Jista' l-Prim Ministru jara li l-ħajt li inbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi sejħa pubblika biex il-privat jieħu sehem fl-iżvilupp tal-Kumpless Sportiv fl-inħawi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar? Jekk le, meta hu mistenni li jinbeda dan il-proċess? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk id-development brief għal dan iċ-ċentru fil-fatt tlestiex, u ġiex ippubblikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-preżent qed jiġi ffinalizzat it-technical u specification brief tal-Kumpless tat-Tramuntana. Sal-lum għada ma ħarġet l-ebda sejħa pubblika biex il-privat jieħu sehem fl-iżvilupp ta’ dan il-Kumpless Sportiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern hu li tali miżata tkun imħallsa direttament minn min jagħmel użu mis-servizz ta’ akkomodazzjoni, kif spjegat fid-Diskors tal-Baġit 2009 (Paġna 29). Ma jkunx hemm għalfejn li jinħolqu strutturi ġodda għall-amministrazzjoni ta’ din l-miżata billi din il-50 ċentezmu ta’ euro ser tkun forma ta’ eko kontribuzzjoni.
Il-ħlas isir lis-sid ta’ l-akkomodazzjoni li, imbagħad, dan jgħaddiha lid-Dipartiment tal-VAT Department, meta jagħmel il-ħlasijiet tiegħu normali tal-VAT.
Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' Senior Principal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ Senior Principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
B’referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009, Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat”, jista’ l-Ministru jekk jogħġbu:
Għal Vot 38, Ministeru għal Għawdex, jista' jagħti separatament il-fondi addizzjonali għal pagi u salarji, u n-nefaqa anqas taħt programmi u inizjattivi.
Għal Vot 39, Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, jagħti n-nefqa anqas taħt
Materials and Supplies
, u n-nefqa addizzjonali separatmaent fuq pagi u salarji,
Medicines and Surgical Materials,
Mount Carmel Hospital u l-Karen Grech
Rehabilitation Centre
(ZCH).
Għal Vot 40, Anzjani u Kura fil-Komunità, jagħti ż-żieda fin-nefqa separatament għal pagi u salarji, u għal
Home Care/Help Services Scheme.
Għal Vot 41, Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknologija tal-Informazzjoni, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal
Pensions under MDD/MSCL Voluntary Retirement Scheme/Early Retirement Scheme
, u għal
Energy Support Measures
.
Għal Vot 43, Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, separatament jagħti l-fondi addizzjonali meħtieġa minħabba l-
Guaranteed Earnings Agreement with the Public Transport Association
, u n-nefqa anqas għal pagi u salarji, u n-nefqa anqas tal-kontribuzzjonijiet lil entitajiet Governattivi, entità b’entità.
Għal Vot 44, tagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji,
Information Campaign
, ir-
Refugee Fund
, u l-kontribuzzjonijiet lil Sedqa, Sapport u Appoġġ, kollha separatament.
Għal Vot 49, Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li qiegħed isir refurbishment estensiv fl-uffiċċju fi blokk B f'Belt is-Sebħ? Għalfejn qiegħed isir dan ir-refurbishment? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nikkonferma li hemm ħsieb li l-Ministeru u l-impjegati kollha li jaħdmu f’Xatt il-Barrieri jkunu ttrasferiti f’Belt is-Sebħ. Għal dan il-għan, kif il-post għadu vojt, qed isssir il-manutenzjoni regolari li ssir lil kull bini kif ukoll ri-strutturar meħtieġ.
In-nefqa proġettata hi ta’ madwar €65,000.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se jsir ristrutturar fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijet Pubbliċi u jekk fl-affermattiv hemm il-ħsieb li jingaġġaw żewġ diretturi ġenerali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-uniku ristrutturar se jsir fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Mhemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati żewġ diretturi ġenerali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3413 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?
Response (DALLI, JOHN)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sa l-2007 kemm kien hemm nies bħala residenti mill-Isla, Bormla, Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol lokal, lokal u sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni residenti ġewwa l-Isla, Bormla u l-Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru mis-sena 2000 sa l-2007, huwa hekk :-
Sena
ISLA
BORMLA
BIRGU
Dicembru 2000*
114
244
100
Dicembru 2001
139
250
102
Dicembru 2002
147
299
111
Dicembru 2003
147
318
122
Dicembru 2004
147
330
113
Dicembru 2005
148
321
102
Dicembru 2006
132
285
98
Dicembru 2007
116
242
77
*Il-figuri għas-sena 2000 jinkludu biss dawk li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru minħabba li dawk fuq it-tieni parti ma kienux jinżammu maqsuma bil-lokalita’.
Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3718, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jieħu l-Gvern biex jiffranka l-enerġija fiż-żewġ blokok f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-miżuri speċifiċi jiġu determiniati wara li jsir audit minn konsulenti mqabbda għal dan l-iskop mill-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellha titlaq mill-armata minħabba l-eta' u li issa qed taħdem mad-detention service għall-immigranti illegali, tistax tibqa' taħdem mas-servizz ta' detenzjoni wara li din tkun għalqet il-61 sena biex tkun tista' tikkwalifika għall-pensjoni tas-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi diga' qed jirċievi penzjoni mit-Teżor u ilu jagħmel hekk mill-2006. Għaldaqstant l-ebda benefiċċju ieħor relatat mal-penzjoni tas-servizz ma jista jiġi mgħoti mid-Diviżjoni tat-Teżor.
Rigward l-aħħar parti tal-mistqosija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuqhom is-sena l-oħra? Jista' jgħid fejn qed jinżammu u jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex ikabbar jew iżid in-numru ta' akkomodazzjoni għalihom? Jekk iva, fejn se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru daħlu 2,522 immigranti illegali din is-sena.
Hu stmat li l-ispiża rikorrenti kollha tal-Gvern sa l-aħħar tas-sena 2007 f’dan il-qasam laħqet is-somma ta’ € 12,956,802. Meta jiġu inklużi l-ispejjeż kapitali, li kienu jammonataw għal € 1,357,189, l-ispiża kollha tlaħħaq is-somma ta’ € 14,313,991.
L-immigranti irregolari jinżammu fi tliet Ċentri ta’ Detenzjoni, ċioè:
Il-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi;
Il-Barracks tal-FAM, Lyster (Ħal Far);
Iċ-Ċentru tal-Akkoljenza fil-kumpless tal-Pulizija f’Ta’ Kandja.
S’issa m’hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta’ Detenzjoni.
Minkejja l-isfidi qawwija li l-awtoritajiet iffaċċjaw f’dan il-qasam is-sena l-oħra, saret ħidma mingħajr waqfien ta’ manutenzjoni u titjib fiċ-ċentri tal-akkoljenza tad-detenzjoni u tlesta blokk ġdid f’Ta’ Kandja, li għandu jikkumplimenta dak eżistenti. Hu maħsub li, b’hekk, il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jaffronta l-influss ta’ immigranti li jaslu kull sena. Madankollu l-Gvern huwa kommess li jżomm ċentri ta’ detenzjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli fiċ-ċirkostanzi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuntrattur jiġi mqabbad mill-Gvern biex jagħti servizz u allura l-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz m’humiex ħaddiema tal-Gvern.
L-informazzjoni dwar dawn il-kuntratti tinsab fl-anness hawn mehmuż.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurari u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3529.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special waste collectorsjirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Jista' l-Ministru jagħti xi statistika għandu l-Gvern dwar:
a) Kemm waslu immigranti, irġiel nisa u tfal (refugjati,
asylum seekers
, klandestini) f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Ta' liema nazzjonalità kienu?
c) Ta' liema reliġjon kienu?
d) Kemm minnhom għadhom Malta?
e) Kemm minnhom ġew diportati f'pajjiżhom jew pajjiżi oħra?
f) Liema pajjiżi ħadu diġà uħud mill-immigranti rregolari u kemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3213.
San Pawl il-Baħar — Passi biex jingħalqu open plots
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, wara li jiġu identifikati l-open plots jieħu l-passi neċessarji biex jingħalqu l-plots u jiġi evitat rimi ta' skart fihom minn nies irresponsabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'addizzjoni ma' l-informazzjoni li diġà ingħatat lill-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 2834, irid jingħad illi wara li jiskadi ż-żmien ta' sitt ġimgħat kif stipulat fl-Avviżi tat-Twettieq maħruġa mill-MEPA, l-informazzjoni ta' min m'obdiex ir-rekweżiti ta' l-Avviz tingħata lill-Kunsill Lokali relevanti ħalli dan jagħmel stima tax-xogħol li jrid isir sabiex jitnaddaf is-sit u jittella’ l-ħajt meħtieġ.
Jekk l-istima taqbel magħha il-MEPA, tingħata struzzjoni ħalli l-Kunsill jikkommissjona x-xogħol meħtieġ skond l-istima li tkun saret. L-ispejjeż involuti jiġu eventwalment irkuprati mill-MEPA mingħand il-propjetarju ta' l-art meta issir applikazzjoni ta' żvilupp fuq is-sit.