Legislature:
Category:
Reset
Active:

tagħlim dwar l-ambjent

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx tagħlim kontinwu, organizzat fis-sistema edukattiva tagħna u jekk huwiex parti mit-taħriġ li jingħata lit-tfal tal-iskola b'mod regolari biex t-tfal u żgħażagħ tagħna jitilgħu b'mentalità ambjentalista? Jekk iva, x'taħriġ jingħata f'sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-livell primarju t-tfal jesploraw temi ambjentali bħall-ambjent naturali Malti, it-tniġġis tal-baħar, stili ta’ ħajja u ħarsien ambjentali, ir-riċiklaġġ, il-protezzjoni ta’ l-ambjent għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar, l-impatt negattiv ta’ l-effett serra, id-distruzzjoni tal-foresti u xita aċiduża (acid rain) fost oħrajn, fis-suġġetti ta’ l-Istudju Soċjali u kif ukoll fix-Xjenza. L-għalliema jistgħu jinkludu temi ambjentali fit-tagħlim ta’ suġġetti oħra bħall-Malti u l-Ingliż, b’għażla adegwata ta’ qari/kitba u eżempji. Fil-livell sekondarju numru ta’ suġġetti jinkludu temi ambjentali varji fis-sillabu. Fost dawn insibu s-suġġetti tax-Xjenza Integrata, Bioloġija, Kimika, Fiżika, Ġeografija, Studji Soċjali, Studji Ewropej (European Studies) u Home Economics. Jsir ukoll taghlim mhux formali dwar l-ambjent permezz ta’ programmi bħall-Eko Skola li dwaru ngħata aktar informazzjoni fit-tweġiba PQ numru 35104. Fil-livell post-sekondarju l-istudenti jistgħu jagħżlu li jistudjaw s-suġġett Xjenza Ambjentali (Environmental Science) fl-Livell Intermedjarju. Il-Qafas (Abbozz) tal-Kurrikulu Nazzjonali li ġie mniedi f’Mejju 2011 qed jipproponi l-Edukazzjoni għal żvilupp sostenibbli bħala waħda mill-ħames temi interkurrikulari għal edukazzjoni ħolistika. Dan il-Qafas jaħseb biex din it-tema flimkien ma’ erba temi interkurrikulari oħra jkunu integrati fl-oqsma tat-tagħlim diversi u jipprovdu fergħat li jgħaqqdu flimkien l-oqsma kollha tat-tagħlim.

proġetti fl-iskejjel rigward l-ambjent

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti t-tfal u żgħażagħ tal-iskejjel ipparteċipaw fihom matul is-sena 2011 u fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2012 fuq proġetti ambjentali biex ikomplu jinkoragixxu lit-tfal ikunu iktar konxji tal-ambjent naturali tagħna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pinnoli out of stock fid-Dipartiment tas-Saħħa u li allura pazjenti li għandhom karta roża jew safra ma setgħux jiġbru minħabba f'hekk matul x-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u l-ewwel ġimgħat ta' Mejju 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bejn Jannar u April ta’ din is-sena kien hemm 53 tip ta’ pillola li kienet out of stock.

persuni intitolatio għall-katra r-roża

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'riforma qed issir fil-kartuna r-roża u għaliex xi pazjenti qed jgħidulhom li issa m'għadhomx intitolati għall-karta r-roża u bagħtuhom jagħmlu l-kartuna s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kriterji li fuqhom jingħata l-intitolament għall-mediċini b’xejn huma bbażati fuq l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23 u Skeda V tal-istess Att. Dawk il-pazjenti li jkollhom marda kronika skont Skeda V, jirċievu d-dokument magħruf bħala l-kartuna s-safra. Dawk il-persuni li jkollhom dħul finanzjarju inqas mill-medja skont id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali japplikaw għal Skeda II (il-kartuna r-roża). Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabbilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012. Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża. Pazjenti li applikaw għall-kura tad-dijabete wara li ġiet fis-seħħ l-emenda hawn fuq imsemmija ser tinħarġilhom kartuna safra kif isir bħall-mard kroniku kollu.

Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-kompetenza tat-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se jiġi assorbita taħt il-Kap 490 Administrative Justice Act kif hemm provdut fl-ewwel skeda annessa ma' dan l-imsemmi att?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor Interpellant jiffeferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, għax hu l-ministru kompetenti taħt l-Administrative Justice Act, Kapitolu 490 tal-Liġijiet ta' Malta.

Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux attwalment tenut li jaderixxi mal-prinċipji ta' imġieba amministrattiva elenkata f'Kap 490 Administrative Justice Act?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nikkonferma li t-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hu tenut li jaderixxi mal-prinċipji tal-imġieba amministrattiva elenkat f'Kap 490 Administrative Justice Act.

Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — prinċipji ta' ġustizzja naturali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, in vista tal-fatt li din hi ppubblikata taderixxi mal-prinċipji tal-ġustizzja naturali, hix tenuta li tiddisponi minn kull punt imqajjem bħala argument u li tagħti risposta speċifika għal kull sottomissjoni li kieku kellha tkun aċċettata tkun deċiżiva għar-riżultat tal-applikazzjoni?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri li trid taddotta l-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif ukoll il-Bord tal-Awtorità, huma regolati kemm mill-Liġi speċifika kif ukoll minn prinċipji legali ġeneriċi. Il-Kummissjoni hija obbligata, meta hija ma tilqax ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorati, li tagħti raġunijiet imsejjsa fuq prinċipji tekniċi sabiex tissostanzja d-deċiżjoni tagħha.

Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk applikanti għandhomx id-dritt jitolbu li jsir aċċess lill-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel tittieħed deċiżjoni?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti għandhom kull dritt li jitolbu aċċess mill-Kummissjoni, iżda il-Kummissjoni għandha id-dritt li tiddeċiedi hi jekk tali talba għandiex tintlaqa jew le.

Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xhieda

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux possibli li applikanti jipproduċu xhieda quddiem il-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bil-għan li jissodaw il-pożizzjoni tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-seduti tal-Kummissjoni jsiru fil-pubbliku u kull membru li jattendi għandu d-dritt li jagħmel sottomissjonijiet skont il-provvedimenti tal-Kap. 504.
Leg 11 PQ #35124 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema trasferiti bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema minn dipartiment f'Malta għal Għawdex fl-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema dipartiment jew uffiċini f'Għawdex ġew trasferiti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35125 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati li laħqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena f'liema dipartiment kienu u kemm damu biex ġew ripjazzati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35126 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba intuża d-decompression chamber kemm ilha li ġiet istallata u tgħid x'tip ta' trattament ingħata fuq Maltin u barranin rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sad-29 ta' Mejju 2012, id-decompression chamber tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex intużat għal 56 trattament ta' 39 għaddas barrani, għal trattament wieħed ta' għaddas Malti, kif ukoll għal 464 trattament t'ossiġnu ta' 27 pazjent Malti.
Leg 11 PQ #35127 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Akkwist u kiri ta' vetturi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar akkwist u kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika x'dettalji trid u wkoll tispeċifika l-perjodu taż-żmien li għalih qed titlob din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #35128 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet tal-Mammogramm

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm pazjenti li f'dawn l-aħħar xhur għamlu l-mammogram Għawdex iżda li nbagħtu Malta biex jiġi ripetut it-test?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda pazjenta li għamlet il-mammogramm Għawdex iżda ntbagħtet Malta biex jiġi ripetut it-test.
Leg 11 PQ #35129 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — konsulenti fl-outpatients

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun hemm konsulenti fl-outpatient tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm raw pazjenti kull wieħed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Belt Valletta — pavimentar u rwejjaħ tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga dan l-ilment u jekk jirriżultaw il-fatti msemmija jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet imsemmija: Ġewwa Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta fejn qiegħed issir pavementar ġdid; fin-naħa ta' ħdejn Embassy Complex diġà tħammġu miż-żjut li ħerġin mill-vetturi tal-kuntrattur? Peress li issa saru tliet rewwieħa għad-drenaġġ li qabel ma kienx hemm u li issa ħierġa riħa qawwija ta' drenaġġ minnhom, jista' jara li ssir xi ħaġa dwarhom, speċjalment dwar l-irwejjaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi għaddejjin xi xogħlijiet fil-post imsemmi. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tara li jekk hemm bżonn xi tiswijiet fuq manhole covers dawn isiru max-xogħol. Minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sit ma ġew innutati l-ebda rwejjaħ tad-drenaġġ.
Leg 11 PQ #35136 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34967, 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalissa m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33806.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35138 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — seduti recorded

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-seduti tal-kunsilli lokali jistgħux jiġu rekordjati skont il-liġi? Jekk iva, min hu awtorizzat li jirrekordja tali laqgħat u kif jistgħu tali recordings jiġu użati b'mod legali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Art. 14 a (9) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363 – Sitt Skeda) “Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi faċilitat l-abbozzar tal-Minuti. Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew approvati”.
Leg 11 PQ #35139 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — laqgħat trasmessi bir-radio jew internet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-regoli, regolamenti li jirregolaw it-transmissjonijiet bir-radio jew l-internet tal-laqgħat tal-kunsilli lokali? Liema stazzjonijiet tar-radio jistgħu jittrasmettu dawn il-laqgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kapitlu 363 li jirregola l-Kunsilli Lokali ma jispeċifika ebda regolamenti li jirregolaw trasmissjonijiet bir-radio jew l-internet tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali. Tali trasmissjonijiet, huma regolati bid-dispożizzjonijiet u r-regolamenti nazzjonali tax-xandir, sakemm isir xort’oħra.