Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi li-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba li s-sistema ta kif jinħadem il-valur miżjud gross huwa bbażat fuq kalkoli li huma fi prezzijiet bażiċi. L-NSO qed taħdem biex fil-futur il-valur miżjud jibda jinħadem ukoll fi prezzijiet reali.

Kumpaniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa kif jidher f’din it-tabella. Għar-rigward tan-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2008 ma tistax tingħata għax għada qed tinġabar. L-informazzjoni fuq investiment barrani ma tistax tinghata minħabba li hi ta’ natura kunfidenzjali. Sena Kumpaniji Reġistrati 1999 409 2000 403 2001 413 2002 418 2003 422 2004 428 2005 418 2006 418 2007 416

Servizz ta' l-elettriku — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li applikat għas-servizz tal-elettriku li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata dan is-servizz għax din diġà qed tabita f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li biex tkun tista’ tipprovdi s-servizz u tneħħi d-deviation temporanja li ġiet installata waqt li kienet qed tinbena d-dar, Enemalta għandha bżonn tinstalla brackets mal-faċċata tad-dar. Preżentament b’riżultat ta’ din d-deviation il-linji huma għaddejjin viċin ħafna l-gallerija tal-applikant. Peress li din id-deviation temporanja, qegħda fuq l-arbli, l-installazzjoni tal-linji permanenti fuq arbli se tkun ukoll qrib il-gallarija ta l-applikant u għalhekk tkun ta' periklu. L-iktar mod prattiku u bl-inqas periklu hija li tgħaddi l-linji minn fuq il-brackets peress li bil-brackets il-linji ma jintlaħqux malajr u allura dis-sistema li hija ppruvata tajba ħafna, hija l-iktar mod bl-inqas periklu taħt dawn iċ-ċirkustanzi. L-applikant qiegħed jirrifjuta li jsir dan li allura s-servizz ma jistax jingħata sew.

Birżebbuġa — Qajjenza - Impjant tal-gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet ta' żvilupp jew oltre għall-art li ġiet imbattla wara l-iżmantellar tal-impjant tal-gas fil-Qajjenza, ġewwa Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Gas tal-Qajjenza għad baqgħalu madwar tliet snin biex jieqaf jopera.

Kumpanniji — Ammont ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ir-Reġistru ta’ intrapriżi li jinżamm mill-NSO, il-kumpaniji li preżentament jimpjegaw aktar minn 250 huma 49. Jiddispjaċini li minħabba il-provedimenti ta’ kunfidenzjalita’ tal-Att ta’ l-Istatistika ma tistax tingħata informazzjoni dwar kumpaniji individwalment.

Ftuħ ta' Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1918.

Għeluq ta' Negozji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1923.

Mobile phone base station antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni fuq l-istallazzjoni ta' ammont numerevoli ta' mobile phone base station antennae f'żoni residenzjali? Kif inhuma regolati dawn l-istallazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Dawn l-installazzjonijiet huma regolati mill-Malta Communications Authority u jien infurmat li l-Awtorita timxi fuq kriterji stabbiliti internazzjonali meta ssir talba għall-installazzjoni.

Sptar Mater Dei — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu chest x-rays, ECG's u testijiet tad-demm kull xahar fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li kull test jiġi jiswa lill-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taħriġ għall-instructors tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ għandhom l-instructors li jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozzi? Minn liema istituzzjoni hu rikonoxxut il-kors li għandhom huma u jekk dawn jingħatawx on going training? Kemm huwa twil f'numru ta' ġranet il-kors li jagħmlu biex jsiru instructors u xi kwalifiki għandhom bzonn sabiex jidħlu għal dan il-kors?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Testijiet tal-karozza — Studenti li għaddew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu studenti bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 għat-test tal-karozza? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-ewwel? Kemm minnhom għaddew mat-tieni darba, tielet, raba', ħames, sitta u kemm minnhom m'għaddew qatt? Jista' jgħid jekk hemmx xi numru ta' drabi li tista' titla għat-test u jekk dan teċċedih mingħajr ma tkun għaddejt it-test, ma tkunx tista' tagħmlu iktar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Haddiema fil qasam tas-saħħa — full compliment

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-eżerċizzju sabiex jara kemm għandu bżonn ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jilħaq il-full compliment tlestiex? Jekk iva, kemm fil-fatt għandu bżonn iktar ħaddiema u f'liema gradi? Jista' jgħid ukoll jekk meta jkun qed jilħaq il-full compliment ikunx qed jieħu in kosiderazzjoni li juża teatri kollha li għandu u s-servizz kollha li hemm ippjanati li jibdew joperaw? Jekk hemm nuqqas ta' xi professjoni partikolari kif se jirrimedja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-eżercizzju li jevalwa il-kompetenzi u n-numru ta’ staff meħtieġa fis-snin li ġejjin fil-qasam tas-saħħa għadu qed jinħadem. Fil-pjanijiet qed jiġu kkunsidrati profili ta’ support staff li jistgħu jgħinu lil staff professjonali f’certu ħidmiet specifici (eżempju OT aides, phlebotomists, ecc). Hemm il-ħsieb li jintużaw it-teatri kollha hekk kif il-livell ta’ staff necessarju jintlaħaq. Ir-rimedju ewlieni għal nuqqas ta’ professjonijiet hu djalogu kontinwu mal-Iskola Medika, l-IHC u l-MCAST sabiex jipprovdu t-taħriġ f’numri adegwati, bi kwalita u bil-kompetenzi meħtieġa.

Sptar San Luqa u Karen Grech — Flus minfuqa f'silġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'silġ fis-sajf fl-2008 biex iżommu s-swali u l-kuruturi kesħin fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul is-sajf 2008 in-nefqa għas-silġ biex inżammu kesħin is-swali u l-kuruturi fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-iSptar Karen Grech ammontat għal €6,665.

Sptar Mater Dei — Kiri ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal id-dipartiment tas-saħħa bħala flus mill-kiri tal-car park ta' Sptar Mater Dei minn Jannar 2008 sa Settembru 2008? Jekk ma daħħal l-ebda flus, għaliex? Kien hemm xi spejjeż li kellu jagħmel tajjeb għalihom l-istess dipartiment tas-saħħa vis-à-vis l-istess car park?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-dipartiment tas-Saħħa ma daħħalx flus mill-kiri tal-car park tal-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat; dan skond żewġ kuntratti li saru fil-21 ta’ Frar 2008 li bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici u l-kuntrattur. L-ispejjeż dovuti għall-istess perjodu jammontaw għal Ewro 521,558.34 imqassmin kif ġej: · € 432,914.04 għal servizzi ta’ sigurta esterna · € 55,660.38 għal parkeġġ tal-impjegati li m’humiex intitolati għal parkeġġ b’xejn · € 32,983.92 għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità.
Leg 11 PQ #2946 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vetturi minħajr liċenzja mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li nstab li ma kellhomx liċenzja mħallsa matul din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx ħidma bejn l-uffiċċju tal-liċenzji fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Pulizija sabiex jiġu ttrejsjati dawk li ma jkunux ġeddew il-liċenzja u allura jkunu qed jiġru fit-toroq bla liċenzja mħallsa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li sabiex ikun hemm ksur ta' Liġi, vettura trid tkun qed tiġi misjuqa fit-triq mingħajr liċenzja valida. Ninsab infurmat li din matul din is-sena l-Pulizija ħarġet 1,866 ċitazzjoni fuq vetturi li kienu li nstabu fit-toroq mingħajr liċenzja valida.
Leg 11 PQ #2947 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera/sindki li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw jew ġew mitluba jirriżenjaw kunsilliera/sindki mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum? Min kienu, minn liema lokalità kienu u kemm kienu ilhom iservu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805.
Leg 11 PQ #2948 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera eletti fl-elezzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsilliera u minn liema lokalità ġejjin li ilhom jiġu eletti f'kull elezzjoni sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2599.

Mina ta' Santa Liena — Pittura

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-pittura oriġinali li kien hemm fil-Mina ta' Santa Liena? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tirritorna fil-post oriġinali tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li din il-pittura kienet tneħħiet minn postha għal skopijiet ta' restawr u protezzjoni. Bħalissa il-pittura tinsab fil-pussess ta' Heritage Malta. Wieħed għad irid jistudja bir-reqqa x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi jekk dan ix-xogħol artistiku jerġa’ jitpoġġa fil-post oriġinali tiegħu.
Leg 11 PQ #2950 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Santa Margerita - Public convenience

Question

Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu, kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita Bormla, jista' l-Prim Ministru fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti — Korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġejjn minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra (separatament) li qed jattendu l-Universita, l-MCAST u l-ITS, maqsuma skond il-kors u s-sena li qegħdin fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.