Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' ġibjuni taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Blata l-Bajda — Park and Ride - spazji għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' spazji tal-parkeġġ fil-Park and Ride fil-Blata l-Bajda? Kemm kienet in-nefqa tal-operat tal-Park and Ride matul is-sena 2007 inkluż l-ispejjeż ta' ministeru, sigurtà u overheads? Kemm kien id-dħul mill-Park and Ride matul l-2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ spazji tal-parkeġġ fil – Park and Ride huwa ta’ 1,095 li minnhom 215 għandhom it-trasport dirett ghall-belt provdut biss b’karozzi tal-linja fuq rotta normali. Matul l-2007 l-ispiza fl-operat tal-Park and Ride ammontat għall - €400,939. Ma ġie rreġistrat l-ebda dħul minn dan il-proġett fl-2007.

Enemalta — privatizazzjoni tad-diviżjoni tal-gass - tender

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender maħruġa għall-privatizazzjoni tad-diviżjoni tal-gass tal-Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Flaps mar-roti ta' wara tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu regolamenti sabiex jitwaħħlu flaps mar-roti ta' wara tal-vetturi għax fin-nuqqas ta' dan, it-tyres itajru ħafna ilma fuq il-vetturi ta' wara bil-konsegwenza li jnaqsu l-viżibilità tas-sewwieqa ta' warajhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li jeżistu regolamenti li jesiġu dak li qed jitlob l-Onor Interpellant.

Qbid ta' ħut — reġistrar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qegħdin jirregolaw kull qabda ta’ ħut u jirreġistra kull qabda fir-reġistru kemm għal skopijiet ta’ statistika kif ukoll li minnha tkun tista’ titwettaq ir-riċerka f’dan il-qasam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-l-uffiċjali ta’ l-izbark tat-tonn, pixxispad u l-ħut tat-tkaxkir jkunu massimu ta’ 8 waqt l-istaġun u bħalissa huwa 6. Dan ix-xogħol huwa separat min dak ta’ ġbir ta’ informazjoni għal-skopijiet xjentifiċi.

Tfaqqis u tkabbir ta' ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’programm għandu għal ġejjieni biex skoperti ta’ tfaqqis u tkabbir ta’ ħut li r-ricerkaturi Maltin irnexxielhom jiksbu fiċ-Ċentru ta’ San Lucian f’ Marsaxlokk, irendi impatt kummerċjali? Jista’ jgħid kemm hu kalkulat iż-żmien li Malta tibda tkabbar b’mod kummerċjali ħut mfaqqas u mkabbar f’pajjizna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3617 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u Żvilupp — pjanti użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pjanti tal-lokalitajiet li għandha l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp isiru l-pjanti użati mid-dipartimenti kollha, u b'mod partikulari mil-land registry, billi l-pjanti li jinxtraw minn dan ir-reġistru huma ferm aktar qodma minn dawk tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u dan il-fatt iġib miegħu diffikultajiet għal min jixtri l-pjanti mir-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Entitajiet pubbliċi mogħtija lill-privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Assi tal-Gvern — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjoni

Question

Stante li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadet il-parir mogħti lilha permezz tar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1130 pero' xorta baqgħet ma ngħatat l-ebda tweġiba, jista' l-Ministru jara li l-istess uffiċjali jirrevedu l-pensjoni tal-persuna indikata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub bir-riżultat tar-reviżjon tal-pensjoni.

Rabat — Vjal il-ħaddiem - ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati bla ebda aktar dewmien il-ħsarat u coiè l-isbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenzi fi 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3677 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Direct orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill Onorevoli Interpellant għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.
Leg 11 PQ #3680 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx imfassla policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid fuq liema kriterji l-bdiewa u dawk kollha nvoluti fl-estrazzjoni tal-ilma qed jiġu ggwidati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Nru 3781.

Policy fl-agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy fl-agrikoltura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'inhuma l-policies applikabbli fil-qasam agrikolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li sa llum il-Policy fl-Agrikoltura hi dik imfassla fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 u fl-Istrateġija Nazzjonali fis-Settur tal-Frott u l-Ħaxix.

Boreholes tal-privat u tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boreholes li ġew imħaffra f'dawn l-aħħar snin minn kumpanniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern humiex qed jiġu kkunsidrati bħala boreholes oħra? F'każ li ser jiġu applikati xi sistemi ta' kontroll ta' estrazzjoni ta' ilma u effettivament tiġi applikata tariffa għal dak l-ilma estratt, jista' jgħid jekk il-kumpanniji fejn il-Gvern u l-privat qed joperaw flimkien humiex ser ikunu suġġetti għal dan il-ħlas? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jħallas għal dan l-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ligi ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn boreholes li ġew imħaffra minn kumpaniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern u boreholes oħrajn. L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għad trid tagħmel assessment tan-notifiki kollha qabel ma jiġi deċiż x’sistemi ta’ kontroll ser jiġu applikati.