Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2771 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2771.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 'l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f'Malta?
Jista’ Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex gawdew mill-
Investment Aid Scheme t
al-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?
Response (FENECH, TONIO)
PQ 3229
Interim Sitting:
Date:
Raised By:
ANTON REFALO
Ministry:
TONIO FENECH
Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Heading:
Ghawdex
Sub Heading:
Investment Aid scheme
PQ Text:
Jista’ Ministru jghid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Ghawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm thallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jaghti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?
TWEĠIBA
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise ilha mwaqqfa mill-2004 u l-informazzjoni li l-Korporazzjoni għandha disponibbli fuq kemm kumpaniji fis-settur f’Għawdex u f’Malta gawdew minn għajnuna f’assistenza fiskali fuq l-investiment hija miġbura fit-tliet tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni dwar l-għajnuna fiskali fuq l-investiment li minnha gawda is-settur industrijali matul is-sena bażi 2007 mhix disponibbli minħabba l-fatt li din l- informazzjoni tinġabar mill-Korporazzjoni mill-formola tat-taxxa tad-dħul. L-intrapriżi huma obbligati li jissottomettu dan id-dokument għal sena partikolari lill-Inland Revenue sa disa’ xhur mill-għeluq tas-sena finanzjarja tagħhom. Ir-Regolament 20 tar-Regolamenti ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Leġislazzjoni Sussidjarja 325.06) jerġa’ jippermetti tliet xhur oħra sabiex kopja ta’ din il-formola tat-taxxa tad-dħul tingħata lill-Korporazzjoni. B’hekk, preżentament il-figuri miġbura jaslu sas-sena bażi 2006.
Sa sena 2007, ftit kienu dawk l-impriżi Għawdxin li kienu jikkwalifikaw għall-għajnuna fuq l-investiment taħt l-Att Dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Business Promotion Act). Mis-sena kurrenti (2008), din l-għajnuna ġiet imwessa u mtejba taħt l-Att Dwar L-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act), u b’hekk issa l-impriżi tal-manifattura kollha huma eliġibli għal-għajuna fiskali akbar sakemm dawn joperaw bħala kumpanija,
partnership
jew koperattiva. Dan ifisser li issa, numru ferm akbar ta’ impriżi Għawdxin se jkunu jistgħu jibdew jibbenifikaw aħjar minn għajnuna fiskali fuq l-investiment.
Rigward it-
Training Grants Scheme
nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u x'inhuma l-korsijiet li qed isiru fl-MCAST f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm hemm studenti jattendu kull kors? Tista' tgħid x'suġġetti qed jittgħallmu fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu ta’ l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Lil min tħallsu u meta? Kemm huwa l-valur tal-pagamenti li jonqos isiru u lil min? Meta mistennija jitħallsu? X’xogħlijiet, eċċ. jonqsu jsiru għat-tkomplija tal-proġett? X’inhija l-istima tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq l-impjant għat- trattament tad-drenaġġ s'issa laħqet il-figura ta' €6.03 miljun. Dawn il-flejjes tħallsu lill-konsorzju Degremont spa / Schembri Building Contractors Ltd. matul is-sena 2006 u 2007. Jonqoshom jitħallsu €0.49 miljun taħt il-kuntratt oriġinali. €0.326 miljun minnhom jikkonsistu f'retention money li jitħallsu matul is-sena 2009. Il-kumplament ta' € 0.16 miljun mistennija jitħallsu sa l-aħħar tas-sena 2008. Fadal ukoll x'jitħallsu madwar €0.68 miljun f'varjazzjonijiet li bdew jiġu ipproċessati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħolijiet fuq il-proġett tlestew.
Jista' l-Ministru jgħid x'riżorsi umani, livell ta' kompetenza u finanzjarji għandu l-Uffiċċju tal-Kummerċ Ġust biex ikun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu b'mod effettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta. Nixtieq ninfurmah illi kif jaf il-Gvern huwa attivament impenjat sabiex isaħħaħ dan l-Uffiċċju. Nixtieq nassigura l-Onorevoli Interpellant illi għalkemm għaddej dan il-proċess ta’ tisħieħ f’dan l-Uffiċċju, ħafna mill-impjegati huma kkwalifikati f’diversi oqsma bħal per eżempju fil-liġi, ekonomija, accountancy, inġinerija u farmacija u dan sabiex jigi osservat l-Att tal-Kompetizzjoni. Rigward il-finanzjament ta’ dan l-Uffiċċju nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-estimi tal-baġit.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-akkademja l-ġdida tal-Pulizija f'Ta' Kandja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent qed jiġu mħejjija l-pjanti u xogħol ieħor meħtieġ sabiex ikun jista' jintalab il-permess u jibda l-bini ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilità ġdida għall-anzjani b'280 sodda ġewwa Ħal Luqa?
Response (DALLI, JOHN)
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-iSptar ta' Ribilitazzjoni li mhux se jkun biss għall-anzjani.
F'dan il-każ ftit tal-ġimgħat ilu ngħataw struzzjonijiet biex issir evalwazzjoni esperta tad-disinji preliminari li kienu saru tal-faċilita' ġdida ta' rijabilitazzjoni f'Ħal Luqa. Din l-evalwazzjoni għadha ma ġietx konkluża.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3742.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-kontravvenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta’ Montebello.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-playing fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi qiegħed jinbena l-ħajt biex il-playing field tibda tingħalaq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax fir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?
Minħabba li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel xi proġett f'Hanover Street, Bormla jista' l-Ministru jgħid il-persuni li kienu jgħixu f'din il-binja u huma proprjetarji tal-post tagħhom x'kumpens ingħataw għall-post tagħhom? Ġew mogħtija post alternattiv fejn se joqogħdu sakemm il-proġett jitlesta? Jista' jgħid ukoll għall-post alternattiv hux qed iħallsu xi spejjeż li qabel ma kenux qed iħallsu minħabba li kienu sid ta' darhom? Jista' jgħid x'se jiġri meta l-proġett jitlesta u jekk hux se jingħataw il-post li kellhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li kull resident fil-blokka li ser titwaqqa fil-proġett indikat mill-Onor. Interpellant ġie mogħti post alternattiv, inklużi dawk ir-residenti li kienu propjetarji ta' djarhom. Kumpens fuq postijiet li jitwaqqgħu bħala parti minn tali proġetti, jiġi kkalkulat u mħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Ninsab informat ukoll li l-Awtorita' tad-Djar ma' taf l-ebda spiża li proprjetarji tal-postijiet l-antiki jridu jħallsu għall-post il-ġdid ħlief dawk relatati ma l-użu tal-lift. Meta l-proġett jitlesta, l-Awtorita' tad-Djar tqassam dawn il-postijiet lill-applikanti tagħha u mhuwiex maħsub li min kien joqgħod f'din il-blokka jerġa jmur lura fiha.
MIP — vot kapitali - fondi - Dħul minn fabbriki u faċilitajiet bankarji
Question
B'riferenza għall-mistoqsija numru 2820, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul minn kirjiet ta' fabbriki u kemm kien id-dħul minn faċilitajiet bankarji jekk kien il-każ? Kemm hija s-somma li suppost tinġabar matul din is-sena fejn jidħlu kirjiet u kemm inġabru s'issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena, s’issa l-MIPL irċeviet €6,764,094 (li minnhom €1,052,463 huma arretrati) għal kirjiet tal-fabbriki.
Is-somma li trid tinġabar tul din is-sena hi ta’ €8,085,505 (inkluż VAT).
Minn facilitajiet bankarji l-MIPL kella fondi li jammontaw għal €73 miljun.
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3243 u 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2814.