Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Studenti Barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST huwa ta’ 37 (22 irġiel u 15 nisa). Huma ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Slovakkja 2 Litwanja 2 Ungerija 1 Ġermanja 3 Franza 1 Bulgarija 6 Ingilterra 15 Belġju 1 Turkija 3 Serbja 1 Russja 2

Gżira — Ilma/drenaġġ dieħel fil-ġaraxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti fi blokka ta' appartament fil-Gżira, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, lill-Health Inspector għaliex fil-garaxx tagħhom qed ikun hemm ħafna ilma jew drenaġġ? X'possibiltà hemm li tissolva din il-problema li ilha aktar minn sentejn jew tlieta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Isptar Mater Dei — Ħlas ta' Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jara li dawk li jieħdu servizz mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei jibdew iħallsu l-kont tal-mediċini hemmhekk, u mhux imorru iħallsu fl-emerġenża ta' l-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #3873 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Isptar Mater Dei — showeheads

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal showerheads fl-Isptar Mater Dei kenitx waħda ġdida jew waħda ta' replacement?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Konvenju ta art/proprjetà immobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq xiri ta' art/proprjetà immobbli tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ ta' CDAU

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2561 li dwarha sar progress, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ għal CDAU għall-ġid tat-tifla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport ma jidħolx fl-operat ta’ CDAU.

Assigurazzjoni fuq produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-Gvern f'dik li hija l-assigurazzjoni fuq il-produzzjoni li kellha tpaċi l-ħlas ta' nofs il-bolla tan- national insurance li l-Gvern neħħa minn benefiċċju lil bdiewa, raħħala u produtturi Maltin u Għawdxin wara l-1 ta' Mejju 2004? X'kumpens ingħata biex ipaċi mat-telf ta' flus li sofrew dawn in-nies tax-xogħol għall-perijodu li ma kenux koperti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Furjana — Ġonna tal-Mall

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li: i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri? Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Furjana — Ġonna tal-Argotti

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Proprjetà Privata mikrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3416 u 3194 u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3890 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Putirjal — Latrina

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-latrina ta' Putirjal tibda tinfetaħ fis-6.00 a.m. peress li din hija area frekwentata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-latrini, inkluż dawk ta' Putirjal, huwa fis-7 ta' filgħodu. Madanakollu, is-suġġeriment tiegħu biex il-latrini ta' Putirjal jibdew jinfetħu siegħa qabel, jiġifieri fis-6 ta' filgħodu, qed jiġi kkunsidrat, peress li tibdil bħal dan jinvolvi ċaqlieq fil-ħinijiet tal-ħaddiema li jassistu dawn il-latrini.

Public Private Partnership — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1146, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u mistoqsija parlamentari 1410 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa qed jiġu riferuta lilu u jgħarrafni bil-pagamenti li għadda lill-PPP tal-landscaping matul dawn l-aħħar 3 snin, sena b'sena? Liema kienu l-proġetti li saru abbażi ta' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

WSC u Enemalta — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u/jew ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u/jew l-Enemalta din is-sena? Din is-sena kemm kien in-numru ta' familji u ażjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-ammont ta’ persuni u ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u l-Enemalta huwa ta’ 211,801 sal-31 ta’ Marzu 2008. Globalment minn Jannar sa Settembru 2008 in-numru ta' familji u azjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet huwa ta’ 27 servizz ta’ l-ilma għal użu domestiku u 1,383 servizz tad-dawl li 1,178 minnhom kienu domestiċi filwaqt li 205 kienu kummerċjali.

Ftuħ ta' negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-liċenzji għan-negozju jinħarġu minn numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt diversi Ministeri. Rigward dak li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi għas-sena 2007 ser nagħti l-informazzjoni segwenti: · Trade Licensing Unit fid-Diviżjoni tal-Kummerċ: Liċenzji ġodda maħruġa u ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern kien hemm 1048 – 23 minnhom kienu maħruġa lil persuna minn stati membri fl-Unjoni Ewropea, u 8 minnhom lil persuni minn stati oħra. Dawn il-liċenzji kienu maqsuma kif ġej: Kategorija I: Ipproċessar, manifattura u bejgħ ta’ prodotti ta’ l-ikel u xarbiet 239 Kategorija II: Attivitajiet ta’ manifattura 28 Kategorija III: Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut 569 Kategorija IV: Servizzi ta’ kostruzzjoni 2 Kategorija V: Servizzi professjonali u kummerċjali 54 Kategorija VI: Servizzi soċjali u personali 156 · Il- Lotteries and Gaming Authority ħarġet 75 liċenzja kollha lil persuni barranin. · Il-MFSA kellha reġistrazzjonijiet ġodda ta’ kumpaniji u soċjetajiet ta’ 2739. L-informazzjoni dwar impjegati ma tintalabx fl-istadju ta’ applikazzjoni, għaldaqstant ma tistax tingħata.

Għeluq ta' negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Kif diġa informajt lill-Onorevoli Interpellant fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1918, il-liċenzji għan-negozji jinħarġu u jiġu kkanċellati minn numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt diversi Ministeri. Rigward dak li jaqgħa taħt il-Ministeru tiegħi għas-sena 2007 ser nagħti l-informazzjoni segwenti: · Trade Licensing Unit fid-Diviżjoni tal-Kummerċ: Kien hemm 308 liċenzja kkanċellata li minnhom 3 kienu ta’ propretarji mill-Unjoni Ewropea, u 4 minn stati oħra. · Lotteries and Gaming Authority : Kien hemm 10 liċenzji kanċellati li kollha huma barranin. · MFSA: Kumpaniji u Soċjetajiet illi għalqu kienu ta’ 607. Fil-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew għeluq ta’ kumpanija, ma tintalabx informazzjoni dwar impjegati, għaldaqstant ma tistax tingħata.

Bċejjeċ tal-baħar irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar irreġistrati mal-Malta Maritime Authority maqsuma skond id-daqs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ bċejjeċ tal-baħar reġistrati ma’ l-Awtorita’ Marittima huwa kif ġej: Bċejjeċ tal-baħar reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili – 6m sa 24m – 3006 Bċejjeċ tal-baħar reġistrati taħt l- Small Ships Register – Taħt l-4m – 9784 4m sa 6m – 5282 6m sa 8m – 894 Aktar minn 8m – 133

Mellieħa Villaġġ Daniż — Triq

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa ppjanat li tgħaddi triq minn wara dak li huwa magħruf bħala l-Villaġġ Daniż fil-Mellieħa? Huwa konxju l-Ministru li s-sidien ta’ dan il-villaġġ qed jaħsbuha jgħalqux dan il-villaġġ jekk jimmaterjalizza dan il-proġett li skond huma se jeffettwahom negattivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal dawn l-aħħar erba' snin, il-Gvern kien qiegħed janaliżża tlett options possibli ta' kif tista' tissaħħaħ il-link ta' bejn iċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa. Il-Gvern konxju li għal kull waħda minn dawn l-options hemm riservi minn persuni u kumpaniji differenti. Madankollu, l-Gvern huwa kommess li jagħmel l-aħjar għażla għall-inħawi.