Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkupata minn squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha nformazzjoni dwar post fil-Kottonera fejn jista’ jkun hemm squatter jew squatters. Dan il-każ qed jiġi nvestigat sabiex tittieħed azzjoni. Kull rapport li jidħol dwar Squatters jittieħdu l-passi kollha neċessarji kontra dan l-abbuż, skond l-Att dwar Żgumbrament minn Artijiet (Kapitolu 228).
Jista' l-Minsitru jgħid kemm bejn Jannar u Diċembru 2007 raw nies it-tobba fil-polikliniċi fuq bażi ta' out patient(mhux emerġenzi) u kemm raw nies fl-out patients departmentfuq l-istess bażi? Kemm trid iddum tistenna biex jarak professur jekk tiġi riferut għall-vista għand il-professur mit-tabib tal-familja fil-kliniċi tad-diabete, mediċina, uroloġija, kirurġija, oftalmoloġija u kardjoloġija?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba full time fiċ-ċentri tas-saħħa? Kemm hemm tobba li huma undergoing training għal general practitioner? Huwa vera li l-Gvern beħsiebu jinvolvi wkoll general practitioners li bħalissa qed jaħdmu fil-privat biss biex huma wkoll iservu lill-pubbliku wara sejħa li ssir fiċ-ċentri tas-saħħa għal tabib u allura jkun hemm amalgamazzjoni bejn it-tobba privati u dawk li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fiċ-ċentri tas-saħħa hemm 65 tobba full time, 23 li huma undergoing training għal general practitioner u 5 fuq reduced hours.
L-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tkun tista’ tingħata wara li jispiċċa x-xogħol li għaddej bħalissa fuq ir-riforma tas-saħħa primarja f’Malta u Għawdex. Bħal ma għamilna fil-passat ser tinħareġ sejħa għal tobba li jkunu jridu jaħdmu
part time
biex jaħdmu fid-dipartiment tas-Saħħa Primarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċentiv li taw dwar xiri ta' materjal elettroniku (computers eċċ) kienx xi ħaġa għall-elezzjoni biss, jew jekk il-Gvern huwiex se jerġa' jagħti l-istess sussidju u inċentiv f'xi żmenijiet oħra matul din is-sena 2008/2009?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa' sabiex student jitla' għat-test tas-sewqan? Kemm irid iħallas kull darba li jeħel biex jerġa' jitla' għat-test tas-sewqan? Fiex jintużaw dawn il-flus li jħallsu l-istudenti? L-instructortal-Awtorità dwar it-Trasport għandu xi persentaġġ ta' commission jew qliegħ minn dawn il-flus li jħallsu l-istudenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta Valletta Road b'mod speċjali il-biċċa ta' bejn il-Mosta u Ħal Lija se tingħata manutenżjoni? Din it-triq tinstab f'qagħda ħażina ħafna għax biex jevitaw il-ħofor li hemm, ħafna mis-sewwieqa qed isuqu b'mod irregolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra maqsuma skond l-klassi li jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' għalliema, assistant heads, heads li hemm f'kull skola primarja f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra? Kemm ilhom jgħallmu f'dawn l-istess skejjel kull għalliem/a?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess tirq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-homes tal-anzjani li huma taħt il-ftehim private public partnership, jekk ikunx hemm tabib jew nurse kwalifikata kuljum kif ukoll bil-lejl? Jista' jgħid min hu responsabbli li jqassam il-mediċini u jagħti titqib fejn ikun hemm bżonn? Kemm ikun in-numru ta' carersli jaħdmu bil-lejl għal kull għaxra, għoxrin u tletin anzjan? X'inhu x-xogħol li suppost jagħmlu l-carers?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Djar ta' l-anzjani li huma taħt il-ftehim tal-PPP huma Casa Arkati, Villa Messina, Casa Serena u d-Djar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa, Bormla u Żejtun.
Informat ukoll li aktar informazzjoni dwar dawn id-Djar ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ilna nisimgħu dwar azzjoni li se tittieħed sabiex jitjiebu r-riżultati fl-iskola primarja ta' Bormla, u peress li fl-aħħar eżamijiet tal-Junior Lyceum ħadd mill-istudenti ta' din l-iskola ma għadda, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-fatt hux qed jinkwetaha u jekk fl-affermattiv x'se jsir sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala parti mill-Pjan Strateġiku Edukattiv imsemmi fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 2057, il-Kulleġġ ilu minn Lulju jaħdem ma’ l-għalliema u t-tmexxija tal-iskola primarja ta’ Bormla biex issir reviżjoni profonda tal-programmi ta’ tagħlim ta’ din l-iskola u tal-mod kif l-iskola u l-kommunita’ jaħdmu flimkien. Fil-fatt l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta’ azzjoni dwar dan , inżammet nhar l-Erbgħa, 29 t’Ottubru, 2008.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2439 u tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' inkjesti u investigazzjonijiet li qed isiru bħalissa dwar xi qasam jew ieħor tal-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-investigazzjonijiet li l-management ta' Mater Dei ġie nformat uffiċjalment dwarhom huma dawn :-
- National Audit Office - investigazzjoni dwar il-kuntratti għall-Clerks/Receptionists, Internal Security u External Security/Car Park
- Internal Audit & Investigation Directorate (IAID) - audit dwar Financial Governance
- IAID - audit dwar FIxed Assets (għadha ma bdietx).
Kindergarden Maltin u Għawdxin — programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' programmi tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fihom iċ-ċentri tal-kindergarten Maltin u Għawdxin? Liema ċentri qed jieħdu sehem f'dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-programmi tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fihom iċ-ċentri tal-kindergarten Maltin u Għawdxin huma il-Comenius u l-Grundtvig. Ic-ċentri li qed jieħdu sehem f'dawn il-programmi huma:
Tumas Dingli Primary School - Attard (two projects)
Dun Alwig Camilleri Primary A -Zejtun
Theresa Nuzzo Primary-Marsa
St. Joseph Junior School- Sliema
Dun Guzepp Zerafa Primary –Fgura
St. Cecilia Kindergarten
Dun Karm Scerri Primary –Naxxar
Gozo College Nadur Primary School-Nadur
Little Angels School
St.Venera Primary C- St. Venera
Jista' l-Ministru jgħid mill-ħaddiema tat-tarzna li ħadu l-iskemi tal-irtirar:
a.) Kemm minnhom sabu xogħol?
b.) Kemm minnhom għadhom jirreġistraw?
c.) Kemm irtiraw mix-xogħol għal kollox?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, sas-27 t’ Ottubru 2008, il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig kienet irċeviet 765 formola ta’ tmiem tal- impjieg mill-Malta Shipyards.
Ninsab infurmat ukoll li, mir-rekords tal-Korporazzjoni, jirriżulta’ li 265 diga’ sabu xogħol bħala mpjegati jew għal rashom, 154 qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru u l-kumplament la qed jaħdmu u lanqas jirreġistraw għax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma ċ-ċentri ta' taħriġ fl-istudji tal-kompjuter u l-IT li għandhom liċenzja biex jgħallmu l-ICT f'pajjiżna? Il-bini tagħhom huwa aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid peress li mill-perijodu minn Ottubru 2008 sa Diċembru 2008, Channel 22 fadallu biss budget ta' €178, kif se jkun qed jitmexxa u kif se jkun jista' jaħdem b'budget ta €59 kull xahar, €2 kuljum? Tista' tgħid mnejn ġejjin il-flus għat-tmexxija ta' dan l-istazzjon sal-aħħar tas-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Management Committee b’koperazzjoni sħiħa mal-impjegati ta’ Education 22 u bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet pubbliċi u privati, nieda l-iskema ta’ Ottubru –Diċembru 2008 li fiha 18-il program ġdid u oħrajn kollha sponsorjati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2770 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-ETC għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.