B'referenza għall-fondi li joħorġu mill-Consolidated Fund lejn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u li jidħlu fil-Consolidated Fund minn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx item votes fil-Financial Estimates 2009, li jirriflettu d-dħul u l-ħruġ, aktar minn dawn li qed nelenka:
Dħul Kapitali: Id-dħul kollu llistjat taħt Grants, XIII 0710 sa 0739, bil-fondi elenkati magħhom f'line item votes ibbrekitjati taħt line item 0739, ref. page 12 tal-Financial Estimates.
Ħruġ Rikorrenti: Il-ħruġ kollu llistjat taħt Vot 29, fil-line items: 5398 EU Fiscalis Programme; 5409 EU Travel expenses of delegations; 5410 EU own resources; 5429 European Investment Bank, ref. paġna 211 tal-Financial Estimates 2009.
Jekk hemm aktar elementi ta' dħul/ħruġ finanzjarju bejn il-Consolidated Fund u l-istituzzjonijiet ta' l-UE li jidhru f'line items oħra tal-Financial Estimates 2009, jista' jindika liema huma?
B'referenza għal line item ta' ħruġ 5410 f'Vote 29 tal-Financial Estimates 2009, EU Own Resources, jista' l-Ministru juri fiex jikkonsisti dan il-ħruġ (expenditure head b'expenditure head)? Kif jiġi kkalkolat? Kif jiġi mħallas lil Brussel?
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-line item vote 5429 f'Vot 29 tal-Financial Estimates 2009, European Investment Bank u kif jiġi stmat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ 1 540 000 EURO propost f’line item 5429 - European Investment Bank - taħt il-Vot Rikurrenti Nru 29 tal-Estmi Ġenerali għas-sena 2009 jirrappreżenta l-aħħar ħlas li trid tagħmel Malta is-sena d-dieħla għal sehemha fil-kapital u r-riservi tal-Bank bħala shareholder. Il-kapital sottoskritt tal-Bank Ewropew għall-Investiment huwa ta’ 164 808 169 000 EURO li minnhom 5% huma mħallsa. Sehem Malta mill-kapital sottoskritt hu ta’ 69 804 000 Euro jew 0.042% tal-kapital sħiħ. Il-ħlas kien mifrux f’tmien rati ndaqs pagabbli kull sitt xhur. Is-27 Membru tal-Unjoni Ewropeja huma s-shareholders tal-Bank.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar rapport riċenti tat-Treasury Clearance Fund, 'lil hinn minn dak muri fil-Financial Report 2007?
B’referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009, “Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat”, jista’ l-Ministru jekk jogħġbu:
Fir-rigward to Vot 5, Ufficcju tal-Prim Ministru, jagħti ċ-ċifra tal-fondi addizzjonali provduti fil-kategoriji tal-pagi u salarji, u separatament tal-Euromed ITI.
Fir-rigward ta’ Vot 7, Forzi Armati ta’ Malta, jagħti ċ-ċifri tal-fondi addizzjonali tal-pagi u salarji, u separatament
Third Country Nationals
Għal Vot 11, Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, jagħti ċ-ċifri tal-fondi addizzjonali għal pagi u salarji u separatament għad-
detention services
Għal Vot 12, Servizz Ġudizzjarju, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji u S
ummoning and Expenses of Witnesses.
Għal Vot 14, Pulizija, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji, u għal
overtime
.
Għal Vot 15, Servizzi Korrettivi, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009 "Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat: jista' l-Ministru jekk jogħġbu:
Għal Vot 16, Protezzjoni Ċivili, jagħti ż-żieda fin-nefqa fil-kategorija ta’ pagi u salarji.
Għal Vot 18, Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji u għal
Contractual Services
, separatament.
Għal Vot 19, Ministeru tal-Finanzi, separatament tagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji, il-kontribuzzjoni ta’ l-EU Own Resources, il-fondi provduti lill-
Euro Changeover Committee
, u lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Għal Vot 28, Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali fuq
Church Schools, Training/Employment
ETC programmes
, u pagi u salarji.
Għal Vot 33, Ministeru għall-Kompetittivita u Komunikazzjoni, jagħti n-nefqa addizzjonali għal operat u manutenzjoni, u n-nefqa anqas għal pagi u salarji;
Għal Vot 37, Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, jagħti l-fondi addizzjonali meħtiega għall-
Incidental Expenditure and Expenditure Reporting Scheme,
u n-nefqa anqas għal pagi u salarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3403 u jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3403.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3401 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista tal-koperattivi kollha li preżentament jagħtu xi servizz lill-Gvern? Jista' l-Gvern jndika wkoll xi ħlas jingħataw il-koperattivi rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-koperattivi huma entitajiet kummerċjali privati u li l-Bord tal-Koperattivi mhuwix fir-responsabbli li jżomm din l-informazzjoni mitluba.
Valletta — Triq Merkanti - Propjetà tal-Gvern quddiem San Duminku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3486 u jindika eżatt x'beħsiebu jagħmel il-gvern bil-propjetà li hemm quddiem San Duminku fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Veru li din se ssir dar tal-anzjani? Jekk iva, din se tkun dar tal-anzjani bħall-bqija tad-djar tal-anzjani jew sempliċement day care centre għall-anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma hemm l-ebda pjan li titwaqqaf dar ta' l-anzjani fil-binja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu il-gvern jirkupra spejjeż tal-esperti nominati fl-inkjesti u kumpilazzjonijiet fit-termini tal-Artiklu 533 tal-Kodiċi Penali għas-snin 2006,2007 u 2008? Jista' jgħid kemm kien hemm theddid ta' bombi għas-snin 2005, 2006 2007, u 2008? Jista' jgħid għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 min kienu/huma d-diretturi fil-kumpannija relattiva u kemm kienet l-ispiża?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Dwar l-ewwel u t-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 3615 u 3616 rispettivament.
It-tweġiba għall-aħħar domanda hija hekk:-
Sena
Kumpanija
Direttur/i
Spiża
2005
NIL
Bejn 29 ta' Mejju 2006 u s-6 ta' Ġunju 2007
Sterling Securities
Helena Schembri u Miriam Stubbings
€41,242.38
Bejn is-7 ta' Ġunju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008
Sterling Securities
Helena Schembri u Miriam Stubbings
€45,678.37
Minn l-1 ta' Lulju 2008 sallum
JF Securities u Consultancy Servies Ltd
Francis X. Formosa u Peter Formosa
€12,887.92 (sa issa)
Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar — permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu propjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?
Jista' l-Ministru jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet għall-istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti f'13 Triq Sant' Anna Furjana?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-permess tal-MEPA għall-installar ta’ lift fl-appartamenti ndikati mill-Onorevoli Interpellant ħareg f’Settembru li għadda.
Ninsab infurmat ukoll li, fid-dawl tan-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-installar ta’
lifts
u skond is-sistema ta’ prijorita’ għad-diżabilita’ li timxi magħha l-Awtorita’ tad-Djar, hu ppjanat li l-
lift
f’dawn l-appartamenti ser jigi installat fl-2010.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Università ta' pajjiżna dwar dħul ta' mature students f'korsijiet ta' degrees u diplomi, full-time u part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-policy tal-Universita’ dwar dħul ta’ mature students hi dik kif imniżżla fir-regolamenti għad-dħul, jiġifieri li applikanti għal kwalunkwe’ kors f’livell tal-ewwel grad li jkollhom 23 sena jew aktar u ma jkollhomx il-kwalifiki kollha normalment rikjesti għad-dħul, jkunu ammessi jekk il-Fakolta’ konċernata, normalment wara li teżaminhom b’xi test bil-miktub jew b’interview, tkun sodisfatta li huma għandhom l-isfond akkademiku meħtieġ biex isegwu l-kors bi profitt. Il-Fakolta’ għaldaqstant teżamina kull kwalifiki u esperjenzi li huma jista’ jkollhom. Kull sena jidħlu numru konsiderevoli ta’ studenti bis-saħħa ta’ din il-klawsola fir-Regolamenti għad-dħul.
Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bags/u/jew dawk biodigredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-Università ta' Malta? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.