B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2767, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tad-Dwana f'Għawdex hux ser jibqa' miftuħ minn issa sas-sajf li ġej?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2767, li tkopri is-sena kollha.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2771, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kull sena l-kumpanniji li joperaw f'Għawdex u x'kien il-valur fi flus tal-għajnuna li ngħataw kull sena fis-snin imsemmija:
i) taħt id-
de minimis schemes
ii) bħala cash grants
iii) taħt il-Business Promotion Act Schemes u
iv) bħala assistenza fiskali?
Jista’ l-Ministru jgħid
(i) kemm qasmu passiġġieri b'xejn taħt kull skema tal-
Gozo Channel
miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr matul l-2006, l-2007 u din is-sena sa Settembru,
(ii) kemm tħallsu
charter fees
mill-
Gozo Channel
għall-vapuri għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008,
(iii) kemm ħallset kera l-
Gozo Channe
l
għall-użu/eċċ. tal-mollijiet, terminal/eċċ. fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008 u kemm kien il-profitt nett għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008?
Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Performance and Results tal-Gozo Channel għas-snin finanzjarji 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2768 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 2768 f'seduta 43.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2815.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti ta' abbuzi mis-sistemi ta' kontroll fl-organizzazzjoni fil-qasam tal-informatika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti fuq is-sistemi ta' kontroll fl-organiżżazzjoni fil-qasam tal-informatika huwa Securestate, LLC ta' Cleveland, Ohio, USA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun żviluppat Ċentru għar-Riċerka u t-Taħriġ bi sħubija ma' l-Università biex jingħata taħriġ lill-impjegati tas-settur pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politika Amministrattiva (Centre for Policy Research and Training) beda jopera fis-sajf wara li ġew irranġati uffiċini fl-iMsida minn fejn qed joperaw l-uffiċini amministrattivi taċ-Ċentru filwaqt li x-xogħol fuq is-sit tal-Furjana, fejn kien hemm il-Lottu Pubbliku, fil-fatt beda. F'dan is-sit se jkun hemm il-faċiltajiet għat-taħriġ u riċerka.
Fil-frattemp l-i
Staff Development Organisation
, li se jifforma parti miċ-Ċentru, qed ikompli jdaħħal kunċetti ġodda fit-taħriġ ta' uffiċjali pubbliċi bħal mentoring filwaqt li qed jitfasslu korsijiet ġodda skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku.
Mil-lat ta' riċerka u b'kollaborazzjoni stretta ma’ l-ogħla awtoritajiet tal-Università ta' Malta, tħejjiet proposta għal riċerka fuq temi ta' priorità nazzjonali. Ninsab infurmat li din il-proposta se titressaq għal kunsiderazzjoni tal-Gvern fil-ġranet li ġejjin.
Wied Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur — Tħawwil ta' siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur?
Tweġiba:
Jien infurmat li fil-Wied tar-Rinella ser jitħawwlu numru ta’ siġar tul is-sena li ġejja (minn organizzazjoni mhux governattiva).
Rigward il-Madliena bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex ikun jista jibda l-proġett.
Fis-sit ta’ Wied Blandun sar tindif estensiv u diġà tħawwlu l-ewwel 1,000 siġra.
Dwar in-Nadur, jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali fuq it-taħwil ta’ siġar ġewwa l-barriera ta’ Isopu fin-Nadur.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' rijabilitazzjoni tal-barriera mhux użata, ta' ħdejn Ħaġar Qim? Fiex wasal ix-xogħol ta' ħolqien ta' l-akbar sit ta' rikreazzjoni f'dawn l-inħawi minflok din il-barriera?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3051 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3052 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 3053 u jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3053.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Serqiet Rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2799 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-Puluzija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem — propjrjetajiet li ġew esproprjati
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet ġew esproprjati mill-Gvern biex saru t-toroq ta' Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem? F'liema Gazzetta tal-Gvern deher l-avviż, min huma s-sidien u kemm hu l-valur mogħti mill-perit tal-Gvern ta' dawn l-artijiet? Kemm minnhom ġew kontestati minħabba l-valur mogħti mill-perit? Jista' jgħid jekk l-ammonti tħallsux lis-sidien u liema tħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tal-proprjetajiet li ġew esproprijati mill-Gvern biex saru t-toroq ta’ Ta’ Pinu u t-toroq ta’ Ghajnsielem huma elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Għal raġuni ta’ kunfidenzjalita’, l-ismijiet mhux qed jiġu mogħtija, biss hemm indikat liema proprjeta’ ġiet abbinata ma’ sid. Sa issa, wieħed ikkontesta il-prezz offrut, u wieħed mis-sidien tħallas il-kumpens dovut.
Dwar it-Triq tar-Ramla fin-Nadur hemm biss espropriji li jmorru lura diversi snin u dismemberment ta’ art li ntużat għat-toroq. Dwar dawn l-espropriji għad ma kien hemm l-ebda offerta ta’ kumpens lis-sidien . Dettalji ta’ l-espropriji huma ukoll mniżżla fil-lista.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ pestiċidi u bexx ieħor għal skop agrikolu minn pajjizi fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Liġi Maltija dwar l-importazzjoni u l-użu ta’ pestiċidi u bexx hija regolata permezz tal-Kap 430. Ir-regolamenti speċifiċi dwar l-importazzjoni ta’ bexx u pestiċidi għall-użu agrikoli huma r-Regolamenti dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (avviż legali nru: 115 ta’ l-2004 u l-emendi tagħhom). Dawn ikopru l-importazzjoni intrakomunitarja u dik minn barra l-Unjoni Ewropeja. Minn Frar ta’ din is-sena, l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards ġiet maħtura bħala l-Awtorita’ Kompetenti għal das-settur.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Amministrattiv fir-Rabat, l-ispazju fuq il-bjut huwa ta' 3,555 metri kwadri li minnhom 2,247 metri kwadri huma addatti għall-installazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi u li minn dan l-ispazju, 8.9% għandu minn dawn il-pannelli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2166 u 2043 u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibbli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 3529 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fuq il-Mużew tal-Gwerra fil-Belt Valletta? Kemm intnefaq s'issa? Min qed jagħmel ix-xogħol? Tista' tgħid meta hu maħsub li jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku speċjalment peress li l-post huwa ta' attrazzjoni turistika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol li sar u qed isisr fil-Mużew tal-Gwerra jinkludi xogħol strutturali, kuratorjali u ta’ konservazzjoni. In-nefqa totali mistennija li tkun ta’ €412,795.53
Ix-xogħol kollu kuratorjali, ta’ konservazzjoni tal-oġġetti u konservazzjoni tal-partijiet esterni tal-binja sar minn ħaddiema ta’ Heritage Malta. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni intern sar minn kuntratturi differenti.
Huwa maħsub li l-Mużew jerġa jinfetaħ għall-pubbiku fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.