Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li skond il-banek u l-awtoritajiet finanzjajri se jkunu x-xejriet fis-suq lokali tal-propjetà f'bejgħ u xiri, livell ta' prezzijiet, provvista u domanda fis-suq?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onor Interpellant jaf illi l-ebda Ministru ma hu termometru tas-suq tal-Proprjeta’. Dan hu suq sensittiv ħafna u mhux propizju li wieħed jażżarda jiprevedi jew jispekula dak li qed jitlob l-Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu ssettjati t-tariffi ġodda tal-ilma u d-dawl, x'attenzjoni ser tingħata biex b'miżuri prattiċi ma jinħoloqx faqar ġdid, dak li jissejjaħ faqar tal-enerġija, imkejjel li f'pajjiżi oħra meta familji jkollhom jonfqu sa 10% jew iżjed mid-dħul tagħhom fuq prezzijiet tal-prodotti u servizzi enerġetiċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri privati - IT
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-MEPA biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini huma kollha aċċessibbli għall-persuna b'diżabilità?
Skola Primarja Bice Mizzi Vassallo — Liċenzji meħtieġa
Question
Tista' l-Ministru, b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 2466, xi pjanijiet alternattivi hemm għall-bini tal-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo? Tista' tagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri li fuqhom ħarġu l-liċenzji meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-pjan alternattiv li hemm fil-preżent għall-bini ta’ l-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f’Pembroke hu li jintuża għall-amministrazzjoni u l-użu tal-Kulleġġ Santa Klara.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema ċentri u liċenzji qiegħed jirreferi fit-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern u l-awtoritajiet finanzjajri biex pajjiżna u l-poplu tagħna ma jintlaqtux ħażin mill-maltemp qawwi finanzjarju li qed iħarbat ħafna banek u oqsma finanzjarji fil-bqija tad-dinja?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija li tajt lil din il-Kamra waqt is-Seduta Parlamentari Numru 40, nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, fejn spjegajt fid-dettal il-posiżżjoni tal-Gvern dwar is-sitwazzjoni preżenti, flimkien mal-miżuri meħuda sew mill-Gvern kif ukoll mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'problemi hemm biex jiġu assigurati li jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li jekk ma jogħlewx id-dawl u l-ilma, ma jkunx hemm mnejn jitħallsu l-pagi? X'ġara mill-flus involuti fl-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għall-pagi?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja dak li kien stmat li se ddaħħal l-Enemalta, l-ispiża fil-prezz taż-żejt poġġietha f'pożizzjoni finanzjarja prekarja tant li kienet u għadha fil-periklu li ma jkollhiex biex tħallas il-pagi dovuti lill-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta daħħlitx xi sistema ġdida dwar l-applikazzjonijiet tad-dawl, fis-sens li fil-każi fejn l-applikazzjoni tkun tikkonċerna bini li qiegħed l-ODZ, l-applikazzjoni trid tgħaddi mingħand il-financial controller tal-Enemalta qabel ikun jista' jingħata s-servizz tad-dawl? Kemm hemm applikazzonijiet bħal dawn għand l-Enenmalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m' għandha l-ebda sistema fejn bini li qiegħed ODZ irid jgħaddi mingħand il-Financial Controller tal-Enemalta qabel ma jkun jista' jingħata s-servizz tad-dawl. Dan minħabba li l-Enemalta tipproċessa biss applikazzjonijiet li jkollhom il-MEPA Compliance Certificate.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ngħataw tliet permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu uffiċjali tal-Ministri u Segretarji Parlamentari. Dawn ingħataw f’każi fejn il-karozza kellha numru ta’ snin fuqha u meqjusa li ma kinitx iżjed ekonomikament vijabli għall-użu. Dawn huma:-
Alfa Romeo 159
18 cc
- € 26, 322
Citroen C5
18 cc
- € 24, 225
Jaguar X-type saloon
2198 cc
- € 29, 570
Rigward il-membri tal-
Private Staff
tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati li l-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-gvern jew ma' xi entità li l-gvern għandu l-maggoranza tas-shares, minn definite sar indefinite matul is-sena 2007 u 2008? X'kienu l-kriterji li ntużaw biex dawn l-impjegati saru issa tal-post? X'kien is-salarju tagħhom qabel u x'inhu illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji użati kienu fl-ispirtu ta’ l-Avviż Legali Nru 51/2007.
Il-kuntratt ta’ dawn l-impjegati inqaleb għal wieħed indefinit, mingħajr ebda impatt fuq is-salarji tagħhom.
Għal raġuni ta’ etika, ebda dettalji personali ma jistgħu jingħataw.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2398 u jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2398.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ivversax flus wara l-espropjazzjoni ta' l-artijiet fiż-żona ta' Wied iż-Ziju magħrufa bħala ta' l-Iskarpell Marsascala, liema espropjazzjoni saret iktar min 20 sena ilu? Jekk le, jista' jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jivversa dawn il-flus bħala kumpens wara l-espropjazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq l-art fiż-żona ta’ Wied iz-Ziju, magħrufa bhala ta’ l-Iskarpell, Marsacala saru diversi esproprijazzjonijiet. Għal uħud minnhom ġew provduti il-fondi għal l-akkwist ta’ l-art u s-sidien qegħdin fil-proċess li jitħallsu. Għal dawk li baqa’, għadhom ma ġewx provduti l-fondi meħtieġa. Il-kumpens għall-esproprijazzjonijiet maħruġa qabel l-1994, bħal fil-każ imsemmi, huwa mħallas mill-fondi allokati fl-Estimi ta’ kull sena. Dawn il-fondi jkopru parti zgħira tal-kumpens li huwa dovut għall-esproprijazzjonijiet u għalhekk jintużaw skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. Għalhekk mhux possibbli jingħad meta se jkunu versati l-fondi għall-esproprijazzjonijiet imsemmija li għadu ma tħallasx il-kumpens ghalihom.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2191 dwar il-masġar taż-żebbuġ fix-Xemxija, u r-referenza għat-talba ta' xi NGO biex tieħu ħsieb l-istess ġnien, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu l-NGO msemmi għaliex kultant, minkejja x-xogħol tajjeb li jsir minn bosta NGOs, wieħed ikun irid jara x'inhuma l-ħsibijiet tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-sitwazzjoni għadha skond kif spjegata fir-risposta tal-Mistoqsija 2191. Nerġa’ ntenni li kull deċiżjoni tittieħed wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq arterjali jew distributorji li għandhom il-culverts għas-servizzi u għall-ilma tax-xita f'pajjiżna? F'kull każ meta ħarġu t-tenders għall-kostruzzjoni ta' l-imsemmija toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Rigward meta ħarġu t-tenders għall-imsemmija toroq, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema toroq jixtieq jirreferi minħabba li uħud mit-toroq ilhom mibnija snin anke fi żmien meta x-xogħol kien isir dirett mill-ħaddiema tal-gvern.
Awtorità dwar it-Trasport — appart biex twettaq testijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex fil-pussess tagħha apparat li permezz tiegħu tista' twettaq testijiet fuq it-toroq li jkunu qed jinbnew f'pajjiżna? Jekk iva, kemm-il darba intuża dan l-appart matul l-aħħar tnax-il xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq direttiva tiegħi, it-testijiet fuq ix-xogħolijiet tat-toroq jridu jsiru minn enti akkreditata għal dan ix-xogħol. Għalhekk, l-apparat li għandha l’Awtorita’ Dwar it-Transport għall-testijiet fuq it-toroq kellu jiġi mgħoddi kollu lill-‘Malta National Laboratory’. Dawn ta’ l-aħħar se jkollhom l’inkarigu li jagħmlu t-testijiet kollha neċessarji fuq it-toroq fejn juzaw anke servizzi ta’ laboratorji barranin, akkreditati f’dan il-qasam, fejn neċessarju.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' apprentisti li ġew sponsored mill-privat kull sena mill-2003 sal-lum? F'liema tip ta' studju saru l-isponsorships? Kemm minn dawn l-istudenti fil-fatt jibqgħu jaħdmu ma' l-isponsor tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet biex fl-inħawi tal-Qawra jinbena kumpless sportiv? Tista' tagħti indikazzjoni ta' x'hemm il-ħsieb li jinbena f'dan il-kumpless u meta mistenni jinbeda x-xogħol fuqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent, il-Kunsill Malti għall-Isport qed jaħdem fuq il-brief tal-proġett tal-Kumpless Sportiv tat-tramuntana.
Jista' l-Ministru jippreżenta kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rapport li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar l-iStorm water Management magħruf bħala Tahal report?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih għadu mhux lest.
Jista’Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa, jiġifieri, fuq mollijiet,
breakwater
, eċċ.?
Kemm hi stmata li tkun in-nefqa għat-tkomplija tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.