interpellant tmur kontra l-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Att XXVI ta’ 2001).
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga minn fuq laneċ/vapuri matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, s'issa, kien hemm każ wieħed f'Lulju, fejn persuna nstab li kellha fil-pussess tagħha 23 pillola ecstasy waqt li kienet fuq lanċa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm Active Youngsters organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports maqsuma skond kull kategorija sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull sport differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret l-Enemalta minn fuq konsum tal-elettriku sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-proġett Girls on the Move organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport maqsuma għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn instabet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul din is-sena? X'tip ta' droga kienet u x'kien l-ammont f'kull każ? X'azzjoni ttieħdet f'kull każ? Jista' jgħid x'qed isir sabiex dan it-tip ta' abbuż jinqered?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, s'issa, kien hemm 24 il-sejba ta' sustanza, li x'aktarx kienet droga bħal eroina, cannabis, kokaina u steriods. Infurmat ukoll li kull każ, dan ġie rrappurtat lill-Pulizija sabiex jittieħdu l-proċeduri legali.
Fil-Faċilita’ Korrettiva hemm preżentament sistema li fuq bażi regolari jsir eżami mediku fuq il-persuni li hemm ġewwa. Dawn qed isiru aktar ta’ spiss minn dak li kienet il-prattika. Barra minn dan jittieħdu kontinwament miżuri sabiex issir tfittxija fuq il-persuni li jiġu jaraw il-ħabsin
.